Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Theggig tal-bidu

lill-Ahwa tal-Penitenza, irgiel u nisa

(l-ewwel verzjoni ta' l-ittra lill-Fidili)

miktuba bejn 1209-1215


 

F'Isem il-Mulej!

 

Kapitlu 1                   

Dwar dawk li jaghmlu penitenza

 

1. Dawk kollha li jhobbu 'l-Mulej b'qalbhom kollha, b'ruhhom kollha u b'mohhhom kollu, u bis-sahha kollha taghhom (Mk      12:30), u li jhobbu lil ghajrhom bhalhom infushom (Mt 22:39), 2. u joboghdu lil gisimhom bil-vizzji u d-dnubiet, 3. u jircievu il-Gisem u d-Demm ta' Sidna Gesu' Kristu, 4. u jaghmlu frott xierqa ta' penitenza:

 

5. O kemm hienja u mbierka huma l-irgiel u nisa meta jaghmlu dawn l-­affarijiet u jikomplu jaghmluhom. 6. Ghax l-Ispirtu tal-Mulej jistrieh fuqhom (Is 11:2), u Hu jwaqqaf daru u jghammar fihom (Gw 14:23). 7. Huma wlied il-Missier tas-smewwiet (Mt 5:45), li jaghmlu l-eghmejjel tieghu, u huma aghrajjes, ahwa u ommijiet tal-Mulej taghna Gesù Kristu (Mt 12:50).

 

8. Ahna aghrajjes, meta r-ruh fidila tinghaqad mal-Mulej taghna Gesù Kristu bl-­Ispirtu s-Santu. 9. Ahna hutu, meta naghmlu r-rieda tal-Missier li qieghed fis-smewwiet (Mt 12:50). 10. Ahna ommijiet, meta ngorruh f'qalbna u f'gisimna (1Kor 6:20) permezz ta' mhabba divina u kuxjenza safja u sinciera u meta nwellduh bl-eghmejjel qaddisa taghna, li ghandhom jiddu quddiem l-ohrajn bhala ezempju (Mt 5:16).

 

11. O kemm hi haga glorjuza, kemm hi qaddisa u kbira li jkollok Missier fis-smewwiet! 12. O kemm hi haga qaddisa, ta’ farag, sabiha u ta' l-ghageb li jkollok Gharus!  13. O kemm hi haga qaddisa u ta' min ihobbha, maghguba, umli, ta’ sliem, helwa, ta' min jghozza u ta' min jixtieqa fuq kollox li ikollok Huk u Iben bhal dan, il-Mulej taghna Gesù Kristu, li ta hajtu ghan-naghag tieghu (Gw 10:15), u talab lill-Missier u qal:

 

14. Missier qaddis, harishom f'ismek (Gw 17:11) lil dawk li inti tajtni fid-dinja; kienu tieghek u inti tajthom lili (Gw 17:6). 15. U l-kliem li int tajt lili, jien tajtu lilhom: u huma laqghuh u emmnu tassew li jiena hrigt minnek u gharfu li inti bghattni (Gw 17:8). 16. Jien ghalihom nitlob, ma nitlobx ghad-dinja (Gw 17:9). 17. Berikhom u qaddishom (Gw 17:17) u jiena minhabba fihom inqaddes lili nnifsi (Gw 17:19). 18. Miniex nitlob ghal dawn biss, imma wkoll ghal dawk li ghad jemmnu fija bis-sahha tal-kelma taghhom (Gw 17:20), biex huma jitqaddsu u jkunu haga wahda (Gw 17:23) kif ahna haga wahda ahna (Gw 17:11). 19. Missier, irrid li huma wkoll inkun fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tieghi (Gw 17:24) fis-saltna tieghek (Mt 20:21). Amen.

 

Kapitlu 2                

Dwar dawk li ma jaghmlux penitenza

 

1. Dawk l-irgiel u n-nisa kollha, li ma jghixux fil-penitenza, 2. u ma jircievux il-Gisem u d-Demm ta' l-Mulej Gesù Kristu, 3. u li jwettqu vizzji u dnubiet, u jimxu wara l-gibda hazina (Kol 3:5) u x-xewqat tal-gisem (Gal 5:16), 4. u ma jharsux dak li weghedu lill-Mulej, 5. u li b’gisimhom jaqdu d-dinja bil-gibdiet zienja taghhom (1Pt 2:11),  u ghat-thabrik tad-dinja u l-hsibijiet ta' din il-hajja: 6. dawn huma mizmumin lsiera mix-xitan, li tieghu huma wlied u jaghmlu l-eghmejjel tieghu (Gw 8:41). 7. Huma ghomja, ghax ma jarawx id-dawl veru, il-Mulej taghna Gesù Kristu. 8. M'ghandhomx ­gherf spiritwali, ghax m'ghandhomx l-Iben ta' Alla li hu l-veru gherf tal-­Missier. 9. Dwar dawn in-nies jinghad: Il-gherf taghhom ma swielhom xejn (Salm 107:27) u mishutin dawk li jitbeghedu mill-kmandamenti tieghek (Salm 118: 21). 10. Jaraw u jagharfu, jafu li qed jaghmlu l-hazin, u jibqghu jaghmluh u b’hekk jitilfu ruhhom.

 

11. Ifthu ghajnejkom, intom ghomja, li intom imqarrqin mill-eghdewwa taghna: il-gisem, id-dinja u x-xitan. Ghax hu helu ghall-gisem li jwettaq id-dnub, imma morr ghalih li jaqdi 'l Alla,  12. ghax kull hazen, il-vizzji u d-dnubiet jigu u johorgu mill-qalb tal-bniedem, kif ighid il-Mulej fil-Vangelu (Mk 7:21). 13. U intom m'ghandkom xejn la f'din id-dinja u lanqas fl-ohra. 14. Intom tahsbu li ghandkom il-frughat ta' din id-dinja ghal ftit ta’ zmien, imma intom imqarrqin, ghax il-jum u s-siegha jaslu fuqkom bla ma tahsbu fihom, u li dwarhom ma tagharfu xejn u m’ghandkom l-ebda hjiel (Mt 25:13).

 

15 Il-gisem jimrad, il-mewt toqrob, u hekk il-bniedem jaghmel mewta harxa. 15. U ma jghoddx fejn jew meta jew kif l-bniedem imut, jekk imut fil-htija tad-dnub bla ndiema u bla tpattija ghal dnubietu kemm-il darba setgha jpatti u ma jpattix - ix-xitan jahtaf lir-ruhu minn go gismu b'tant dieqa u tbatija tant kbira li hadd ma jista' jfissirhom jekk ma jgarrabhomx.  

 

16. U kull talent u qawwa u gherf li jahseb li jkollu (2Kron 1:12), jittiehdulu (Lq 8:18, Mk 4:25). 17. U kull ma jhalli lil qrabatu u hbiebu jahtfulu kollox u jqasmuh bejniethom.  U wara jghidu: “Ha tkun mishuta ruhu! ghax seta' kiseb aktar u hallilna aktar gid milli tana.” 18. U d-dud jieklulu gismu. U b’hekk jitlef gismu u ruhu fi zmien qasir, u jmur dritt fl-infern fejn jigi tturmentat ghal dejjem.

 

19. F'gieh l-imhabba, li hu Alla (1Gw 4:16), nitolbu lil dawk kollha li taslilhom din l-ittra, biex jilqghu bil-qalb u b’imhabba divina, l-kliem ifewwah tal-Mulej taghna Gesù Kristu, miktub  hawn fuq. 20. U dawk li ma jafux jaqraw, jifittxu minn jaqrahomlhom ta' sikwit. 21. U ghaliex huma spirtu u hajja (Gw 6:64), ghandhom iharsuhom flimkien mal-mod qaddis li jahdmu sa l-ahhar ta' hajjithom

 

22. U kull min ma jaghmilx dawn il-hwejjeg hekk, irid jaghti kont f'Jum il-Haqq (Mt 12:36) quddiem it-tribunal tal-Mulej taghna Gesù Kristu (Rum 14:10).

  

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi - Frar 2003


L-ewwel manuskritti

ta' din il-kitba,

li jinsabu

fil-Librerija Guarnacci

fil-Belt ta' Volterra

fl-Italja, jintroducu

l-ittra b'dan

il-kliem:

"Dawn il-kliem tal-hajja u salvazzjoni.

Kull min jaqrahom u jimxi fuqhom isib il-hajja

u jkollu

s-Salvazzjoni minghand

il-Mulej."

Aktar tard l-ittra kienet intitulata:

"L-ewwel verzjoni ta'

Ittra lill-Fidili". Madanakollu wara l-ahhar studji li sar

ghazlu li jsejhu din il-kitba

bit-titlu: "Theggig

tal-Bidu

lill-Ahwa

(rgiel u nisa) tal-Penitenza

 

 

Din l-ittra

giet inkluza

bhala

Prologu

tar-Regola gdida

Inter

Spirituales Familias

ta' l-Ordni Frangiskan Sekular, approvata

mill-Papa Pawlu VI

nhar

l-24 ta' Gunju 1978

permezz ta'

l-Ittra Apostolika Seraphicus Patriarca.