Kitbiet ta' San Frangisk |
|
L-Ahhar Twissijiet u Theggig lill-Ahwa tal-Penitenza (It-tieni redazzjoni ta' l-ittra lill-Fidili) 1220
1. F'isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu. Amen.
Fra Frangisk, qaddej u sudditu taghkom, jixtieq stima u qima, sliem veru mis-sema u mhabba sinciera fil-Mulej. lill-Insara religjuzi, kjerci u lajci, irgiel u nisa, u lil dawk kollha li jghixu fid-dinja.
2. Billi jien qaddej ta' kulhadd, jien fid-dmir li naqdi lil kulhadd u nqassmilhom il-kliem ifewwah tal-Mulej. 3. Ghalhekk, billi naghraf li mhux possibli nzurkom wiehed wiehed minhabba l-mard u dghufija tal-gisem, qtajtha li noffrilkom din l-ittra u l-messagg tieghi, il-kliem tal-Mulej taghna Gesù Kristu, li hu l-Kelma talMissier, u l-kliem ta’ l-Ispirtu s-Santu, li hu spirtu u hajja (Gw 6:64).
4. Il-Missier l-Aktar Gholi gharrafna mis-sema permezz ta’ l-anglu San Gabrijel dan il-Verb tal-Missier - hekk meqjum, hekk qaddis u msebbah – fil-guf ta’ l-imqaddsa u glorjuza Vergni Marija, li mill-guf taghha ha l-gisem ta’ bniedem dghajjef bhal taghna. 5. Ghad li kien ghani (2 Kor8:9), ried, flimkien mal-Vergni l-Aktar Imbierka Ommu, ’il fuq minn kull haga fid-dinja li jaghzel il-faqar.
6. U meta l-passjoni tieghu kienet fil-qrib, Hu ccelebra l-ikla ta’ l-Ghid mad-dixxipli tieghu, waqt li ha l-hobz, radd il-hajr, bierku u qasmu u qal: Hudu u kulu, dan huwa gismi (Mt 26:26). 7. U ha l-kalci u qal: Dan huwa demmi tal-Patt il-Gdid, li jixxerred ghalikom u ghall-bnedmin kollha ghall-mahfra tad-dnubiet (Mt 26:27). 8. Imbaghad talab lil Missieru u qal: Missier, jekk jista' jkun ha jitbieghed minni dan il-kalci 9. u l-gharaq tieghu sar bhal qtar tad-demm icarcar ma’ l-art.(Lq 22:42:44). 10. Madanakollu halla r-rieda tieghu fir-rieda tal-Missier u qal: Missier ikun dak li trid int (Mt 26:42) mhux dak li rrid jien; izda dak li trid int (Mt 26:39). 11. U r-rieda tal-Missier kienet, li Ibnu l-Imbierek u Glorjuz, li hu tah lilna u li twieled ghalina, tkun li permezz ta’ Demmu, joffri lilu nnifsu bhala sagrificcju u vittma fuq l-altar tas-salib, 12. mhux ghalih innifsu, li bih sar kollox (Gw 1:3), imma ghal dnubietna. 13. Hu hallielna ezempju biex nimxu fuq il-passi tieghu (1Pt 2:21). 14. U (l-Missier) ried li ahna lkoll insalvaw permezz tieghu u li nircevuh b'qalb pura u b’gisem safi. 15. Imma kemm huma ftit dawk li jixtiequ jircevuh u jsalvaw bih, ghad li l-madmad tieghu helu u t-toqol tieghu hafif. (Mt 11:30).
16. Dawk li ma jridux iduqu kemm hu tajjeb il-Mulej (Salm 3 33:9), u jhobbu d-dlam aktar mid-dawl (Gw 3:19), ghax ma jridux jaghmlu dak li jikkmandahom Alla, huma mishutin. 17. Dwarhom il-profeta jghid: Mishutin dawk li jitwarrbu mill-kmandamenti tieghek (Salm 118:21). 18. Imma, kemm huma henjin u mberkin dawk li jhobbu ’lMulej, u li jaghmlu dak li l-Mulej innifsu jghidilna fil-Vangelu: Hobb lill-Mulej, Alla tieghek, b'qalbek kollha u b'mohhok kollu, u lil ghajrek bhalek innifsek (Mt 22:37,39).
19. Ejjew ghalhekk inhobbu lil Alla u nqimuh b’qalb safja u b’mohh nadif ghax minn ifittex dan qabel kollox, jghidilna: dawk li tassew jaduraw jibdew jaduraw lillMissier fl-ispirtu u l-verità (Gw 4:23). 20. Tassew, dawk li jadurawh, ghandhom jadurawh fl-ispirtu u l-verità (Gw 4:24). 21. Ejjew infahhruh u nitolbuh lejl u nhar (Salm 31:4) u nghidulu: Missierna li inti fis-smewwiet (Mt 6:9), ghax jehtieg nitolbu dejjem bla ma nieqfu. (Lq 18,1).
22. Ahna fid-dmir ukoll li nistqarru dnubietna kollha lis-sacerdot u li nircievu minn ghandu l-Gisem u d-Demm tal-Mulej taghna, Gesù Kristu, 23. Ghax min ma jikolx Gismu u ma jixrobx Demmu (Gw 6:55,57), ma jistax jidhol fis-saltna ta' Alla (Gw 3:5). 24. Imma ha jiekol u jixrob kif jixraq, ghax min ma jircevihx kif jixraq, ikun jiekol u jixrob il-kundanna tieghu nnifsu, jekk ma jaghzilx il-Gisem tal-Mulej minn ikel iehor (1Kor 11:29). 25. Fuq kollox, ha naghmlu ghemil xieraq ta' penitenza (Lq 3:8). 26. Ejjew inhobbu ’l ghajrna bhalna nfusna (Mt 22:39), 27. u jekk hemm xi hadd li ma jridx ihobb lil ghajru bhalu nnifsu, ghallanqas halli ma jaghmillux hsara, imma jaghmillu l-gid.
28. Dawk li rcevew is-setgha li jaghmlu haqq fuq l-ohrajn, ha jaghmlu l-haqq bil-hniena, kif huma wkoll jkunu jixtiequ jircievu hniena minghand il-Mulej. 29. Ghax il-haqq ikun bla hniena ma’ dawk li ma jaghmlux hniena (Gak 2:13).
30. Ejjew ikollna, mhabba u umiltà, ejjew naghtu karità, ghax din tahsel ir-ruh taghna mit-tebgha tad-dnubiet (Tob 4:11;12:9). 31. Ghax ilbnedmin jitilfu dak kollu li jhallu warajhom f’din id-dinja, imma jiehdu maghhom il-hlas tat-tajjeb li jkunu wrew, u jkollhom il-hlas u premju misthoqq minghand il-Mulej.
32. Ghandna wkoll insumu, niccahhdu mid-drawwiet il-hziena u mid-dnubiet (Sir 3:32), u mill-ikel u x-xorb zejjed, u nkunu kattolici. 33. Ghandna wkoll inzuru l-knejjes ta’ spiss, u nqimu u nuru rispett lejn is-sacerdoti, mhux tant ghalihom infushom jekk ikunu midinbin, izda minhabba s-sejha taghhom, u l-hidma taghhom li jqassmu l-Gisem u d-Demm l-aktar ghaziz ta' Kristu li huma joffru fuq l-altar, u jircevuh u jqassmuh lill-ohrajn. 34. U ejjew ilkoll nifhmu sewwa li hadd ma jista’ jsalva jekk mhux permezz tal-Kliem qaddis u d-Demm tal-Mulej taghna Gesù Kristu, li s-sacerdoti jlissnu, ihabbru u jqassmu lilna. 35. U huma biss ghandhom jaghmluh, u hadd hliefhom.
36. Imma r-religjuzi, li minn rajhom cahdu d-dinja, huma marbuta, li jaghmlu hwejjeg aktar u akbar, bla ma jhallu fil-genb dan: (Lq 11:42). 37. Ahna ghandna noboghdu lil gisimna bil-vizzji u ddnubiet, ghax il-Mulej jghid fil-Vangelu: Il-hazen kollu, il-vizzju u d-dnubiet johorgu mill-qalb (Mt 15:18-19;Mk 7:23). 38. Ghandna nhobbu l-ghedewwa taghna u naghmlu l-gid lil dawk li joboghduna (Mt 5:44;Lq 6:27). 39. Ghandna nharsu l-kmandamenti u l-pariri tal-Mulej taghna Gesù Kristu. 40. Ghandna wkoll nichdu lilna nfusna (Mt 16:24), u nqieghdu gisimna taht il-madmad tal-qadi u ta’ l-ubbidjenza mqaddsa, skond kif kull wiehed wieghed lill-Mulej. 41. U hadd ma hu marbut li jobdi lil xi hadd f’haga li biha jista’ jidneb jew jaghmel xi ghemil hazin.
42. Dak li nghatatlu s-setgha li jikkmanda, u li hu meqjus bhala kbir, ha jkun bhall-izghar wiehed (Lq 22:26), u l-qaddej ta' l-ahwa. 43. U ghandu jkollu u juri hniena ma’ kull wiehed mill-ahwa; bhalma hu stess ikun jixtieq li tintwera lilu li kellu jkun fl-istess qaghda (Mt 7:12). 44. Lanqas ma ghandu jirrabja ghal huh minhabba xi nuqqas li jkun ghamel, imma bis-sabar u bl-umiltà kollha ghandu jwissih u jaghmillu kuragg.
45. M'ghandniex ikunu ghorrief u ghaqlin skond il-gisem, aktar ghandna nkunu semplici, umli u safja. 46. U ejjew inzommu lilna nffusna fl-istmerrija u fit-tmaqdir, ghax minhabba htijietna, ilkoll ahna msejknin u ta’ min izeblahna, bhall-qamel u d-dud, kif jghid il-Mulej b'fomm il-profeta: Jien dudu ta' l-art mhux bniedem, zeblih tan-nies u tkasbir tal-poplu (Salm 21:7). 47. Ma ghandna qatt nixtiequ li nkunu fuq l-ohrajn, aktar ghandna nfittxu li nkunu qaddejja u noqoghdu taht kull setgha tal-bnedmin ghal Alla (1Pt 2:13). 48. U fuq l-irgiel u n-nisa kollha, kemm-il darba jaghmlu dan, u jibqghu shah sa lahhar, l-Ispirtu tal-Mulej jistrieh fuqhom (Is 11:2), u hu jaghmel fihom id-dar fejn jghammar (Gw 14:23). 49. U jkunu wlied il-Missier tas-smewwiet (Mt 5:45), dawk li jaghmlu l-ghemejjel tieghu. 50. U huma lgharajjes, ahwa u ommijiet tal-Mulej taghna, Gesù Kristu (Mt 12:50). 51. Ahna gharajjes meta r-ruh fidila taghna tinghaqad ma’ Gesù birrabta ta’ l-Ispirtu s-Santu. 52. Ahna hutu meta naghmlu r-rieda tal-Missier tieghu li hu fis-smewwiet (Mt 12:50). 53. Ahna ommijietu meta ngorruh f’qalbna u f’gisimna (1Kor 6:20), bl-imhabba u b’kuxjenza safja u sinciera nwellduh permezz tal-ghemejjel qaddisa taghna, li ghandhom jiddu quddiem l-ohrajn bhala ezempju.(Mt 5:16).
54. O kemm hi glorjuza, hemm hi qaddisa u kbira li jkollna Missier fis-sema! 55. O kemm hi qaddisa, ta’ farag, sabiha u tal-ghageb ikollok Gharus fis-sema! 56. O kemm hi qaddisa u ta’ ghozza, moghguba, umli, ta’ sliem, ta’ hlewwa u mixtieqa fuq kull haga ohra li jkollok huk u iben, li ta hajtu ghan-naghag tieghu! (Gw 10:15) u li talab ghalina lill-Missier b’dan il-kliem: Missier qaddis, harishom f'ismek lil dawk li tajtni (Gw 17:11). 57. Missier, dawk kollha li inti tajtni fid-dinja kienu tieghek, u inti tajthom lili (Gw 17:6). 58. Il-kliem li inti tajt lili jiena tajtu lilhom, u huma laqghuh u gharfu tabilhaqq li jiena hrigt minnek, u emmnu li inti bghattni (Gw 17:8). Jiena ghalihom nitlob; ma nitlobx ghad-dinja (Gw 17:9); berikhom u qaddishom (Gw 17:17). 59. U jiena minhabba fihom nitqaddes, biex huma wkoll ikunu bhalna, imqaddsin fis-sewwa u minhabba fihom jien naghti hajti biex huma wkoll ikunu mqaddsin (Gw 17:19) u jkunu haga wahda bhalna (Gw 17:11). 60. U nixtieq, Missier, li fejn inkun jien, ikunu huma wkoll mieghi biex jaraw il-glorja li inti tajtni (Gw 17:24) fis-saltna tieghek (Mt 20:21).
61. Ha trodd hajr, kull hliqa fis-sema, fuq l-art, fil-bahar u fil-qighan ta’ l-art, tifhir, glorja, gieh u barka (Apok 5:13) lil Dak li bata daqshekk ghalina, u li tana u li sa jibqa’ jaghtina gid daqshekk kotran ghalli gej.
62. Ghax il-Mulej hu l-qawwa u s-sahha taghna, hu li wahdu hu tajjeb (Lq 18:19), l-aktar gholi, li jista' kollox, tal-ghageb u glorjuz, li hu wahdu qaddis, jisthoqqlu t-tifhir u mbierek tul kemm idumu z-zminijiet. Amen.
63. Dawk kollha, izda, li mhux jaghmlu penitenza u lanqas jircievu l-Gisem u d-Demm tal-Mulej taghna, Gesù Kristu, 64. li jwettqu l-vizzji u d-dnubiet u jpaxxu l-gibdiet ta’ gisimhom (Kol 3:5) u x-xewqat hziena taghhom; 65. li ma jaghtux kas ta’ dak li huma stess wieghdu u b’gisimhom jaqdu d-dinja bil-gibdiet tal-gisem (1Pt 2:11), bil-hsibijiet u x-xewqat tad-dinja u t-thassib tal-hajja ta' issa. 66. Dawn huma mqarrqin mix-xitan, u jsiru wliedu, u jaghmlu l-ghemejjel tieghu (Gw 8:41). Dawn huma ghomja ghax ma jarawx id-dawl veru, il-Mulej taghna Gesù Kristu. 67. Dawn ma ghandhomx il-gherf spiritwali ghax ma ghandhomx fihom l-Iben ta' Alla, li hu l-veru gherf tal-Missier. Ghalihom jinghad: l-gherf taghhom xejn ma swielhom (Salm 107,27). 68. Jaraw, jaghrfu, jafu u jaghmlu l-hazen, ghalkemm jafu li jitilfu ruhhom. 69. Araw, intom ghomja, li intom imqarrqin mill-ghedewwa taghna: il-gisem, id-dinja u x-xitan. Ghax hu helu ghall-gisem li jaghmel id-dnub, imma morr ghalih li jaqdi ’l Alla, ghax kull hazen, il-vizzji u d-dnubiet jigu u johorgu mill-qalb tal-bniedem, kif jghid il-Mulej fil-Vangelu (Mk 7:21,23). 70. U intom ma ghandkom xejn la f’din id-dinja u lanqas fl-ohra. 71. Intom tahsbu li ghandkom il-frughat ta’ din id-dinja ghal ftit ta’ zmien, imma intom imqarrqin, ghax il-jum u s-siegha jaslu fuqkom bla ma tahsbu fihom, u li dwarhom ma taghrfu xejn u ma ghandkom l-ebda hjiel.
72. Il-gisem jimrad, il-mewt toqrob, l-qraba u l-hbieb jigu u jghidu: “Poggi hwejgek bl-ordni”. 73. Ara, martu u wlied, qrabatu u hbiebu jaghmlu ta’ birruhhom li qed jibku! 74. Ihares lejhom hu jarahom jibku, u mqanqal minn hsieb hazin, jahseb bejnu u bejn ruhu, u jghid: “Ara, sa npoggi ruhi u gismi, u kull ma ghandi f'idejkom.” 75. Zgur, dan irragel hu mishut, ghax qieghed ruhu u gismu, u kull ma kellu f'idejn nies bhal dawn; 76. ghax kif jghid il-Mulej b’fomm il-profeta: Mishut min iqieghed it-tama tieghu fil-bniedem (Ger 17:5). 77. U malajr jissejjah sacerdot. U s-sacerdot jghidlu: “Trid tikseb il-mahfra ta’ dnubietek kollha?” 78. U jwiegeb “Irrid.” “Trid tpatti u trodd lura minn gidek, mill-ahjar li tista’ ghad-dnubiet li ghamilt u ghal dawk li ngannajt u qarraqt bihom?” 79. U jwiegeb: “Le.” 80. Jistaqsih is-sacerdot u jghidlu: “Ghaliex le?” “Ghax jien hallejt kollox f’idejn il-qraba u l-hbieb.” 81. U jibda jitlef il-qawwa tal-kelma u hekk dak l-imsejken imut.
82. Ha jkun jaf kulhadd li kull darba li xi hadd imut fid-dnub il-mejjet, bla ma jkun patta ghalih meta seta’ ghamel dan u ma ghamlux, ix-xitan jahtaflu ruhu minn go gismu u jgieghlu jsofri diqa u tbatija tant kbar li hadd ma jista’ jfissirhom jekk ma jgarrabhomx. 83. U kull talent u qawwa u gherf li jahseb li jkollu (Lq 8:18), jittehdulu (Mk 4:25). U kull ma jhalli lil qrabatu u hbiebu jahtfulu kollox u jqassmuh bejniethom. U mbaghad jghidu: “Ha tkun mishuta ruhu! ghax seta’ kiseb aktar u tana aktar milli tana.” 85. U d-dud jiklulu gismu. U b’hekk jitlef gismu u ruhu fi zmien qasir, u jmur dritt fl-infern fejn jigi tturmentat ghal dejjem.
86. Fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu. Amen. 87. Jiena, Fra Frangisk, il-qaddej ckejken taghkom, nistedinkom u nitlobkom bl-imhabba, li hu Alla (1Gw 4:16), u bix-xewqa li nbus riglejkom, biex tilqghu dan il-kliem u l-iehor tal-Mulej taghna Gesù Kristu bl-umiltà u bl-imhabba u tharsuh u tghixuh. 88. U lil kull ragel u mara, li jkunu laqghuh bil-qalb, u fehmu t-tifsir tieghu u jghadduh lill-ohrajn bl-ezempju taghhom: jekk jibqghu jzommu shih fih sal-ahhar (Mt 24,13), ha jberikhom il-Missier, u l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu. Amen.
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Frar 2003 |
Din il-kitba x'aktarx li Frangisku kitiba wara li gie lura mill-vjagg tieghu fil-Palestina lejn il-harifa ta' l-1220. F'din il-kitba Frangisku mhux biss jitkellem dwar d-dghufija u l-mard tieghu, imma wkoll dwar it-temi li tkellem fuqhom il-Koncilju Laterean IV. Fl-istess waqt Frangisku isemmi t-theggig tal-bidu lill-ahwa tal-Penitenza u jheggighom biex iharsuhom fid-dawl tat-taghlim tal-koncilju. It-titlu ta' din il-kitba jindika li huwa kliem ta' theggig li hija il-qaddis iheggeg lill-ahwa biex iwettqu l-inpenn u l-weghdiet li ghamlu. Xi drabi din il-kitba tinghata t-titlu aktar generiku: "l-ittra lill-fidili" Wara l-ahhar studji li sar ghazlu li jsejhu din il-kitba bit-titlu: "l-Ahhar Twissijiet u Theggig lill-Ahwa tal-Penitenza".
|