Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Ittra lil Fra Jacoba dei Settesoli

ittra ddettata fl-1226


 

Lis-Sinjura Jacoba, qaddejja ta’ l-Aktar Gholi, Fra Frangisk, il-fqajjar ta’ Gesů Kristu,  jixtieq sahha fil-Mulej u ghaqda fl-Ispirtu s-Santu.

 

L-aktar ghaziza, kun af, li l-Mulej Alla bi grazzja tieghu gharrafni li t-tmiem ta' hajti huwa fil-qrib.

 

Ghaldaqstant, jekk trid issibni ghadni haj, kif tiehu din l-ittra, ejja bla telf ta' zmien lejn Santa Marija ta’ l-Angli, jekk tigi wara s-Sibt tista’ ma ssibnix haj.  Jekk joghgbok, gibli mieghek drapp lewn l-irmied biex fih jitkeffen il-gisem tieghi u gib ukoll ix-xemghat ghad-dfin.  Nitolbok iggibli mieghek ukoll minn dak il-helu li int kont soltu taghtini meta kont marid f’Ruma.

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Frar 2003


Jinghad li kif Frangisku temm jiddetta din

l-ittra ftit qabel miet fl-1226,

Fra Jacopa waslet u giebet maghha dak li talab Frangisk fl-ittra.