Kitbiet ta' San Frangisk |
|
Regola mhux bullata miktuba f'Fontecolombo fl-1221 Dahla
1. Fl-isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu! 2. Din hija l-hajja tal-Vangelu ta’ Gesù Kristu li fra Frangisk talab lis-sinjur Papa biex jaghtih u jwettaqlu u li tah u kkonferma ghalih u ghall-hutu tal-prezent u dawk li ghad jigu. 3. Fra Frangisk u dawk kollha li jmexxu din il-hajja Religjuza, iwieghed ubbidjenza u qima lejn il-Papa Innocenz u lis-successuri tieghu. 4. Ha jintrabtu l-ahwa kollha li jobdu lil Fra Frangisk u lis-successuri tieghu.
Kapitlu I L-ahwa jghixu minghajr xejn taghhom fis-safa u fl-ubbidjenza
1. Ir-Regola u l-hajja ta’ dawn l-ahwa hija din: “li jghixu fl-ubbidjenza, fis-safa u bla xejn taghhom, u jimxu fuq it-taghlim u l-passi tal-Mulej taghna Gesù Kristu, li jghid: 2. Jekk trid tkun perfett, mur (Mt 19:20) u bigh kull ma ghandek, u aghtih lill-foqra, u jkollok tezor fis-sema, u ejja u imxi warajja (Lq 18:22, Mt19:21). 3. U jekk xi hadd irid jigi warajja, ha jichad lilu nnifsu, jerfa’ salibu u jimxi warajja (Mt 16:24). 4. Mill-gdid: jekk xi hadd irid jigi ghandi u ma jobghodx ’il missieru u ’l ommu, u l-mara u t-tfal u ’l hutu subien u bniet u ’l hajtu stess, ma jistax ikun dixxiplu tieghi (Lq 14:26). 5. U: Kull min ikun halla ’l missieru u ’l ommu, ’il hutu subien u bniet, il-mara jew it-tfal, id-djar u l-ghelieqi minhabba fija, jircievi mitt darba aktar u jkollu b’sehmu l-hajja ta’ dejjem (Mt 1929, Mk 10:29, Lq 18:29).
Kapitlu II Kif ghandhom jintlaqghu u jilbsu l-ahwa
1. Jekk xi hadd, imnebbah minn ispirazzjoni divina, jixtieq ihaddan din il-hajja, ha jigi ghand hutna, u jkun milqugh minnhom bil-hlewwa. 2. Jekk ikun tal-fehma li jhaddan il-hajja taghna, joqoghdu attenti l-ahwa li ma jindahlux fil-hwejjeg temporali tieghu, minna bla dewmien jehduh ghand il-ministru taghhom. 3. Min-naha tieghu, il-ministru jilqghu bil-hlewwa, jaghmillu il-kuragg u bil-ghaqal kollu jfissirlu l-mod ta’ hajja taghna. 4. Wara dan, jekk ikun jixtieq u jista’ jaghmel dan bla tfixkil spirituali, ghandu jbigh kull ma ghandu u jqassmu lill-foqra. 5. Ha joqoghdu attenti l-ahwa u l-ministru taghhom li ma jindahlux fl-affarijiet temporali tieghu. 6. u ma jircievu qatt flus la direttament u lanqas permezz ta’ haddiehor. 7. Madanakollu jekk l-ahwa jkunu fil-htiega, jistghu jaccettaw, bhall-foqra l-ohra, dak li jkun mehtieg ghall-gisem, minbarra flus. 8. Meta jigu lura, il-ministru jista’ jaghtih l-ilbies tal-prova ghal sena, jigifieri: zewg tonok minghajr kapocc, kurdun, qalziet u l-kapparrun li jasal sal-kurdun. 9. Meta tkun ghaddiet is-sena tal-prova, ikun jista’ jintlaqa’ ghall-ubbidjenza. 10. Wara li jaghmel dan ma jkunx jista’ jissieheb f’xi Ordni iehor jew joqghod “jiggerra barra l-ubbidjenza” skond id-digriet tas-sinjur Papa u skond il-Vangelu, ghax hadd li jqieghed idejh fuq il-mohriet u jhares lura m’hu tajjeb ghas-saltna ta’ Alla (Lq 9:62). 11. Jekk jigi xi hadd li ma jkunx jista’ jqassam dak li ghandu bla tifkil u jkollu xewqa spiritwali li jaghmel dan, ha jhalli kollox warajh u dan ikun bizzejjed. 12. Hadd ma jista’ jkun milqugh kontra r-riti u dak li titlob il-Knisja Mqaddsa. 13. L-ahwa kollha, li jkunu ga wieghdu l-ubbidjenza, jistghu jkollhom tonka wahda bil-kapocc u jekk ikun hemm il-htiega, ohra minghajr kapocc, kurdun u qalziet. 14. L-ahwa kollha ha jilbsu lbies fqajjar, u bil-barka ta’ Alla, jistghu jraqqghuh bl-ixkejjer u bcejjec ohra, ghax il-Mulej jghid fil-Vangelu: Dawk li jilbsu lbies fin u jghixu fit-tlellix u dawk li jilbsu fin fil-palazzi tas-slaten issibhom (Lq 7:25, Mt 11:8) 15. Ukoll jekk isejhulhom ipokriti, ma ghandhomx b’daqshekk ma jibqghux jaghmlu l-gidu, lanqas ma ghandhom ifittxu lbies iqum il-flus fid-dinja, biex ikollhom l-ibies tas-saltna tas-sema.
Kapitlu III L-Ufficcju Divin u s-Sawm
1. Il-Mulej jghid: Spirtu bhal dak ma jista’ jitkecca b’xejn hlief bit-talb u s-sawm (Mk 9:28). 2. U jghid wkoll: Meta ssumu tqarrsux il-bixra ta’ wicckom bhalma jaghmlu dawk ta’ wicc b’iehor (Mt 6:16). 3. Ghalhekk l-ahwa kollha, kemm kjerci jew lajci, ha jghidu l-Ufficcju Divin, it-tifhir u t-talb, kif hu mitlub minnhom. 4. Il-kjerci jghidu l-Ufficcju u jghiduh ghall-hajjin u ghall-mejtin skond id-drawwa tal-kjerci. 5. Ha jghidu kuljum: Ikollok hniena minni, o Alla (Salm 50) flimkien mal-Missierna. Bi tpattija ghan-nuqqasijiet u t-traskuragni ta’ l-ahwa. 6. U ha jghidu: Minn qiegh l-art insejjahlek (Salm 129) flimkien mal-Missierna ghall-ahwa mejtin. 7. Jista’ jkollhom biss dawk il-kotba mehtiega biex jghidu l-Ufficcju. 8. L-ahwa lajci li jafu jaqraw is-salterju jista’ jkollhom wiehed ukoll. 9. dawk li ma jafux jaqraw jista’ ma jinghatalhomx il-permess li jkollhom wiehed. 10. L-ahwa lajci ha jghidu l-Kredu u erbgha u ghoxrin Missierna flimkien mal-Glorjapatri ghall-Matutin, ghal-Lawdi jghidu hamsa, ghal Prima jghidu l-Kredu u seba’ Missierna u l-Glorjapatri, ghas-sighat l-ohra, Terza, Sesta u Nona, sebgha; ghall- Vespri tnax; ghall-Kompieta jghidu l-Kredu u seba’ Missierna u l-Glorjapatri; ghall-mejtin, seba’ Missierna u Aghtihom il-Mistrieh ta’ dejjem; u ghan-nuqqasijiet u t-traskuragni ta’ l-ahwa tliet Missierna kuljum. 11. Bl-istess mod halli l-ahwa kollha jsumu mill-festa tal-Qaddisin Kollha sal-Milied, u mill-Epifamija, meta l-Mulej taghna Gesù Kristu beda is-sawm, sal-Ghid il-Kbir. 12. Madankollu fiz-zminijiet l-ohra m’humiex marbutin isumu hlief nhar ta’ Gimgha. 13. U skond il-Vangelu, jistghu jieklu mill-ikel kollu li jqeghdulhom quddiemhom (Lq 10:8).
Kapitlu IV Il-Ministru u l-Ahwa u kif igibu ruhom
1. Fl-isem tal-Mulej! 2. Halli l-ahwa kollha li jkun maghzulin ministri u qaddejja ta’ l-ahwa l-ohra, iqassmu lil huthom fil-provincji u l-postijiet fejn ikunu u halli jzuruhom ta’ sikwit, iwissuhom u jfarrguhom spiritwalment. 3. U l-ahwa tieghi kollha, ghandhom jobduhom bil-ghaqal kollu f’dak kollu li hu ta’ gid ghal ruhhom u li m’huwiex kontra l-hajja taghna. 4. Halli jgibu ruhhom bejntiehom skond dak li jghid il-Mulej: Dak kollu li tird li l-bnedmin jaghmlu lilkom, aghmluh ukoll intom lilhom (Mt 7:12), 5. u: dak li ma tridx li jsir lilek taghmlux int lil haddiehor. 6. Ha jiftakru l-ministru u l-qaddejja dak li jghid il-Mulej: Jien ma gejtx biex inkun moqdi imma biex naqdi (Mt 20:28); u billi minhabba l-harsien tar-ruh ta’ huthom fdati f’idejhom, jekk xi hadd jintilef minhabba l-htija jew l-ezempju hazin taghhom, ikunu jridu jaghtu kont quddiem il-Mulej Gesù Kristu f’jum il-haqq (Mt 12:36).
Kapitlu V Il-Korrezzjoni ta’ l-Ahwa
1. Harsu lil ruhkom u l-erwieh ta’ hutkom, ghax hija haga tal-biza’ taqa’ f’idejn Alla l-Haj (Lhud 10:31). 2. Jekk xi wiehed mill-ministri jqabbad li xi wiehed mill-ahwa xi haga kontra l-hajja taghna jew kontra ruhu, m’huwiex marbut li jobdih ghax l-ubbidjenza mhix haga li fiha ssir xi htija jew xi dnub. 3. Min-naha l-ohra, halli l-ahwa kollha li huma that il-ministru u l-qaddej taghhom izommu b’mod ragjonevoli u bil-ghaqal l-ghemejjel tal-ministru u l-qaddej taghhom. 4. Jekk jaraw lil xi hadd minnhom miexi aktar skond il-gisem milli skond l-ispirtu fil-hwejjeg li ghandhom x’jaqsmu mal-hajja taghna, jekk ma jirrangax wara li tkun saritlu t-tielet twissija, halli jgharrfu lill-ministru u qaddej tal-fraternità kollha waqt il-Kapitlu ta’ Pentekoste, bla ma jaghtu kas ta’ dak li jista’ jinqala’. 5. Hekk ukoll, jekk x’imkien fost l-ahwa, ikun hemm xi hadd li jkun jixtieq jghix skond il-gisem u mhux skond l-ispirtu, halli l-ahwa li jghixu mieghu jwissuh, jghallmuh u jwiddbuh bl-umiltà u bl-attenzjoni. 6. Jekk wara t-tielet ammonizzjoni ma jkunx irid ibiddel hajtu, halli jibaghtuh ghand il-ministru u qaddej u jirraportah mill-aktar fis, u l-ministru u qaddej ha jgib ruhu mieghu kif jidhirlu l-ahjar quddiem Alla. 7. Halli l-ahwa kollha, kemm il-ministri u qaddejja u kemm l-ohrajn, joqoghdu attenti li ma jitfixklux jew jitghabbdu minhabba d-dnub jew il-hazen ta’ haddiehor, ghax ix-xitan jixtieq igarraf lil hafna minhabba l-htija ta’ l-ohrajn. 8. Imma halli jghinu spiritwalment lil dak li jkun dineb, mill-ahjar li jistghu, ghax mhux dawk li huma f’sahhithom, imma il-morda jehtiegu t-tabib. (Mk 2:17). 9. Bl-istess mod, halli l-ahwa kollha ma jkollhomx setgha jew hakma specjalment fuq l-istess ahwa. 10. Ghax kif jghid il-Mulej fil-Vangelu: il-mexxejja tal-gnus jahkmu fuqhom, u l-kbarat taghhom ihaddmu s-setgha fuqhom, imma mhux hekk ghandu jkun fost l-ahwa (Mt 20:25,26a). 11. Halli dak li jrid ikun il-kbir fosthom ikun l-ministru u l-qaddej taghhom (Mt 20:26b). 12. Halli dak li hu l-akbar fosthom isir l-izghar wiehed (Lq 22:26). 13. Halli hadd mill-ahwa ma jaghmel xi hsara jew jghid xi haga hazina lill-iehor. 14. bil-maqlub, fl-ispirtu ta’ mhabba, (Gal 5:13) halli jaqdu u jobdu lil xulxin bil-qalb. 15. Din hija l-ubbidjenza vera u qaddisa tal-Mulej taghna Gesù Kristu. 16. Kull darba li jkunu tbieghdu mill-kmandamenti tal-Mulej u jghixu barra mill-ubbidjenza, ha jkunu jafu l-ahwa kollha dak li jghid il-Profeta li huma misthutin dawk li huma barra mill-ubbidjenza, jekk jafu u jibqghu f’dan id-dnub. (Salm 118:21). 17. Meta jibqghu sal-ahhar fil-harsien tal-kmandamenti tal-Mulej, kif wieghdu li jaghmlu bil-Vangelu u bil-hajja taghhom, ha jkunu jafu li huma baqghu fl-ubbidjenza u huma mberkin mill-Mulej!
Kapitlu VI L-Ahwa jmorru ghand il-Ministru u Hadd ma jissejjah “Prijol”
1. Jekk l-ahwa, fejn ikunu ma jkunux jistghu jharsu din il-hajja, halli jmorru ghand il-ministru taghhom bla telf ta’ zmien, u jghidulu b’dan. 2. Halli l-ministru, min-naha tieghu, jara x’jista’ jaghmel biex jghinhom kif ikun jixtieq li jsir mieghu li kellu jkun hu fl-istess qaghda (Mt 7:12). 3. Hadd ma ghandu jkun imsejjah “Pirjol”, imma halli nkunu imsejhin “Frati Minori” (= ahwa zghar/patrijiet minuri). 4. U ghandhom jahslu saqajn xulxin (Gw 13:14).
Kapitlu VII Il-Qadi u x-Xoghol
1. Jaraw li hadd mill-ahwa ma jaghmilha ta’ tezorier jew amministratur f’dawk il-postijiet fejn ikunu qed iservu jew jahdmu qalb l-ohrajn. Lanqas ma jiehdu t-tmexxija tad-djar fejn jaqdu u lanqas jaccettaw xi ufficcju li jista’ jaghti lok ghal skandlu jew ikun ta’ hsara ghal ruhhom: 2. Imma ha jkunu l-izghar u suggetti lejn dawk li jkun fl-istess dar. 3. Halli l-ahwa li jafu jahdmu, jahdmu u jhaddmu s-sengha li jafu, sakemm ma tkunx ta’ hsara ghal ruhhom u tista’ ssir bl-onestà. 4. Ghax il-profeta jghid: mix-xoghol ta’ idejk inti tiekol, hieni int u rizqek tajjeb (Salm 127:2). 5. U L-appostlu jghid: min ma jkunx irid jahdem, anqas ghandu jiekol (2Tess 3:10) u halli jibqa’ kull wiehed f’dik is-sengha u ufficcju li kien meta gie msejjah (1Kor 7:24). 7. U bhala hlas ghal xogholhom jistghu jircievu kull ma jkun mehtieg barra flus. 8. U meta jkunu fil-htiega jistghu jittallbu bhall-foqra l-ohra. 9. M’hemm xejn hazin li jkollhom l-ghodod u l-istrumenti mehtiega ghas-sengha taghhom. 10. Halli l-ahwa kollha jfittxu li jkunu mehdijin il-hin kollu f’hidma tajba, ghax hemm miktub: Qis li taghmel il-hin kollu xi haga tajba halli x-xitan isibek biezel. 11. U wkoll: l-ghazz huwa l-ghadu tar-ruh. 12. Il-qaddejja ta’ Alla, ghalhekk, ghandhom ikunu moghtija l-hin kollu ghat-talb u xi hidma tajba. 13. Kull fejn ikunu l-ahwa, sew fl-eremitaggi jew f’xi post iehor, joqoghdu attenti li ma jaghmlu mkien taghhom u lanqas ihaqquha ma’ ohrajn fuq dawk l-imkejjen. 14. U kull min jigi ghandhom, habib jew ghadu, halliel jew brigant, ha jkun milqugh bil-hlewwa. 15. Kull fejn ikunu l-ahwa, jew kull fejn jiltaqghu, ha jirrispettaw lil xulxin b’mod spiritwali u attent, u jaghtu gieh lil xulxin minghajr tgemgim (1Pt 4:9). U ha joqoghdu attenti li ma jidhrux minn barra mdejqin u ipokriti, qalbhom sewda, imma ghandhom juru ruhhom il-hin kollu ferhana, hienja u helwa fil-Mulej. (Fil 4:4).
Kapitlu VIII L-Ahwa ma jircevux flus
1. Il-Mulej fil-Vangelu jghallem: Ifthu ghajnejkom u harsu rwiehkom minn kull reghba (Lq 12:15). 2. Harsu rwiehkom mit-thassib zejjed dwar il-hwejjeg tad-dinja u t-thassib ghall-htigijiet tal-hajja (Lq 21:34, Mt 13:22). 3. L-ebda wiehed mill-ahwa, ghalhekk, ikun fejn ikun jew imur fejn imur, ma ghandu jgorr, jew jircievi jew jaccetta xi flus, la ghall-ilbies, kotba jew hlas ghax-xoghol li jaghmel u ghall-ebda raguni, sakemm mhux ghal xi htiega ta’ wiehed mill-ahwa marid li tidher, ghax ma ghandniex nahsbu fil-flus bhallikieku jiswew aktar mill-gebel. 4. Ix-xitan irid jaghmi ’l dawk li jixtiquhom u jqisu l-flus ahjar mill-gebel. 5. Ghalhekk ahna li hallejna kollox, noqoghdu attenti li ma nitilfux is-saltna tas-sema minhabba haga daqshekk zghira. 6. U li kellna nsibu xi flus fit-triq, halli ma naghtux kas aktar milli naghtu kas it-trab li nirfsu fuqu, ghax huma frugha tal-frughat u kollox hu frugha (Koh 1:2). 7. U jekk allahares, b’kumbinazzjoni jigri li xi wiehed mill-ahwa jkun qed igemma’ jew izomm xi flus, sakemm ma jkunux ghall-htiega ta’ xi hadd mill-ahwa marid, halli l-ahwa l-ohra sakemm ma jindimx sewwa, iqisuh bhala qarrieq, apostata, halliel u brigant, u bhala dak li zamm il-flus fil-horga (Gw 12:6). 8. Halli l-ahwa kollha bl-ebda mod ma jircievu, jirrangaw biex jircievu, ifittxu jew jirrangaw biex ifittxu flus ghall-imgiddmin jew ghal xi dar jew post u halli ma jqabbdu lil hadd jittallab il-flus ghal dawn il-postijiet. 9. Madanakollu, l-ahwa jistghu jaghmlu b’rizq dawn il-postijiet qadi iehor li ma jmurx kontra l-hajja taghna bil-barka ta’ Alla. 10. B’danakollu, l-ahwa jistghu jittallbu il-karità meta hemm il-htiega ghal xi mgiddem. 11. Imma ghandhom joqoghdu attenti mill-flus. 12. Bl-istess mod halli l-ahwa kollha joqoghdu attenti li ma jiggerrewx mad-dinja ghal qliegh baxx.
Kapitlu IX L-Ahwa li jiittallbu l-Karità
1. L-ahwa kollha ghandhom jaghmlu hilithom biex isegwu l-umiltà u l-faqar tal-Mulej taghna Gesù Kristu, u ha jiftakru li ahna ma ghandu jkollna xejn mill-hwejjeg tad-dinja ghajr dak li jsemmi l-Appostlu: ghandna x'nieklu u x'nilbsu, u dan ghandu jkun bizzejjed ghalina (1Tim 6:8). 2. U ghandhom jifirhu li jistghu jghixu ma’ nies li huma meqjusin ckejkna u ma jiswewx u mwarrbin, qalb il-foqra bla setgha, il-morda u l-imgiddmin, u t-tlaleb fit-toroq. 3. Meta jkunu fil-bzonn, ha jmorru jittallbu l-karità. 4. U halli ma jisthux u jiftakru fuq kollox li l-Mulej taghna Gesù Kristu, l-Iben ta’ Alla l-haj li jista’ kollox, ghamel wiccu bhaz-znied u xejn ma hammar wiccu (Gw 11,27, Is 50:7). 5. U kien fqir u barrani u ghex bil-karità, hu u l-Vergni Mbierka u d-dixxipli tieghu. 6. U meta n-nies izebilhuhom u ma jkunux iridu jaghtuhom il-karità, ghandhom jizzuhajr ’l Alla ghal dan; ghax huma ghad jircievu gieh kbir quddiem it-tribunal tal-Mulej taghna Gesù Kristu bhala hlas ghall-insulti li garrbu. 7. U ha jkunu jafu li l-misthija taghmel ghajb mhux lil dawk li jsofruha, imma lil dawk li jaghmluha. 8. Il-karità hija wirt u dritt li b’gustizzja tisthoqq lill-foqra; din kisibhielna l-Mulej taghna Gesù Kristu. 9. L-ahwa li jahdmu biex jakkwistawha jkollhom hlas kbir u jghinu lil dawk li jaghtuhielhom jiksbu u jaqilghu hlas kbir, ghax kull ma l-bnedmin ihallu warajhom fid-dinja jintilef, imma jkollhom hlas minghand il-Mulej ghall-imhabba u l-karità li jkunu ghamlu. 10. Halli kull wiehed juri bil-fiducja l-bzonnijiet tieghu lil huh biex dan ikun jaf x’inhu mehtieg u jghinu kif jista’. 11. Halli kull wiehed ihobb u jiehu hsieb huh bhalma omm thobb u tmantni lil binha, f’dawk il-hwejjeg li fihom Alla jkun tah il-grazzja ta’ Alla, (1Tes 2:7). 12. Dak li ma jikolx ma jiggudikax ’il min min jiekol (Rum 14,3b). 13. Kull meta jkun hemm bzonn, l-ahwa kollha, ikunu fejn ikunu, jistghu jieklu mill-ikel kollu li jieklu n-nies, kif jghid il-Mulej dwar David li kiel mill-hobz imqieghed quddiem il-Mulej, li hadd hlief il-qassisin ma kienu jistghu jieklu (Mt 12:4, Mk 2:26). 14. Ha jiftakru f’dak li jghid il-Mulej: Oqoghdu ghassa tagkkom infuskom li ma tmorrux thallu qlubkom jitqalulkom b’ikel u xorb zejjed, jew bis-sokor, jew b’hafna thassib ghall-htigijiet ta’ din il-hajja, u li dak il-jum ma ssibuhx fuqkom ghal gharrieda. 15. Ghax dak il-jum jigi fuq kull min jghammar fuq wicc l-art kollha bhal nassa (Lq 21:34-35). 16. L-istess mod fi zmien ta’ htiega, l-ahwa jistghu jaghmlu skond il-grazzja li l-Mulej jaghtihom biex jipprovdu dawk il-hwejjeg li jehtiegu, ghax in-necessità ma ghandha l-ebda ligi!
Kapitlu X L-ahwa morda
1. Jekk xi hadd mill-ahwa jimrad, ikun fejn ikun, l-ahwa l-ohra ma ghandhomx ihalluh warajhom sakemm wiehed mill-ahwa, jew aktar minn wiehed, jekk ikun hemm bzonn, jitqabbdu jduru bih kif jixtiequ li huma stess ikunu moqdijin (Mt 7:12). 2. F'kaz ta’ htiega akbar, madanakollu, jistghu jafdawh f'idejn xi hadd li jiehu hsiebu u jaghmel dak li jkun hemm bzonn tul il-marda tieghu. 3. Nitlob lil hija l-marid biex irodd hajr ’l Alla ta’ kollox u biex jixtieq li jkun kif iridu l-Mulej, fil-mard u fis-sahha, ghax l-Mulej jghallem lil dawk kollha li ghazilhom ghall-hajja ta' dejjem (Atti 13:48), bit-turmenti tal-kastig, bil-mard u bl-ispirtu ta’ niket, kif il-Mulej stess jghid: Jien lil dawk li nhobb inwiddibhom u nrazzanhom (Apok 3:19). 4. Jekk xi hadd mill-ahwa jithawwad u jehodha kontra Alla jew kontra hutu, jew bl-anzjetà u bil-qawwa jifittex il-medicini b’herqa zejda li jehles lil gismu li wasal biex imut, li hu ghadu tar-ruh - dan kollu jkun gej mix-xitan u mill-istess gisem. Hu b’hekk ma jidhirx u li hu wiehed mill-ahwa, ghax aktar ihobb ’il gismu milli lil ruhu.
Kapitlu XI L-Ahwa ma ghandhomx izebilhu u jqassu fuq l-ohrajn, imma jhobbu lil xulxin
1. Halli l-ahwa kollha joqoghdu attenti li ma joqoghdux iqasqsu fuq xulxin jew ihaqquha bejniethom (2 Tim 2:14). 2. Ha jaghmlu hilithom biex izommu s-skiet kull meta Alla jaghtihom il-grazzja. 3. Halli ma jitlewmux bejniethom jew ma’ l-ohrajn, imma jfittxu li jwiegbu bl-umiltà u jghidu: ahna qaddejja li ma niswew ghal xejn (Lq 17,10). 4. U halli ma jinkorlawx, ghax kull min jinkorla ghal huh ikun haqqu l-gudizzju; min lil huh jghidlu "gifa" ikun haqqu jidher quddiem il-gemgha; u min lil huh ighidlu "iblah" ikun haqqu n-nar ta’ l-infern (Mt 5,22). 5. Ha jhobbu wiehed lill-iehor, kif jghid il-Mulej Dan hu l-kmandament tieghi, li thobbu lil xulxin, kif habbejtkom jien (Gw 15:12). 6. Ejjew nuru li nhobbu lil xulxin bl-ghemil taghna (Gak 2:18), kif jghid l-Appostlu: Ma nhobbux bil-kliem jew bit-tpacpic, imma bl-ghemil u tassew (1Gw 3:18). 7. U ma jkasbru lil hadd (Tit 3:2). 8. Ma ghandhomx joqoghdu jgergru jew iqassu fuq l-ohrajn, ghax hemm miktub: Alla jobghod lil dawk li jqassu u jigdbu kontra xulxin (Rum 1:30). 9. Halli jkunu modesti billi jgibu ruhhom bil-hlewwa ma’ kulhadd (Tit 3:2): 10. Halli ma jiggudikawx u ma jikkundannawx 11. Kif jghid il-Mulej: halli ma joqoghdux jiflu bir-reqqa d-dnubiet iz-zghar ta’ l-ohrajn (Mt 7:3; Lq 6:41), 12. bil-maqlub, halli joqoghdu jahsbu fuq id-dnubiet taghhom fin-niket ta’ qalbhom (Is 38:15). 13. Ghandhom jithabtu biex jidhlu mill-bieb id-dejjaq (Lq 13:24) ghax il-Mulej jghid: Dejjaq hu l-bieb u dejqa t-triq li tiehu ghall-hajja, u ftit huma dawk li jsibuha! (Mt 7,14).
Kap XII Il-Hars hazin u l-Laqghat ta’ spiss man-Nisa
1. Kull fejn ikunu jew imorru, l-ahwa kollha, ha jaharbu l-hars hazin u l-laqghat ta’ spiss man-nisa. 2. U hadd ma joqghod jitkellem maghhom jew jivvjagga wahdu maghhom, jew jiekol mill-istess platt maghhom. 3. Meta jaghtuhom il-penitenza jew xi pariri spiritwali, is-sacerdoti ghandhom jitkellmu maghhom kif jixraq. 4. Assolutament l-ebda mara ma tista’ tigi milqugha ghall-ubbidjenza minn xi hadd mill-ahwa, imma wara li tkun hadet il-parir spiritwali, ghandha tmur taghmel il-penitenza fejn trid hi. 5. Ejjew ilkoll kemm ahna nghassu fuqna nfusna u nzommu safja l-membri kollha ta' gisimna, ghax il-Mulej jghid: Min ihares lejn mara b’xewqa hazina jkun ga ghamel adulterju maghha f’qalbu (Mt 5:28). 6. U lAppostlu jghid: Jew ma tafux li gisimkom huwa tempju ta’ l-Ispirtu s-Santu (1Kor 6:19)? Ghalhekk, jekk xi hadd jeqred it-tempju ta’ Alla, Alla jeqred lilu (1 Kor 3:17).
Kapitlu XIII Il-Harba taz-Zina
1. Jekk imhajjar mix-xitan, xi hadd mill-ahwa, jaqa’ fid-dnub taz-zina, ha jkun imcahhad mit-tonka li jitlef minhabba l-hazen tad-dnub li jkun ghamel; ha jitnezza’ minnha darba ghal dejjem, u jintbaghat ’il barra mill-Ordni taghna. 2. Imbaghad ikun jista’ jaghmel penitenza. (1Kor 5:4-5).
Kapitlu XIV L-Imgiba ta’ l-Ahwa fid-Dinja
1. Meta l-ahwa johorgu fid-dinja ma ghandhom igorru xejn maghhom ghall-vjagg: la but, la horga, la hobz, la flus, u lanqas bastun (Lq 9:3, 10:4,Mt 10:10). 2. F’kull dar li jidhlu jghidu l-ewwel dan il-kliem: Sliem lil din id-dar (Lq 10:5)! 3. U jibgghu fl-istess dar, jieklu u jixorbu milli jkollhom huma (Lq 10:7). 4. Halli lil bniedem hazin ma jiqfulux, imma ’l min jaghtik bil-harta fuq haddek tal-lemin, dawwarlu l-iehor ukoll (Mt 5:39, Lq 6:29). 5. Jekk xi hadd jeholdlok il-libsa, hallilu wkoll il-mantar. 6. Ha jaghtu ’l kull min jitlobhom, u ’l min jehdilhom dak li hu taghhom ma jitolbuhulux lura (Lq 6:29).
Kapitlu XV L-Ahwa ma jirkbux Zwiemel
1. Nikkmanda lil huti kollha, kemm kjerci kemm lajci, li meta jmorru fid-dinja jew jghixu f’xi post, bl-ebda mod ma ghandu jkollhom xi annimal la maghhom u lanqas ghand haddiehor. 2. U lanqas ma ghandhom jirkbu zwiemel, hlief jekk ikunu mgieghla minhabba l-mard jew xi htiega kbira.
Kapitlu XVI Dawk li jmorru qalb is-Saracini u l-Infidili
1. Il-Mulej jghid: Araw, jien qieghed nibghatkom bhal hrief qalb l-ilpup. 2. Kunu mela ghaqlin bhas-sriep, u semplici bhall-hamiem (Mt 10:16). 3. Halli kull wiehed mill-ahwa li b’ispirazzjoni divina jkun jixtieq imur qalb is-Saracini u nies li ma jemmnux, ha jmur bil-permess tal-ministru u qaddej tieghu. 4. Jekk jara li huma denji li jintbaghtu, il-ministru jista’ jaghti l-permess bla diffikultà ghax hu jinsab marbut li jaghti kont lill-Mulej jekk ma jimxix bid-dehen f’dil-haga u fi hwejjeg ohra (Lq 16:2). 5. L-ahwa li jmorru, jistghu jgibu ruhhom spiritwalment mas-Saracini b’zewg modi: 6. L-ewwel, li jidhlux f’diskussjonijiet u tilwim imma joqoghdu ghal kull hliqa umana ghall-imhabba ta' Alla (1Pt 2:13); u li jaghrfu li huma Nsara. 7. Il-mod l-iehor huwa li jxandru l-Kelma ta’ Alla meta jaraw li jkun joghgob lill-Mulej, biex dawk li jisimghuhom jemmnu f’Alla li jista’ kollox, il-Missier, l-iben u l-Ispirtu s-Santu, il-Hallieq ta' kollox, l-Iben, il-Feddej u Salvatur, u jitghammdu u jsiru Nsara, ghax min ma jitwelidx mill-gdid mill-ilma u l-Ispirtu s-Santu ma jistax jidhol fisSaltna ta’ Alla (Gw 3:5). 8. Jistghu jghidu lil dawn u lill-ohrajn dawn il-hwejjeg u ohrajn li joghgob lil Alla. Ghax il-Mulej jghid fil-Vangelu: Kull min jistqarrni quddiem il-bnedmin jien ukoll ghad nistqarru quddiem il-Missieri li huwa fis-sema (Mt 10:32). 9. Min jisthi minni u minn kliemi, Bin il-Bniedem ukoll ghad jisthi minnu meta jigi fil-kobor u !-glorja tieghu u tal-Missier (Lq 9:26). 10. Kull fejn ikunu l-ahwa kollha, ghandhom jiftakru li huma taw lilhom infushom u rhew gisimhom lill-Mulej Gesù Kristu. 11. Ghall-imhabba tieghu ghandhom jaghmlu lilhom infushom vulnerabbli ghall-ghedewwa taghhom, kemm dawk li jidhru u dawk li ma jidhrux, ghax il-Mulej jghid: Min jitlef hajtu minhabba fija, isalvaha fil-hajja ta’ dejjem (Lq 9:24,Mt 25:46). 12. Henjin dawk li jsofru persekuzzjoni minhabba l-gustizzja, ghax taghhom hija s-saltna tas-smewwiet (Mt 5:10). 13. Kif ippersegwitaw lili, ghad jippersegwitaw lilkom ukoll (Gw 15:20). 14. U Jekk jippersegwitawkom f’belt, aharbu f’ohra (Mt 10:23). 15. Henjin intom meta l-bnedmin joboghdukom, u jishtukom u jippersegwitawkom (Lq 6:22, Mt 5:11), u jaqtghukom minn maghhom, jghajrukom u jwarrbu isimkom bhallikieku kien haga hazina (Lq 6:22), u meta jghidu fuqkom kull deni bil-gideb minhabba fija (Mt 5:11). 16. F'dak il-jum ifirhu u thennew (Lq 6:23), ghax il-hlas taghkom hu kbir fis-smewwiet (Mt 5:12). 17. Jien nghidkom hbieb tieghi, la titbezzghux minnhom (Lq 12:4). 18. Tibzghux minn dawk li joqtlu l-gisem u wara dan ma jibqghalhomx x'jaghmlu aktar (Mt 10:28, Lq 12:4). 19. Araw li ma tithawdux (Mt 24:6). 20. Ghax bis-sabar taghkom ghad issalvaw ruhkom. 17. U min jibqa’ shih sal-ahhar, dan isalva (Lq 21:19, Mt 10:22;24:13).
Kapitlu XVII Il-Predikaturi
1. Araw li hadd mill-ahwa ma jipprietka kontra r-riti u l-prattika tal-Knisja mqaddsa, jew minghajr il-permess tal-ministru tieghu. 2. U l-ministru joqghod attent li ma jaghtix permess lil xi hadd bl-addocc. 3. Halli l-ahwa kollha jipprietkaw bl-ezempju taghhom. 4. L-ebda ministru jew predikatur ma jaghmel tieghu l-ministeru tat-tmexxija ta’ l-ahwa jew l-ufficcju tal-predikazzjoni, izda meta jghidulu ghandu jwarrabu fil-genb bla diffikultà. 5. Ghall-imhabba li hi Alla (Gw 4:16), ghalhekk, nitlob, lil huti li jippritkaw, jitolbu u jahdmu, kjerci u lajci, biex ikunu umli f'kollox, 6. biex ma jiftahrux jew jiehdu gost bihom infushom jew jitkabbru f’qalbhom minhabba l-kliem u l-ghemejjel tajba, jew xi gid li Alla xi darba jghid jew jahdem fihom u permezz taghhom, skond il-kliem tal-Mulej li jghid: Xejn la tiftahru b’dan, li l-ispirti joqoghdu ghalikom (Lq 10:20). 7. Nistghu nkunu nafu fiz-zgur li xejn m’hu taghna hlief il-vizzji u d-dnubiet. 8. Aktar ghandna nifirhu meta nsibu ruhna f’kull xorta ta’ prova (Gak 1:2), u meta f'din id-dinja jkollna nsofru kull xorta ta’ wgigh tal-gisem jew diqa tar-ruh ghall-hajja ta’ dejjem. 9. Ghalhekk, halli l-ahwa kollha, joqoghdu attenti minn kull kburija u vanaglorja. 10. Halli nharsu lilna nfusna mill-gherf ta’ din id-dinja u mill-ghaqal tal-gisem (Rum 8:6). 11. Ghax l-ispirtu tal-gisem jixtieq hafna u jistinka biex jigma’ kliem sabih, imma ftit ihabbel rasu ghall-ghemejjel it-tajba; 12. imma jfittex li jkollu religjon u qdusija li tidher minn barra f’ghajnejn in-nies. 13. Dawn huma dawk li ghalihom il-Mulej jghid: Tassew nghidilkom li l-hlas taghhom ga haduh (Mt 6:2). 14. L-Ispirtu tal-Mulej, izda, irid li l-gisem ikun imrazzan u mkasbar, meqjus li ma jiswa ghal xejn u mmaqdar. 15. U jistinka li jkollu l-umiltà u s-sabar, il-paci pura, semplici u vera ta’ l-Ispirtu. 16. U fuq kull haga ohra, jixtieq il-biza’ ta’ Alla, l-gherf divin u l-imhabba divina tal-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. 17. U halli nroddu kull ma hu tajjeb lill-Mulej, Alla li jista’ kollox u l-aktar gholi; naghrfu li kull ma hu tajjeb huwa tieghu, u nizzuh hajr, li minnu gej kull ma hu tajjeb. 18. Dak, li jista’ kollox u kbir, li hu wahdu Alla veru, ghandu, jinghatalu, u jircievi, kull gieh u qima, kull tifhir u barka, kull radd ta’ hajr u glorja; ghax tieghu hu kull ma hu tajjeb. (Lq 18:19); li hu l-istess imhabba. 19. U meta naraw jew nisimghu xi hazen isir jew jinghad jew Alla mkasbar bid-dagha: halli nitkellmu u naghmlu t-tajjeb u nfahhru ’l Alla li hu imbierek ghal dejjem (Rum 1:25).
Kapitlu XVIII Il-Laqghat tal-Ministri
1. Darba fis-sena ghall-festa ta' San Mikiel Arkanglu, kull ministru jista’ jiltaqa’ ma’ hutu, fejn jixtiequ huma biex jitkellmu dwar hwejjeg li ghandhom x’jaqsmu ma’ Alla. 2. Il-ministri kollha li jinsabu ’l hemm mill-bahar u ’l hemm mill-Alpi, jistghu jigu ghall-Kapitlu ta’ Pentekoste, fil-knisja ta’ Santa Marija talPorziuncola, darba kull tliet snin, u l-ministri l-ohra darba fissena, jekk ma jkunx mitlub mod iehor mill-ministru u qaddej ta’ din il-fraternità.
Kapitlu XIX L-Ahwa jghixu ta' Kattolici
1. Halli l-ahwa kollha jkunu, jghixu u jitkellmu ta’ kattolici. 2. Jekk xi hadd jitbieghed bil-kliem jew bil-ghemil mill-fidi kattolika u jghix bla ma jikkoregi ruhu, halli jintbaghat ’il barra mill-fraternità. 3. Halli nqisu lill-kjerci u r-religjuzi bhala s-sidien taghna f’dak kollu li ghandu x’jaqsam mas-salvazzjoni ta’ ruhna, u dak li ma jmurx kontra r-religjon taghna; u halli nqimu l-ordinazzjoni, l-ufficcju u l-ministeru taghhom fil-Mulej.
Kapitlu XX Il-Penitenza u il-Gisem u d-Demm tal-Mulej taghna Gesù Kristu
1. Halli l-ahwa mbierkin tieghi, kjerci u lajci, jistqarru dnubiethom lil sacerdoti ta’ l-Ordni taghna. 2. Jekk ma jkunux jistghu ghandhom iqerru ghand sacerdoti ohrajn li ghandhom hila jaghzlu t-tajjeb u kattolici; u jkunu jafu bic-cert u li, meta jircievu l-penitenza u jiehdu l-assoluzzjoni minghand xi sacerdoti kattolici, huma jkunu mahlulin minn dnubiethom, jekk jaghmlu bl-umità u l-fedeltà l-penitenza li jaghtuhom. 3. Jekk, imbaghad, ma jsibu ebda sacerdot ha jistqarru dnubiethom lil xi wiehed mill-ahwa, kif jghid l-Appostlu Gakbu: Stqarru d-dnubiet taghkom lil xulxin (Gak 5:16). 4. Minkejja kollox, mhux minhabba f’hekk, ma ghandhomx jittraskuraw li jmorru ghand sacerdot, ghax is-setgha li jorbtu u jhollu, hi moghtija lilhom biss. 5. Niedma u mqarra b’dan il-mod, ha jersqu jircievu l-Gisem u d-Demm tal-Mulej taghna Gesù Kristu b’umiltà kbira u bil-qima, waqt li jiftakru x’qal il-Mulej: Min jiekol gismi u jixrob demmi ghandu l-hajja ta' dejjem (Gw 6:55). 6. U f’post iehor: Aghmlu dan b’tifkira tieghi (Lq 29:19).
Kapitlu XXI Tifhir u Kliem ta’ hegga
1. Kull meta joghgobhom, l-ahwa kollha, jistghu jhabbru dan jew xi kliem ta’ theggig u tifhir iehor fost il-popli bil-barka ta’ Alla: 2. Ibzghu u qimu, fahhru u bierku, roddu hajr u aduraw (1Tes 5:18) lill-Mulej Alla li jista’ kollox fit-Trinità u fl-Ghaqda Wahda. Il-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu Hallieq ta' kollox. 3. Indmu u aghmlu ghemejjel xierqa ta’ ndiema (Mt 3:2 Lq 3:8) ghax ilkoll irridu mmutu. 4. Aghtu u jinghatalkom (Lq 6:38). 5. Ahfru u ssibu l-mahfra (Lq 6:37). 6. Jekk intom ma tahfrux il-htijiet tal-bnedmin, lanqas il-Mulej ma jahfer lilkom (Mk 6:14). Stqarru htijietkom kollha (Mk 11:25). 7. Imbierka dawk li jmutu niedma ghax ikollhom post fis-Saltna tas-sema. 8. Hazin, izda, ghal dawk li jmutu bla ndiema ghax isiru wlied ix-xitan (1Gw 3:10), ghax ghamlu ghemilu u jmorru fin-nar ta’ dejjem (Mt18:8,25:41). 9. Ghassu u ccahhdu minn kull deni u komplu aghmlu t-tajjeb sa l-ahhar.
Kapitlu XXII Twissija lill-Ahwa
1. L-Ahwa, ejjew nirriflettu fuq dak li l-Mulej jghidilna: Hobbu l-ghedewwa taghkom, u aghmlu l-gid lil dawk li joboghdukom (Mt 5:44). 2. Ghax il-Mulej taghna Gesù Kristu, li fuq il-passi tieghu ahna msejha li nimxu (1Pt 2,21), sejjah lit-traditur tieghu: ‘habib’ (Mt 26,50), u minn rajh inghata lil dawk li sallbuh (Gw 10:18). 3. Il-hbieb taghna, ghalhekk, huma dawk kollha li ingustament iwaddbu fuqna diqa u niket, misthija u hsara, dulur u kastigi, il-martirju u l-mewt. 4. Ahna ghandna nhobbuhom hafna, ghax ghad niksbu l-hajja ta’ dejjem ghal kull ma jgeghluna nsofru. 5. Ejjew noboghdu ’l gisimna bil-vizzji u d-dnubiet tieghu, ghax jekk nghixu skond il-gisem, ix-xitan jixtieq jehdilna l-imhabba ta’ Gesù Kristu u l-hajja ta’ dejjem, u jigbed warajh fl-infern lilu flimkien ma’ ohrajn. 6. Ghax, bi htija taghna, sirna mistmerra, mizerabbli u nehduha kontra t-tajjeb, u hfief u migbudin biex naghmlu il-hazen, ghax kif jghid il-Mulej fil-Vangelu: 7. Mill-qalb jigu u johorgu l-hsibijiet il-hziena, l-adulterji, iz-zina, il-qtil, is-serq, ix-xehha, il-hzunija, il-qerq, il-fahx, il-hars hazin, ix-xhieda qarrieqa, id-dagha, il-bluha (Mk 7:21-22;Mt 15:19). 8. Dawn il-hwejjeg hziena kollha minn go qalb il-bniedem johorgu (Mk 7:23), u dawn huma li jtebbghu lill-bniedem (Mt 15:20). 9. Issa ahna li hallejna d-dinja, ghalhekk, ma ghandna xejn x’naghmlu hlief li naghmlu dak li jrid minna l-Mulej, u dak li joghgob lilu. 10. Halli noqoghdu attenti li ma nkunux bhall-hamrija matul it-triq, jew dik kollha blat jew xewk, kif l-Mulej jghid fil-Vangelu: 11. Iz-zerriegha hija l-Kelma ta’ Alla (Lq 8:11). 12. Dik (iz-zerriegha) li waqghet mat-triq u ntrifset that is-saqajn (Lq 8:5), huma dawk li jisimghu l-Kelma u ma jifhmuhiex (Lq 8,12, Mt 13,19). 13. Jigi x-xitan u malajr u jisraq dak li nzera’ fi qlubhom, u jnehhi l-Kelma minn qalbhom, li ma jmorrux jemmnu u jsalvaw 14. Dik imbaghad li waqghet fuq il-blat hija dawk li, malli jisimghu l-Kelma, jilqghuha bil-ferh minnufih 15. Imma meta jigi fuqhom il-ghawg u l-persekuzjoni minhabba l-Kelma, malajr jitfixklu. Dawn ma ghandhomx gheruq fihom, idumu ghal mument biss, ghax jemmnu biss ghal ftit u jergghu lura fis-siegha tal-prova. 16. Dawk li waqghu qalb ix-xewk, huma dawk li jisimghu l-Kelma ta’ Alla izda l-hsibijiet u l-inkwiet tal-hwejjeg ta’ l-art, il-qerq tal-ghana, u x-xewqat dizordinati, johonqu l-Kelma u jibqghu bla frott. 17. Dak imbaghad li nzera’ f’art tajba, huma dawk li, jisimghu l-Kelma bil-qalb u jifhmuha u jaghmlu l-frott bis-sabar. (Mt 13:1-23,Mk 4:3-2,Lq 8:5-15), 18. Huti ejjew inhallu l-mejtin jidfnu l-mejtin taghhom (Mt 8,22). 19. U ejjew noqoghdu attenti mill-malizzja u l-qerq tax-xitan, li ma jrid li ebda bniedem ma jdawwar mohhu u qalbu lejn Alla. 20 Hu jdur maghna, u jipprova jaqbad go xibka l-qalb tal-bniedem, bl-iskuza ta’ xi premju jew ghajnuna, biex johnoq il-kelma u l-precetti tal-Mulej minn mohhna, u mxennaq ghal qalb il-bniedem jipprova jorbotha bil-hwejjeg u x-xewqat tad-dinja biex jghammar fiha hu, kif jghid l-Mulej: 21. Meta l-ispirtu hazin johrog mill-bniedem, hu jiggerra f’art niexfa jfittex il-mistrieh, 22. u ma jsib imkien (Mt 12,43) u jghid: Mela nerga’ lejn id-dar mnejn hrigt (Lq 11,24)! 23. U meta jigi jsibha battala u miknusa u kollox f’postu (Mt 12:44). 24. Imbaghad imur igib seba' spirti ohra aghar minnu, u jidhlu u joqoghdu hemm gew, u fl-ahhar dak il-bniedem isib ruhu f’qaghda aghar minn ta’ qabel (Lq 11:26). 25. Ghalhekk, huti, ejjew ilkoll noqoghdu ghassa tajjeb li taht id-dehra ta’ xi hlas jew ghajnuna, ma nitilfux jew inwarrbu mohhna minn Alla. 26. Imma, f’gieh l-imhabba qaddisa li hu Alla (1 Gw 4:16), nitlob lill-ahwa kollha, kemm il-ministri u l-ohrajn, biex wara li jirbhu kull tfixkil, iwarrbu minnhom kull hsieb u herqa zejda, jaqdu, ihobbu, iqimu u jaduraw lill-Mulej Alla b’qalb nadifa u mohh safi mill-ahjar li jistghu, ghax dan hu li jfittex fuq kollox. 27. Ejjew naghmlulu dejjem fina dar u post fejn jghammar (Gw 14:23), lilu li hu l-Mulej Alla li jista’ kollox, Missier, Iben u Spirtu s-Santu, li jghid: Ishru mela u itolbu l-hin kollu, biex tkunu tifilhu tghaddu minn kull ma ghandu jigri u tieqfu quddiem Bin il-Bniedem (Lq 21:36). 28. U meta tkunu bil-wieqfa titolbu ghidu: Missierna li inti fis-smewwiet (Mk 11:25, Mt 6:9, Lq 11:2). 29. U ejjew nadurawh b’qalb safja; ghax jehtieg li nitolbu l-hin kollu bla ma neghjew (Lq 18:1). 30. ghax il-Missier, adoraturi bhal dawn ifittex: 31. Alla hu Spirtu, u dawk li jadurawh, ghandhom jadurawh fl-ispirtu u l-verità (Gw 4:24). 32. Ejjew immorru ghandu bhala r-Raghaj u Ghassies ta' ruhna (1 Pt 2:25), li jghid: Jien ir-Raghaj it-Tajjeb, li nirgha n-naghag tieghi, u naghti hajti ghan-naghag tieghi (Gw 10:14-15). 33. Intom ilkoll ahwa! 34. Issejhu ’l hadd ‘Missier’ fuq din l-art, ghax wiehed hu l-Missier taghkom, dak li hu fis-sema. 35. U ssejhu ‘l hadd ‘ghalliem’ ghax wiehed hu l-Ghalliem taghkom, dak li hu fis-sema (Mt 23,8 -10). 36. Jekk tibqghu fija, u kliemi jibqa' fikom, itolbu kull ma tridu u jinghatalkom (Gw 15,7). 37. Kull fejn hemm tnejn jew tlieta migburin f’ismi, jiena nkun hemm f'nofshom (Mt 18,20). 38. U araw jiena maghkom dejjem, sa l-ahhar taz-zmien (Mt 28,20). 39. II-kliem li ghidtilkom huwa spirtu u hajja (Gw 6,64). 40. Jiena t-Triq, il-Verità u l-Hajja (Gw 14,6). 41. Ejjew ghalhekk inzommu shih mal-kliem, il-hajja u t-taghlim u mal-Vangelju mqaddes ta’ Dak, li umilja lilu nnfisu biex jitlob lil Missieru ghalina, u biex jgharrafna ismu meta qall: Missieri, sebbah lil ismek (Gw 12,28), u sebbah lil Ibnek biex hu jsebbah lilek (Gw 17,1). 42. Missier, gharraft ismek lill-bnedmin, li inti tajtni fid-dinja (Gw 17,6); il-kliem li inti tajt lili jiena tajtu lilhom, u huma laqghuh u gharfu tassew li jien hrigt minnek. 43. Jien ghalihom nitlob, u mhux ghad-dinja; 44. nitlob ghal dawk li inti tajtni, ghax huma tieghek, u kull ma hu tieghi huwa tieghek. 45. Missier qaddis, harishom f’ismek ‘il dawk li tajtni, biex huma jkunu haga wahda bhalna. 46. Qieghed nghid dal-kliem waqt li ghadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferh shih tieghi. 47. Jien tajthom il-kelma tieghek, u d-dinja baghdithom, ghaliex huma m'humiex tad-dinja, kif jiena m'iniex tad-dinja. 48. Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja, imma li tharishom mill-Hazin 49. Qaddishom permezz tal-verità. 50. Il-kelma tieghek hi l-verità. 51. Kif int bghatt lili fid-dinja, hekk jiena bghatt lilhom fid-dinja. 52. U jien minhabba fihom naghti hajti, biex huma wkoll ikunu mqaddsin permezz tal-verità. 53. Mhux ghalihom biss nitlob, imma wkoll ghal dawk li ghad jemmnu fija minhabba l-kelma taghhom, biex issehh fihom il-milja tal-ghaqda, halli d-dinja taghraf li inti bghattni u li habbejt lilhom kif habbejt lili (Gw 17,23). 54. U nkompli ngharrafhom ismek, biex l-imhabba li biha habbejtni tkun fihom u jiena wkoll inkun fihom. 55. Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu wkoll mieghi fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tieghek (ara, Gw 17,1-26) fis-saltna tieghek (Mt 20,21).
Kap XXIII Talb u Radd il-Hajr
1. O Alla Setghani, l-aktar Qaddis Alla Kbir u li tista’ kollox, Missier Qaddis u Gust (Gw 17:11), Mulej Sultan tas-sema u l-art (Mt 11:25), irroddulek hajr ghalik innifsek, ghax bir-rieda mqaddsa tieghek u b’Ibnek il-wahdieni ma’ l-Ispirtu s-Santu hlaqt kull hliqa spiritwali u korporali u wara li hlaqtna fuq ix-xbieha u s-sura tieghek qeghidtna fil-Genna ta’ l-art (Gen 1:26,2:15) u ahna waqajna htija taghna.
2. Ahna rroddulek hajr ghax kif hlaqtna permezz ta’ Ibnek, 3. hekk ukoll permezz ta’ l-Imhabba Qaddisa tieghek, li biha habbejtna (Gw 17:26) ridt li hu jitwieled ghalina, bhala veru Alla u veru Bniedem mill-Glorjuza dejjem Vergini, Qaddisa u Mbierka Marija, ridt ukoll li tifdi lilna mill-jasar permezz tas-salib, bid-demm u l-mewt tieghu.
4. Inroddulek hajr ghax l-istess Ibnek ghandu jerga’ jigi fil-glorja tal-kobor tieghu biex jibghat fin-nar ta’ dejjem lill-mishutin li ma nidmux u li ma gharfukx, u biex jghid lil dawk li gharfuk, adurawk u qdewk fl-indiema: “Ejjew, intom imberkin minn Missieri hudu s-saltna mhejjija ghalikom sa mill-bidu tad-dinja” (Mt 25:34).
5. Minhabba fina lkoll, imsejkna u midinbin, ma jisthoqqilniex lanqas inlissnu ismek. Nitolbu bl-umiltà lill-Mulej taghna Gesù Kristu Ibnek il-ghaziz, li fih issib l-ghaxqa tieghek (Mt 17:5). flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, Paraklitu, biex iroddlok hajr ghal kull ma joghgob lilek u lilu, u li hu dejjem joghgbok f’kollox u li bih ghamiltilna tant u tant gid, hallelujah!
6. Ghall-Imhabba tieghek fic-cokon taghna nitlobu lill-Omm Glorjuza u l-aktar qaddisa dejjem Vergni Marija, lill-qaddisin Mikiel, Gabrijel u Rafel u l-kori kollha tal-Qaddisin, Serafini, Kerubini, Troni u Dominazzjonijiet, Principati, Setghat (1Kol 1:15) u Virtujiet, Angli u Arkangli, lill-Qaddisin: Gwanni Battista, Gwanni l-Evangelista, Pietru u Pawlu, Il-Qaddisin Patrijarki u Profeti, Innocenti, Appostli, Evangelisti u Dixxipli, il-Martri, Konfessuri u Vergni, il-Qaddisin Elija u Enok u l-Qaddisin kollha li kienu, li ghad ikunu u li huma biex iroddulek hajr ghal dawn kollha kif joghgob lilek.
O Alla l-Gholi u Veru, Etern u Haj, ma’ Ibnek l-aktar ghaziz, il-Mulej taghna Gesù Kristu, u l-Ispirtu s-Santu, Paraklitu, ghal dejjem ta’ dejjem. Amen. Hallelujah! (Apk 9:13,19:4).
7. Ahna lkoll, l-ahwa zghar, qaddejja li ma niswew ghal xejn (Lq 17:10). fic-cokon taghna nixtiequ nitolbu lil dawk li jixtiequ jaqdu lill-Mulej Alla fi hdan il-Knisja Qaddisa, Kattolika u Appostolika f’xi wiehed minn dawn l-ordnijiet: Sacredoti, Djakni, Suddjakni, Akkolti, Ezorcisti, Letturi, Ostarju u l-Kjerci kollha, ir-Religjuzi kollha, irgiel u nisa, iz-zghazagh, il-fqar u dawk fil-htiega, slaten u princpijiet, haddiema u bdiewa, qaddejja u sidien. Ix-xebbiet, romol u n-nisa mizzewga. Il-lajci, irgiel u nisa, ic-ckejknin, adoloxxenti, zghazagh u xjuh, dawk b’sahhtihom u l-morda. Iz-zghar u l-kbar, kull poplu u gens, tribù u lsien, kull nazzjon u n-nies kollha kull fejn jinsabu fid-dinja t’issa u dawk kollha li ghad iridu jigu biex ilkoll kemm ahna nkomplu miexja fil-fidi vera u fl-indiema ghax inkella hadd minna ma jsalva.
8. Ejjew inhobbu lill-Mulej b’qalbna kollha, b’ruhna kollha, b’mohhna kollu (Mt 12:30), b’sahhitna u b’qawwietna kollha, u b’gharfien shih u b’kull qawwa li ghandna (Lq 10:27), b’kull sforz, b’kull gibda tal-qalb, b’kull tqanqil, b’kull rieda u b’kull xewqa. Lilu li lil kull wiehed minna tana u jaghti gisimna kollu u ruhna kollha u hajjitna kollha. Hu halaqna u fdiena u jehlisna biss ghall-hniena tieghu. Hu ghamel u jibqa’ jaghmel kull gid lilna msejkna u maghkusa, imhassra u nintnu, bla qalb u hziena.
9. Ghalhekk, ejjew ma nixtiequ u ma rridu xejn hlief il-Hallieq, ejjew ma nhallu jferrahna u jghaxxaqna xejn hlief il-Hallieq, il-Feddej u s-Salvatur taghna Alla wiehed u veru, li hu l-milja tat-tjieba, t-tjieba kollha, fuq kull tjieba, l-oghla tjieba tassew. Hu li wahdu hu tajjeb (Lq 18:19), hanin u hlejju, manswet u helu, hu li wahdu hu qaddis, gust u veru, qaddis u rett. Hu li wahdu hu hanin, innocenti u safi. Li minnu, bih u fih (Rum 11:36) hemm kull mahfra, kull grazzja, u kull gloria ta’ kull niedem u ta’ kull gust, ta’ l-imberkin kollha li jithennew flimkien fis-sema.
10. Ghalhekk, ejjew ma nhallu xejn ifixkilna, xejn jifridna jew xejn li jidhol bejnna u bejnu. 11. Ejjew ilkoll kemm ahna, ahna fejn ahna, f’kull post, f’kull siegha, f’kull hin tal-jum, kuljum u bla ma naqtghu nemmnu b’fidi tassew u umli u nzommu f’qalbna u nhobbu, inwegghu, inqimu, naqdu, infahhru u nbierku, insebbhu u nghollu, inkabbru u nroddu hajr lil Alla Etern l-Aktar Gholi u Kbir Trinità u Ghaqda Wahda, il-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, Hallieq ta’ kollox, Salvatur ta’ kull min jemmen u jittama fih u jhobbu. Li hu bla bidu u bla tmiem ma jitbiddilx, ma jidhirx, ma jitfissirx, ma ssibx kliem biex titkellem dwaru, ma tistax tifhmu jew tkejlu (Rum 11:33), hieni, jisthoqqlu t-tifhir, glorjuz, mgholli ’l fuq (Dan 3:52), sublimi, l-aktar gholi, hlejju, ta’ min ihobbu, jitghaxxaq bih u jixtiequ fuq kull haga ohra ghal dejjem. Amen.
Kapitlu XXIV Gheluq
1. Fl-isem tal-Mulej! Nitlob lill-ahwa kollha biex jitghallmu u jahsbu spiss dwar it-tifsir u s-sens ta’ kull ma nkiteb f’din il-Hajja (=Regola) ghas-salvazzjoni ta’ ruhna. 2. U nitlob lil Alla li jista' kollox, Tlieta u Wiehed biex ibierek lil dawk kollha li jghallmu, jitghallmu, izommu f’mohhhom, jiftakru u jqieghdu fil-prattika dawn il-hwejjeg; u dan kull darba li jtennu u jaghmlu dak li nkiteb fihom ghas-salvazzjoni ta’ ruhna. 3. U waqt li nbus saqajhom, nitlob lil kulhadd biex ihobbu, iharsu u jghozzu din il-Hajja 4. U min-naha ta' Alla li jista’ kollox u tas-sinjur Papa, u b’ubbidjenza, jien, Fra Frangisk, bil-qawwa nikkmanda u nordna li hadd ma jnaqqas jew izid ma’ dak li nkiteb f’din il-Hajja (Dewt 4:2; 12:32). L-ahwa ma ghandu jkollhom l-ebda Regola ohra. 5. Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu: kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem. Amen.
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Frar 2003 |
Imsejjah Regola mhux Bullata minhabb li ma kienet imressaq ghall-approvazzjoni tal-Papa. Din tigbor fiha il-Forma ta' hajja tal-Partijiet tal-bidu li l-Papa Innocenz III kien approva bil-fomm fl-1209. Din ir-regola tixhed l-ispirtu ta' Frangisku u ta' kif xtaq li l-ahwa jghixu lVangelu. Frangisku kiteb din ir-regola fil-gabra ta' Fontecolombo fl-1221.
.
|