Kitbiet ta' San Frangisk - Twissijiet |
|
Twissijiet (L-Ammonizzjonijiet)
1. Il-Gisem tal-Mulej
1. Il-Mulej Gesù jghid lid-dixxipli tieghu: Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Hajja. Hadd ma jmur ghand il-Missier jekk mhux permezz tieghi. 2. Kieku gharaftu lili, kontu taghrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ’l quddiem taghrfuh, anzi digà rajtuh. 3. Qallu Filippu: Mulej, urina l-Missier, u jkun bizzejjed ghalina. 4. Gesù wiegbu: Ili daqshekk maghkom, Filippu, u int ghadek ma gharaftnix? Min ra lili ra l-Missier (Gw 14:6-9).
5. Il-Missier jghammar f'dawl li hadd ma jista' jersaq lejh (1Tim 6:16), u Alla huwa spirtu (Gw 4:24), u lil Alla hadd qatt ma rah (Gw 1:18). 6. Ghalhekk hadd ma jista’ jarah hlief fl-ispirtu, ghax hu I-Ispirtu li jaghti l-hajja, il-gisem ma jiswa ghal xejn (Gw 6:64). 7. Imma billi hu daqs il-Missier, l-Iben hadd ma jista’ jarah bhalma jarah il-Missier, u bhalma jarah l-Ispirtu s-Santu.
8. Dawk kollha li raw il-Mulej Gesù skond l-umanità, u ma rawx u ma emmnux fih skond l-Ispirtu u d-divinità, li hu tassew l-Iben ta’ Alla, huma kkundannati. 9. Issa hekk ukoll jigri, lil dawk kollha li jaraw is-sagrament ikkonsagrat bil-kliem il-Mulej fuq l-altar, f’idejn is-sacerdot, taht ix-xbihat tal-hobz u l-inbid, u ma jarawx u ma jemmnux skond l-ispirtu u d-divinità, li hu tassw il-Gisem u d-Demm tal-Mulej taghna Gesù Kristu, huma kkundannati. 10. Hekk jixhdu l-Aktar Gholi nnifsu li jghid: Dan huwa Gismi u d-Demm tal-patt il-gdid (Mk 14:22-24). 11. U Kull min jiekol gismi u jixrob demmi ghandu l-hajja ta' dejjem (Gw 6:55). 12. Hu l-Ispirtu tal-Mulej, ghalhekk, li jghix fil-fidili tieghu li jircievu l-Gisem u d-Demm tal-Mulej. 13. L-ohrajn kollha, li ma jaqsmux mill-istess Spirtu, u jisthajlu li jircevuh, ikunu jieklu u jixorbu l-kundanna taghhom infushom (1Kor 11:2).
14. Ghalhekk, intom bnedmin, kemm se ddumu twebbsu qalbkom (Salm 4:3)? 15. Ghax ma taghrfux il-verità u temmnu fl-Iben ta’ Alla (Gw 9:35)? 16. Araw, kuljum jumilja ruhu (FiI 2:8), bhal meta mit-tron irjali (Gherf 18:15) gie fil-guf tal-Vergni. 17. Kuljum hu jigi ghandna f’dehra umli. 18. Kuljum jinzel minn hdan il-Missier (Gw 1:18) fuq l-altar f’idejn is-sacerdot.
19. Kif wera lilu nnifsu lill-Appostli mqaddsa f’gisem veru, hekk issa juri ruhu lilna fil-hobz imqaddes. 20. U kif huma raw biss il-gisem tieghu bl-ghajnejn tal-gisem, xorta emmnu li hu kien Alla hekk kif ikkontemplawh bil-ghajnejn tal-fidi; 21. ejjew ahna, waqt li naraw hobz u nbid bil-ghajnejn tal-gisem, naraw u nemmnu bis-shih li huma l-Gisem u d-Demm l-aktar qaddisa tieghu, haj u veru. 22. U b'hekk il-Mulej hu dejjem mal-fidili tieghu, kif hu stess jghid: Araw, jiena magkkom dejjem, sa l-ahhar taz-zmien (Mt 28:20).
2. II-Hazen tar-Rieda Egoista
1. Il-Mulej qall lil Adam: Kul mis-sigar kollha, izda mis-sigra tal-gherf dwar it-tajjeb u l-hazin la tikolx minnha (Gen 2:16-17)!
2. Seta’ jiekol minn kull sigra tal-gnien; dan ifisser li Adam ma dinibx, sakemm ma marx kontra l-ubbidjenza. 3. Ghax dak li jiekol mis-sigra tal-gherf dwar it-tajjeb hu dak li jzomm ghalih ir-rieda tieghu, u b'hekk jitkabbar ’il fuq mit-tajjeb li l-Mulej jghid jew jaghmel fih. 4. U hekk, bit-thajjir tax-Xitan u l-ksur tal-kmand, saret it-tuffieha tal-gharfien tal-hazin. 5. Ghalhekk hu minnu li jbati l-kastig.
3. L-Ubbidjenza Perfetta
1. Fil-Vangelu l-Mulej jghid: Min ma jichadx gidu kollu ma jistax ikun dixxiplu tieghi (Lq 14;33). 2. U: Min irid isalva hajtu, jitlifha (Lq 9:24).
3. Dak li joffri lilu nnifsu ghal kollox fl-ubbidjenza f’idejn il-prelat ihalli kull ma ghandu u jitlef gismu 4. Kull ma jaghmel u jghid li jaf li mhux kontra rrieda tieghu hi tassew ubbidjenza, sakemm dak li jaghmel ikun tajjeb.
5. U kemm-il darba s-sudditu jara xi hwejjeg ahjar u aktar ta’ siwi ghal ruhu minn dawk li jkun imqabbad jaghmel, ha joffri bil-qalb kollox ’l Alla b’sagrificcju, u minflok ha jaghmel hiltu biex iwettaq dak li jixtieq il-prelat. 6. Ghax din hi l-ubbidjenza ta’ l-imhabba (1Pt 1,22), u toghgob lil Alla u lill-proxxmu.
7. Kemm-il darba l-prelat jikkmanda xi haga li tmur kontra l-kuxjenza, ukoll jekk hu ma ghandux jobdih, halli b’danakollu ma jinfiridx minnu. 8. U jekk imbaghad ikollu jsofri persekuzzjoni mill-ohrajn, ha jhobbhom aktar ilkoll f’gieh Alla. 9. Ghax min jaghzel li jbati l-persekuzzjoni milli jinfired minn hutu, dan ikun qieghed tassew fl-ubbidjenza perfetta, ghax ikun qed jaghti hajtu ghal hutu (Gw 15:13). 10. Hemm hafna religjuzi li, bl-iskuza li huma qed ifittxu jaghmlu hwejjeg ahjar minn dawk li jikkmandaw il-prelati, iharsu lura (Lq 9:62), u jduru lejn il-vomtu tar-rieda taghhom (Prov 26:11; 2Pt 2:22). 11. Dawn huma nies qattiela, u minhabba l-ezempji hziena taghhom, igieghlu lil hafna jitilfu ruhhom.
4. Hadd ma ghandu jitkabbar fuq l-ohrajn
1. Ma gejtx biex inkun moqdi, imma biex naqdi (Mt 20:28), jghid il-Mulej. 2. Halli dawk li huma mqeghdin fuq l-ohrajn jiftahru bil-pozizzjoni li ghandhom daqskemm kienu jiftahru kieku kellhom ikunu mqabbda jahslu saqajn huthom. 3. U li kellhom jithawdu kieku jitnehhielhom l-ufficcju tal-pozizzjoni taghhom milli l-ufficcju li jahslu saqajn huthom, aktar ikunu qed jimlew il-horga taghhom, bi hsara ghal ruhhom (Gw 12:6).
5. Hadd ma ghandu jitkabbar, izda min jiftahar ha jiftahar bis-Salib tal-Mulej
1. Ahseb ftit, o bniedem, kemm gholliek il-Mulej Alla: halqek u sawrek fuq x-xbieha ta’ Ibnu l-Ghaziz skond il-gisem, u fuq is-sura tieghu skond l-ispirtu (Gen 1:26).
2. U l-hlejjaq kollha taht is-sema jaqdu, jaghrfu u jobdu lill-Hallieq taghhom, kull wahda skond in-natura taghna, ahjar minnek. 3. U lanqas ma kienu x-Xjaten li sallbuh, imma kont int, flimkien maghhom, li sallabtuh, u ghadkom qed issallbuh kull meta titghaxxqu bil-vizzji u d-dnubiet.
4. Biex, ghalhekk, tista’ tiftahar? 5. Anki li kien tant jilhaqlek u gharef, u kellek il-gherf kollu (1Kor 13:2), u taf tfisser l-ilsna kollha (1Kor 12:28), u tgharbel il-hwejjeg tas-sema b’tant sengha, ma kienx ikollok biex tiftahar; 6. Ghax anki jekk wiehed jircievi minghand il-Mulej gherf specjali ta’ l-oghla gherf, Xitan wiehed, jaf dwar il-hwejjeg tas-sema, u jaf aktar dwar il-hwejjeg ta’ l-art, aktar mill-bnedmin kollha.
7. Bl-istess mod, jekk inti aktar gustuz u ghani minn kull wiehed iehor, anki kieku kellek taghmel il-mirakli u taghmel li x-Xitan jahrab: dawn il-hwejjeg kollha jkunulek ta’ hsara, xejn m’hu tieghek, u ma tista’ tiftahar b’xejn b’dawn il-hwejjeg.
8. Imma nistghu niftahru b’haga wahda biss: b’dak li hu dghajjef fina (2Kor 12:5), u li ngorru kuljum is-salib tal-Mulej taghna Gesù Kristu (Lq 14,27).
6. L-Imitazzjoni ta’ Kristu
1. Ejjew ilkoll kemm ahna, huti, nahsbu fuq ir-Raghaj it-Tajjeb li garrab it-tbatija tas-salib biex isalva n-naghag tieghu!
2. In-naghag tal-Mulej imxew warajh fit-tahbit u fit-tigrib, fil-misthija u l-guh, fil-mard u fit-tigrib, u f’kull ghamla ohra; u ta’ dan kollu hadu l-hajja ta’ dejjem minghand il-Mulej.
3. Ghalhekk, hu ghajb kbir ghalina, il-qaddejja ta’ Alla, li l-qaddisin ikunu ghamlu l-ghemejjel kbar, u ahna rridu biss nircievu l-glorja u l-gieh ghax noqoghdu nithaddtu fuqhom.
7. l-Gherf ghandu jkun imsieheb mill-ghemejjel it-tajba
1. L-Appostlu jghid: L-ittra toqtol, imma l-ispirtu jaghti l-hajja (2Kor 3:6).
2. Huma maqtula mill-ittra dawk li jixtiequ biss li jkunu jafu l-kliem biex hekk ikunu mizmumin b’nies aktar ghorrief mill-ohrajn, u jkunu jistghu jiksbu gid kbir halli jkollhom xi jaghtu lil qrabathom u lil hbiebhom.
3. U dawk ir-religjuzi huma maqtula mill-ittra li m’humiex lesti jimxu skond l-ispirtu ta’ l-ittra divina, imma jixtiequ biss ikunu jafu l-kliem u kif ifissruh lill-ohrajn.
4. Imma huma moghtija l-hajja mill-ispirtu ta’ l-ittra divina dawk li ma jihdux vantagg mill-kliem li jafu jew jixtiequ jkunu jafu, ghall-gisem, imma li bil-kelma u bl-ezempju, jaghtu kollox lura lill-Mulej Alla l-Aktar Gholi, ghax kull ma hu tajjeb huwa tieghu.
8. Naharbu d-Dnub tal-Ghira
1. L-Appostlu jghid: Hadd ma jista’ jghid: "Gesù hu l-Mulej" jekk mhux imqanqal mill-Ispirtu s-Santu (1Kor 12:3). 2. U: hadd ma hemm li jaghmel is-sewwa, lanqas biss wiehed (Salm 53:4)!
3. Ghalhekk, kull min jghir ghal huh minhabba t-tajjeb li l-Mulej jghid jew jaghmel fih, ikun hati tad-dnub tad-dagha, ghax hu jkun qed jghir ghall-Aktar Gholi nnifsu (Mt 20:15), li jghid u jaghmel it-tajjeb kollu.
9. L-Imhabba tal-Ghedewwa
1. Il-Mulej jghid: Hobbu l-ghedewwa taghkom u aghmlu l-gid lil dawk li joboghdukom, u itolbu ghal dawk li jippersegwitawkom u jigdbu fuqkom (Mt 5:44).
2. Ghax dak ihobb tassew lill-ghadu tieghu, li xejn ma jitnikket minhabba d-deni li jkun ircieva, 3. izda, ghall-imhabba ta’ Alla, isofri f’qalbu minhabba d-dnub li jkun tebba’ r-ruh ta’ min offendih. 4. Ha jfittex li jurih li jhobbu bl-ghemejjel it-tajba.
10. It-Tghakkis tal-Gisem
1. Hemm ghadd ta’ nies li, meta jidinbu jew jircievu xi deni, spiss jitfghu l-htija fuq il-ghadu jew fuq il-proxxmu taghhom. 2. Imma mhux hekk ghandu jkun, ghax kull wiehed minna ghandu l-ghadu taht is-setgha tieghu, l-istess gismu, li bih jidneb.
3. Hieni hu dak il-qaddej (Mt 24,46) ghalhekk, li jzomm imrazzan taht setghetu lil dan il-ghadu, u bil-ghaqal kollu jhares lilu nnifsu mill-qerq tieghu. 4. Ghax jekk igib ruhu hekk, ebda ghadu iehor, jidher jew ma jidhirx, ma jista’ qatt jaghmillu l-hsara.
11. Hadd ma ghandu jitfixkel minhabba d-dnub ta’ haddiehor
1. Xejn ma ghandu jnikket lill-qaddej ta’ Alla hlief id-dnub. 2. U kien x’kien id-dnub li xi persuna tkun ghamlet, jekk il-qaddej ta’ Alla jithawwad u jirrabja minhabba f’hekk u mhux minhabba l-karità, ikun qed jigma’ ghalih innifsu l-htija ( Rum 2:5). 3. Dak il-qaddej ta’ Alla li xejn ma jgieghlu jaghdab jew jithawwad, jghix hajja tajba u bla xejn tieghu. 4. U hieni hu dak li ma jzomm xejn ghalih innifsu, imma jaghti lil Cesari dak li hu ta’ Cesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla (Mt 22:21).
12. Kif jingharaf l-Ispirtu tal-Mulej
1. Il-qaddej ta’ Alla jingharaf jekk ghandux l-Ispirtu tal-Mulej minn dan: 2. jekk il-Mulej jag]mel xi haga permezz tieghu hu jibqa’ ma jitkabbarx bih innifsu, ghax il-gisem jehodha dejjem kontra dak kollu li huwa tajjeb 3. imma jqis lilu nnifsu bhala qaddej li ma jiswa ghal xejn, u jzomm ruhu anqas mill-ohra kollha.
13. Is-Sabar
1. Henjin dawk li jgibu l paci, ghax huma jissejhu wlied Alla (Mt 5;9). Il-qaddej ta’ Alla ma jistax ikun jaf x’sabar u x’umiltà ghandu sakemm kollox imurlu sewwa. 2. Imma meta jasal il-waqt li dak li suppost jikkuntentah joholqlu l-inkwiet, ikollu tant sabar u umiltà daqskemm juri f’dak il-hin, u mhux aktar.
14. Il-Faqar fl-Ispirtu
1. Henjin il-foqra fl-ispirtu, ghax taghhom hija s-saltna tas-smewwiet (Mt 5:3). 2. Huma hafna dawk li ghalkemm jinsistu fit-talb u l-ghemejjel it-tajba, jiccahhdu u jghakksu lil gisimhom. 3. Izda mbaghad, malajr jiehdu ghalihom u jithawdu ghal daqsxejn ta’ kelma li tista’ tweggaghhom, jew jekk xi hadd jehdilhom xi haga. 4. Dawn in-nies m’humiex foqra fl-ispirtu; ghax min hu tassew fqir fl-ispirtu jobghod lilu nnifsu, u jhobb lil dawk li jaghtuh bil-harta fuq wiccu (Mt 5:39).
15. Il-Paci.
1. Henjin dawk li jgibu l-paci, ghax huma jissejhu wlied Alla (Mt 5:9). 2. In-nies li tassew igibu l-paci huma dawk li, ibatu xi jbatu f'din id-dinja, jibqghu jzommu l-paci f’ruhhom u f’gisimhom ghall-imhabba tal-Mulej taghna Gesù Kristu.
16. Is-Safa tal-Qalb
1. Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, ghax huma jaraw lil Alla (Mt 5:8). 2. Dawk tassew safja f’qalbhom huwa dawk li jmaqdru l-hwejjeg tad-dinja u b’qalb u ruh safja ma jieqfu qatt li jaduraw u jikkontemplaw ’il-Mulej Alla, haj u veru.
17. Il-Qaddej Umli ta’ Alla
1. Hieni dak il-qaddej (Mt 24:46) li ma jitkabbarx bit-tajjeb li l-Mulej jghid jew jaghmel permezz tieghu aktar milli b’dak li jghid jew jaghmel permezz ta’ haddiehor. 2. Ikun qed jidneb dak il-bniedem li jkun jixtieq jircievi mill-proxxmu aktar milli hu stess lest li jaghti minnu nnifsu lill-Mulej Alla.
18. Il-Moghdrija ghall-Proxxmu
1. Hieni l-bniedem li jwiezen il-proxxmu tieghu minhabba d-dghufija tieghu, daqskemm jixtieq li l-proxxmu tieghu jistabar bih fl-istess cirkustanzi (Gal 6:2; Mt 7:12).
2. Hieni l-qaddej li jrodd lill-Mulej Alla t-tajjeb kollu, ghax kull min izomm ghalih innifsu xi haga, ikun qed jahbi l-flus tal-Mulej Alla tieghu (Mt 25:18), u jittehidlu sahansitra dak li jahseb li ghandu (Lq 8:18).
19. Il-Qaddej Umli ta’ Alla
1. Hieni dak il-qaddej li ma jzommx lilu nnifsu ahjar meta n-nies ifahhruh u jgholluh, milli meta jzommuh bhala wiehed li ma jiswa ghal xejn, semplici u ta’ min imaqdru; 2. ghax il-bniedem jiswa daqskemm jiswa quddiem Alla, u mhux aktar. 3. Hazin ghal dak ir-religjuz li jkun mqieghed fil-gholi mill-ohrajn, u mbaghad ma jkunx irid jinzel minn hemm minn rajh. 4. Hieni dak il-qaddej (Mt 24:46) li ma jitqighedx fil-gholi ghax irid hu, u jkun jixtieq dejjem li jkun taht saqajn l-ohrajn.
20. Ir-Religjuz Veru u dak Fieragh
1. Hieni dak ir-religjuz li ma jsib l-ebda ferh u hena hlief fil-kliem l-aktar qaddis u fil-ghemejjel tal-Mulej, 2. u li bihom iwassal lill-bnedmin biex ihobbu ’l Alla bil-ferh u l-hena (Salm 50:10), 3. Hazin ghal dak ir-religjuz li jitghaxxaq fil-kliem bla siwi u fieragh, u jdahhak lill-ohrajn b’dan il-kliem.
21. Ir-Religjuz Iblah u Pacpac
1. Hieni l-qaddej li, meta jitkellem, ma jirrivelax kollox fuqu nnifsu bil-hsieb li jikseb xi hlas, u li mhux hafif biex jitkellem (Prov 29:20), imma min bil-ghaqal kollu jizen dak li jghid u kif iwiegeb. 2. Hazin ghal dak ir-religjuz li ma jzommx f’qalbu l-hwejjeg it-tajba li l-Mulej jgharraflu (Lq 2:19,51), u li ma jurihomx bl-imgiba tieghu, imma bil-hsieb li jikseb premju, ikun jixtieq jurihom bil-kliem. 3. Dan ikun ga ha l-hlas tieghu (Mt 6:2,16), u dawk li jisimghuh jiehdu minnu ftit frott.
22. Il-Korrezzjoni Fraterna
1. Hieni l-qaddej li jiehu bis-sabar il-korrezzjoni, l-akkuza u c-canfir minn xi haddiehor bhallikieku qed jaghmilhom lilu nnifsu. 2. Hieni l-qaddej li wara li jkun imcanfar, jibqa’ dhuli, joqghod ghal kollox bir-rispett, jammetti bl-umiltà, u jfittex li jpatti minn rajh. 3. Hieni l-qaddej li ma jgibx skuzi malajr, u jgarrab bl-umiltà u l-misthija c-canfira li ssirlu minhabba xi dnub li ma jkunx ghamel.
23. L-Umiltà
1. Hieni l-qaddej li jinstab umli fost dawk ta’ tahtu, bhalma kien fost dawk ta’ fuqu. 2. Hieni l-qaddej li dejjem izomm taht il-bastun tat-twissija. 3. Qaddej fidil u ghaqli (Mt 24:45) hu dak li ma jitnikkirx jikkastiga lilu nnifsu ghan-nuqqasijiet, minn gewwa permezz ta’ l-indiema u minn barra permezz tal-qrar u l-penitenza ghalli ghamel.
24. L-imhabba vera
1. Hieni l-qaddej li jhobb lil huh, meta dan ikun marid u ma jistax ipattilu dak li jaghmel mieghu, daqskemm ihobbu meta jkun f’sahhtu u jkun jista’ jpattilu ghall-gid.
25. L-imhabba vera (2)
1. Hieni l-qaddej li jhobb u jirrispetta lil huh meta dan ikun ’il boghod, daqskemm meta jkun qrib tieghu, u li ma jghid xejn minn warajh li hu ma jghidx bil-karità kollha quddiemu.
26. Il-Qaddejja ta’ Alla u l-Kleru
1. Hieni l-qaddej li ghandy fiducja fil-kleru li jghix sewwa skond ir-rit tal-Knisja Rumana. 2. U hazin ghal dawk li jzebilhuhom: ghax anki jekk ikunu midinbin, hadd ma ghandu jiggudikahom ghax il-Mulej wahdu ghandu d-dritt li jiggudikahom. 3. Ghax daqskemm hu kbir il-ministeru afdat lilhom, dak li jirrigwardja l-Gisem u d-Demm Imqaddes tal-Mulej taghna Gesù Kristu, li huma jircievu u li huma biss jaghtu lill-ohrajn, 4. ghalhekk dawk li jidinbu kontriehom jaghmlu dnub akbar milli kieku jidinbu kontra l-bnedmin kollha tad-dinja.
27. Il-Virtù tharrab il-Vizzju
1. Fejn hemm il-karità u l-gherf, ma hemm la biza’ u lanqas injuranza.
2. Fejn hemm is-sabar u l-umiltà, ma hemm la korla u lanqas inkwiet.
3. Fejn hemm il-faqar mal-ferh, ma hemm la reghba u lanqas xehha.
4. Fejn hemm is-serhan u l-meditazzjoni, ma hemm la anzjetà u lanqas tixrid tal-mohh.
5. Fejn hemm il-biza’ ta’ Alla li jghasses il-bieb (Lq 11:21), hemm gew il-ghadu ma jkunx jista’ jidhol.
6. Fejn hemm qalb kollha hniena u d-dixxerniment, ma hemm xejn zejjed, u lanqas l-ebusija talqalb.
28. Nahbu t-Tajjeb biex ma Nitilfuhx
1. Hieni l-qaddej li jahzen fis-sema (Mt 6,20) l-hwejjeg li l-Mulej ikun gharrfu u li ma jkunx jixtieq li jurihom lill-ohrajn bil-hsieb li jikseb xi hlas. 2. ghax l-Aktar Gholi nnifsu jgharraf l-ghemejjel tieghu lil min joghgob Lilu. 3. Hieni l-qaddej li jhares is-sigrieti tal-Mulej f’qalbu (Lq 2,9.51)!
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Frar 2003 |
Fost il-kitba kollha ta’ san Frangisk it-Twissijiet jew kif huma maghrufa l-Ammonizz-jonijiet, huma, meqjusa bhala, il-magna charta tal-hajja ta' fraternità nisranija, li hi mibnija b'mod radikali fuq il-hajja tal-faqar evangeliku
|