|
San Frangisk - artikli |
|
|
<<|werrej|>>Frangisku - Bniedem tal-VangeluStudju dwar il-Vangelu fil-hajja tal-qaddis kitba ta' Fr Thomas Calleja OFMConv. Il-Vangelu u s-Salib Darba minnhom inzertajt Ghawdex u ghaddejt ghand l-istatwarju li kien hemm wara l-knisja taghna ta' San Frangisk. Waqt li kont hemm l-istatwarju tani f'idejja album bir-ritratti ta' x'uhud mill-istatwi li hargu min taht idejh. Haga li osservajt jien u nqalleb dawk ir-ritratti kienet li kull qaddis kellu xi haga simbolika li tikkaratterizza l-hajja tiegghu jew taghha. San Pietru kellu l-imfietah; San Gwann kellu l-ktieb u l-pinna f'idu u l-ajkla hdejn riglejh; San Gorg biz-ziemel u bid-dragun u bil-palma tal-martri f'idu. Kollha kellhom xi haga.
Il-kurzità ghelbitni u fittixt qalb ir-ritratti biex nara nsibx xi statwa ta' San Frangisk. Izda bqajt ma sibtx. Staqsejt lill-artist u qalli li normalmant lil San Frangisk igibuh b'zewg affarijiet f' idejh: Il--Vangelu u s-Salib.
Meta mort lura l-kunvent u bdejt inheres lejn l-istatwi jew lejn l-pitturi u sibt kemm dak li qalli l-istatwarju kien minnu. Tista' tghid li l-kwadri kollha, jew kwazi kollha, igibu lil San Frangisk bil-Vangelu u bis-Salib. Dawn, bhas-simboli u l-hwejjeg l-ohra li kellhom il-qaddisin fl-album, jikkaratterizzawzaw il-hajja ta' San Frangisk,:
Is-Salib ghax il-hajja ta' Frangisku kienet Via Crucis wahda, li bdiet fil-Knisja ta' San Damjan fejn Kristu msallab stieden lil Frangisku biex jimxi warajh, u li spiccat fuq l-Gholja ta' La Verna, fejn mill-gdid Kristu msallab issigilla il-pjagi fuq il-gisem tal-qaddis. U l-Vangelu li fil-hajja ta' Frangisku kellu l-ewwel post tant li huwa msejjah "il-Bniedem Evangeliku".
F'dan l-artiklu ghazilt ii nitkellem biss fuq it-tieni simbolu li san Frangisk igib f'idejha: il-Vangelu.
Il-Vangelu huwa l-bazi ta' kull skola ta' spiritwalità. L-Ispiritwalità Frangiskana tiddisingwi ruha, mhux biss minhabba l-fatt li San Frangisk ta lill-Vangelu l-primat assulut, imma wkoll ghax tah interpretazzjoni axxetika gdida. Mhux hekk biss, imma ta lill-Vangelu applikazzjoni totali ghalih u ghall-hutu l-patrijiet.
San Fragiek ma ridx regola ghajr il-Vangelu minfejn ha l-ideal tieghu. Ghalih il-Vangelu kien gabra ta' precett u kunsilli. Minn hawn propju twildet l-ispiritwalità frangiskana. Niftakar f'wahda mil-laqghat li kellna waqt in-novizzjat il-kelliem kienn qalillna li "min jghix din l-ispiritwalità jkun qed ighix il-Vangelu, u min ighix il-Vangelu jkun qed jghix l-ispiritwalità frangiskana".
San Frangisk u l-Vangelu Is-Suggett ta' San Frangisk bhala "Bniedem tal-Vangelu" gie trattat minn hafna kittieba. Meta I Schlauri hareg il-ktieb tieghu Saint Francois et la Bible fis-sena 1970 kien digà ghadd 466 studji li saru qablu fuq l-istess sugget. Matul dawn l-ahhar tletin sena hargu numru bla ghadd ta' opri ohra u bi kwantità notevoli u ta' kwalità aktar specjalizzata u analitika. Dan ifisser li jien ma nista' nghid xejn gdid ghax kull ma seta' jinghaq, almenu b'mod generali u sintetiku, zgur li digà nghad.
Forsi wiehed jistaqsi: ghaliex inkiteb daqshekk fuq dan is-suggett? Ghaliex San Frangisk li la kien intellettwali u lanqas bibblista, giq marbut daqshekk mal-Bibbja u mal-Vangelu b'mod partikulari? Ghal min hu profan fil-letteratura u fil-hajja Frangiskana din ir-rabta jaraha haga ftit jew wisq stramba. Izda ghalina il-Frangiskani din ir-rabta hija rabta rejalistika u shiha.
Biex wiehed jaghti valutazzjoni u kwadru shih ta' bniedem li ghex aktar minn 800 sena ilu, treid taghrbel l-aktar minn dak li qalu fuqu n-nies ta' zmienu, trid tara dak li hu stess kiteb u kif fassal u sawwar hajtu.
Dawk li kitbu fuq San Frangisk kollha kemm huma jghidu li hajtu kienet komtemplazzjoni kontinwa tal-Kotba Mqaddsa, specjalment tal-Vangelu. Bizzejjed wiehed isemmi lil Tumas minn Celano u lil San Bonaventura, li kitbu dwar il-qaddis, biex jifhem dak li ghidna.
Celano jghidilna: "Frangisku kien jaqra fil-Kotba Mqaddsa u dak li nissel fl-ispirtu anke ghal darba wahda, kien jiktbu b'karattri li ma jithassrux fil-qalb tieghu. Il-memorja tieghu kienet tiehu post il-kotba, ghax jekk xi verità kienet tolqotlu darba widnejh, din kienet issir is-suggett kontinwu tal-meditazzjoni tieghu" (2 Cel,105). Fil-Fjuretti naqraw ukoll li Frangisku "qabel ma kien jiekol u meta ma kienx jista' jisma' l-quddiesa, kien irid jisma' dejjem il-Vangelu li kien jinqara fil-quddiesa tal-jum" (112).
Insibu ghadd ta' episodji mill-hajja ta' san Frangisk li juru r'rabta tieghu mal-Kotba Mqaddsa. Wiehed minnhom hu dak meta Frangisku kien wasal fit-tmiem hajtu u kien migdud minn ugigh insopportabbli. Wiehed mill-patrijiet staqsa lil Frangisku: "Missier int dejjem irrikorrejt ghall-Kotba Mqaddsa u fihom sibt dejjem il-farag fl-ugigh. Ghalhekk nitlobok li issa wkoll iggieghel li jinqralek xi pass mill-profet halli l-ispirtu tieghek isib il-farag fil-Mulej". U San Frangisk wiegeb lil dan il-patri twajjeb: "Hi haga tajba li taqra x-xhieda li taghti l-Iskrittura, hi haga tajba wkoll li tfittex fiha 'l-Mulej Alla, imma jien digà nafha hekk tajjeb li hu bizzejjed ghalija li nahseb fuqha u nimmedita f'qalbi. Ma ghandix bzonn ta' xejn aktar, ibni, ghax naghraf lil Gesù fqajjar u msallab" (2 Cel,105).
Nahseb li minn dawn il-ftit kwotazzjonijiet nistghu nintebhu kemm San Frangisk kellu ghal qalbu l-Iskrittura. Naraw issa l-uzu ta' l-Iskrittura fil-kitbiet tieghu.
L-Iskrittura fil-Kitbiet ta' San Frangisk Illum ghandna migburin il-kitbiet ta' san Frangisk f'diversi lingwi u f'edizzjonijiet differenti. Illum ghandna ukoll il-possibiltà li naqraw it-testi ta' dawn il-kitbiet bil-malti fuq il-website www.sanfrangisk.com Meta naqraw dawn it-testi nilmhu ghadd kbir ta' kwotazzjonijiet ta' li San Frangisk ghamel mill-Kotba Mqaddsa. Insibu mhux inqas minn 125-il kwotazzjoni mit-Testment il-Qadim u aktar minn 215 mit-Testment il-Gdid. Huma kwotazzjonijiet ta' hafna mill-kotba. Infatt huma ftit dawk il-kotba li mhumiex ikkwotati.
Hemm min qal, bhal Giordano da Giano, li Frangisku kien jinqeda bi Frate Cesario, li kien espert tal-Bibbja, biex jikkwota l-Iskrittura ghalih. Dan seta' ghamlu. Imma ghiduha bla tlaqliq, wkoll jekk Frangisku nqeda b'xi espert, jibqa l-fatt li dak li kkwota kien digà jafu tajjeb u assimilah f'qalbu huwa stess.
Inzidu nghidu li l-kwotazzjonijiet ta' Frangisku mill-Iskrittura, ghalkemm huma hafna, mhumiex bizzejjed biex jaghtuna kwadru shih ta' l-influss kbir li kellha l-Iskrittura fil-hajja tieghu u fil-kitba tieghu. Il-kwotazzjonijiet jaghtuna biss idea, ghax in-numru taghhom huwa biss hjiel tal-konnoxxenza tieghu tal-Kotba Mqaddsa.
Nafu li san Frangisk ma kien ta' xi skola kbira. Kien tghallem ftit Latin fl-iskola parrokkjali ta' San Gorg qrib id-dar ta' Missieru u d-djallett franciz ta' ommu. Dak iz-zmien nafu bizzejjed li ma kienx hemm il-kumdità ta' l-istampa jew il-possibiltà li jkollok il-Bibbja f'idejk. Tant hu hekk, li l-ewwel Testment il-Gdid li kellu l-Ordni kien moghti karità lil omm fqira ta' zewg patrijiet (2 Cel.91). Allura, kif Frangisku kien daqshekk familjari mal-Bibbja? Frangisku kien jinqeda bil-kotba tal-liturgija biex jitghallem il-Bibbja. Nafu li kellu memorja tajba hafna u dak li kien jisma u jaqra kien izommu bla mittiefes f'mohhu (Cel 102-103). Jidher car li fil-Porzjunkola kien hemm it-test tal-Vangelu ta' San Gwann u nafu li Frangisku inqeda bih hafna specjalment fl-ahhar ta' hajtu (1 Cel,110). Is-salmi kien jafhom mill-brevjar, li kull patri kellu permess li jzomm. Hu kien isejjeh l-Iskrittura b'diversi ismijiet: "Kelma Qaddis, Kelma Divina, Kelma Divina l-aktar qaddisa, Kelma t'Alla, Kelma ta' Kristu, Ittra Divina, Kelma tal-Mulej..."
Mit-Testment il-Gdid l-aktar li kien jikkwota kien il-Vangelu - 145 darba, u minn dawn l-aktar il-Vangelu ta' San Mattew 61 darba. Dak ta' San Luqa ikkwotah 42 darba, ta' San Gwanni 33 darba u dak ta' San Mark 10 darbiet. Dan nifhmuh tajjeb ghax fi zmienu l-Vangelu l-aktar uzat fil-Knisja kien dak ta' San Mattew. Però l-akbar influwenza li halla fil-hajja u fil-kitba ta' Frangisku, specjalment fir-riflessjonijiet Kristologici, Trinitarji u mistici tieghu, kien il-Vangelu ta' san Gwann, u specjalment il-kapitlu 17, li kien sar haga wahda mal-qalb ta' Frangisku.
san Frangisk jimla l-kitba tieghu bi hsibijiet u reminixxenzi bibblici. It-talb li kiteb ihalli kollu toghma Bibblika kemm f'ghamla u kemm fil-kontenut. L-Ewwel Regola dik non-bullata, kienet thaddan ghadd kbir ta' kwotazzjonijiet mill-Iskrittura u l-istess haga fit-Twissijiet li kiteb lill-huta l-patrijiet. L-Ufficcju tal-Passjoni u l-kitba l-ohra liturgika tieghu juru kemm Frangisku kien jaf u assimila s-Salmi. L-ghorrief frangiskani, infatti, jghidulna li kien jaf bl-amment parti kbira mis-Salterju.
San Frangisk rarament kien jikkwota l-Bibbja u jinqeda biha "ad litteram". Kien jinqeda biha b'mod liberu, spontanju u jadattaha skond ic-cirkustanzi. Hawn nistghu ngibu ezempju wiehed: meta nqeda bil-kliem ta' Gesù fuq il-muntanja "Aghmlu lin-nies dak li tridu li jaghmlu lilkom" (Mt 7,12), darba biss jikkwotah "ad litteram". X'hin insibu l-istess kliem b'mod liberu disa' darbiet. Hu stess kiteb dwar dan: "Il-Kelma toqtol lil dawk ir-religjuzi li ma jridux jimxu wara l.ispirtu ta' l-Iskrittura Mqaddsa, imma jridu biss ikunu jafu l-kliem u jfissruh lill-ohrajn".
L-Iskrittura fil-hajja ta' San Frangisk Wara li rajna ir-rabta li ghandha l.Iskrittura mal-kitba ta' san Frangisk, nghaddi issa biex naraw kif San Frangisk kien jghix l-Iskrittura.
L-Iskrittura mhux biss saret bicca minn hajtu, imma saret l-istess hajja tieghu. Ghal Frangisku il-Kelma ta' Alla kient id-Dawl, il-wens, it-triq, il-mohh u l-qalb tieghu.
Imzejjen bil-fantasija ta' poeta u b'imhabba ta' mistiku, Frangisku beda jghix sahansitra f'amjent bibbliku. hajtu saret, kif qal wiehed awtur: "Itinerarju Bibbliku". B'gismu kien ighix fl-Umbrija gewwa l-Italja, imma b'mohhu u qalbu kien donnhu qed ighix fl-Art Imqaddsa. Greccio ttrasformah f'Betlehem, San Damjan f'Nazaret, La Verna fil-Kalvarju, San Marija ta' l-Angli fic-Cenaklu. Ghamel hekk biex ikun jista' jghix hajtu fl-ambjent fejn sehhu dawn il-misteri principali tal-fidwa taghna.
Meta Frangisku gie biex isawwar l-ghamla ta' hajja ghall-patrijiet tieghu u kien ghadu mdallam dwar liema sura ta' hajja sejjer jaghzel, kien il-qari tal-Vangelu f'Santa Marija ta' l-Angli li urieh ghal tlett darbiet liema triw ghandu jiehu. Fuq dan Tumas minn celano qalilina li wara t-tielet qari tal-Vangelu, li ghal tliet darbiet infetah proprju fejn hemm deskritta l-missjoni apostolika, Frangisku infexx ighajjat bil-ferh u qal: "Dan irrid, dan nitlob u dan hu li nixtieq naghmel b'qalbi kollha" (1 Cel,22).
Din kienet fost l-ewwel laqghat bikrin ta' Frangisku mal-Vangelu. dak li gara f'dik il-kappella ckejkna dak in-nhar baqa' haj fl-qalb tal-Qaddis sa' l-ahhar ta' hajtu, tant li fit-Testment kiteb: "U wara li l-Mulej tani l-ahwa, hadd ma wrieni dak li kelli naghmel, izda l-istess l-Aktar gholi nnifsu nebbahni li kelli nghix skond l-Ghamla tal-Vangelu Imqaddes" (Test,14).
Tant hu hekk li meta Bernado di Quintavalle u Pietro Cattani l-ewwel zewg zghazagh xtaqu jsegwu l-hajja li kien qed jghix, Frangisku hadhom mieghu fil-Knisja ta' San Nicolò li kienet fil-genb tal-Pjazza tal-Belt biex jikkonsultaw il-Vangelu. Wara li talbu lil Alla jurihom ir-rieda tieghu, Frangisku fetah il-Vangelu bi spirtu ta’ talb ghal tliet darbiet. L-ewwel darba waqghu taht ghajnejh il-kliem: “Jekk trid tkun perfett, mur u biegh kull ma ghandek u qassam kollox lil foqra” (Mt 19:21). Frangisaku fetah il-ktieb tal-Vangelu darbtejn ohra ghall-unur tat-Trinita’, it-tieni darba sab il-kliem: “Tiehdu xejn maghkom ghal vjagg” (Lq 9:3). U t-tielet darba: “Jekk xi hadd irid jigi warajja, ghandu jichad lilu innifsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja” (Lq 9:23). Dak il-hin Frangisku kollu ferhan li Alla kien uriehom ir-rieda tieghu qall lil shabu: “L-ahwa din hija l-hajja u r-regola taghna u ta’ dawk kollha li jixtiequ jinghaqdu maghna!”.
Meta Frangisku gie biex jikteb ir-Regola, ha il-Vangelu bhal il-qalbha taghha. Kemm ir-Regola Primittiva, li hi mitlufa, kif ukoll ir-Regola Non Bullata u r-Regola Bullata itennu dak li jghid il-Vangelu. Il-Vangelu sar ir-riga li bih Frangisku u hutu l-patrijiet kienu jkejlu u jfasslu hajjithom.
Infatti r-Regola Bullata tibda: "Ir-Regola u l-hajja tal-patrijet Minuri hi din, jigifieri, li jharsu l-Vangelu Mqaddes tal-Mulej taghna Gesù Kristu, billi jghixu fl-ubbidjenza, bla xejn taghna u fis-safa". U l-istess regola tispicca proprju b'dawn l-istess kliem.
Dawn huma bla dubbju testi fundamentali marbuta ghall-importanza tal-Vangelu filhajja ta' san Frangisk. Huam testi li jiddikjaraw zewg fatti essenzjali: (1) li l-patrijiet ighixu "skond l-ghamla tal-Vangelu" hija ta' ispirazzjoni divina u (2) li r-regola u l-hajja tikkonsisti fl-osservanza pura u semplici tal-Vangelu.
Meta Frangisku kien isib ruhu f'cirkustanzi diffici, kien isib id-dawl fl-iskrittura, specjalment fil-Vangelu. Insibu ezempju li jipprova dan meta Bernardu mar ghandu biex jitolbu biex jissieheb mieghu kif semmejna aktar il-fuq. Darb'ohra, meta Frangisku kien fuq La Verna jaghmel l-irtir ghal habta tal-festa ta' San Mikiel, beda jhoss li Alla jrid xi haga specjali minnu. Ma kienx jaf x'inhi din il-haga. Bhas-soltu fetah il-Vangelu ghal tliet darbiet u ghal tliet darbiet sab quddiem ghajnejh id-deskrizzjoni tal-passjoni tal-Mulej. Hemm fehem li Alla riedu jsofri passjoni li tixbah lil dik ta' Ibnu. U Hekk gara ghax ftit wara Gesù ssiggilah bil-pjagi mqaddsa tieghu (1 Cel,92-93).
Fl-ahharnett, kienet l-iskrittura li wriet lill-Qaddis li kien wasal fl-ahhar. Ftit qabel mewtu, qieghel li tinfetah l-Iskrittura u tinqralu bicca minnha. Infetah il-Vangelu ta' san Gwann u t-test li nstab kien: "Sitt ijiem qabel il-festa ta' l-Ghid, billi kien jaf Gesù li waslet is-siegha tieghu li jghaddi min din id-dinja ghal ghand il-Missier..." (1 Cel,110). F'dak il-hin Frangisku fehem li kien baqghalu ftit hajja fuq din l-art u lesta ruhu li jmur jinghaqad ma' Kristu aktar fil-qrib.
Frangisku kien ihares lejn l-Iskrittura u jilmah fiha n-natura kerigmatika u profetika taghha: fehem fih xi jrid ixandar Alla bi kliemu u xi jrid li wiehed jaghmel wara l-qari ta' kliemu. Ghalhekk "ma kienx semmiegh trux taghha, imma kien izomm bil-memorja dak kollu li kien jisma' u jfittex li jwettaq bir-reqqa u "ad litteram"" (Leg.Maior 3,1).
Barra minn hekk ried li juri lil uliedu kif ghandhom ighixu l-kelma tal-Mulej: "Billi jien qaddej ta' kulhadd ghandi naqdi lil kulhadd u nghaddi lil kulhadd il-kliem ifuh tata' Sidi l-Mulej" (Ittra lill-Fidili, 3).
L-ahhar Kelma Minn dak li ghidt nistghu forsi nigbu xi konkluzjonijiet prattici, li nemmen li jghoddu mhux biss ghalija jew ghal minn hu bhali frangiskan imma wkoll ghal min huwa nisrani u jixtieq ghix il-Vangelu bhalma ghamel Frangisku
Ghaldaqstant iridu naghmlu hilitna biex: (1) nimxu wara San Frangisk bl-imhabba lejn il-kotba Mqaddsa, u l-aktar il-Vangelu; (2) nibnu l-ispiritwalità taghna fuq l-Iskrittura billi naqrawha u nixtarru t-taghlim taghha; (3) nghixu dak li qalilina Alla nnifsu permezz tal-Kelma tieghu; (4) inkunu xbieha hajja ta' Kristu li hu l-milja ta' l-Iskrittura kollha (5) inhajru lil hutna biex naghmlu mill-Iskrittura l-qalba tal-hajja taghna nisranija u (6) insibu fl-ahharnett fl-Iskrittura l-Pax et Bonum, l-akbar Gid u Sliem li jaghti Alla lil min jisma' kliemu u jwettqu. Dan l-artiklu kien presentat bhala paper fil-klassi tat-Teologija Bibblika fl-INSERM minn Thomas Calleja meta kien djaknu fl-1985. Assisi 6.7.2003 |
Il-Vangelu fil-hajja ta' Frangisku kellu l-ewwel post tant li huwa msejjah "il-Bniedem Evangeliku".
|
|