Kitbiet ta' San Frangisk 

 

◄◄|werrej|►►


Regola Bullata

29 ta' Novembru 1223


 

Il-Bulla ta’ Papa Onorju III

 

Onorju

Isqof, qaddej tal-qaddejja ta’ Alla

lill-mahbubin uliedu,

Fra Frangisk u ’l-patrijiet l-ohra

ta’ l-Ordni tal-­Patrijiet Minuri,

sahha u barka appostolika.

 

Is-Sede Appostolika mdorrija tilqa’ t-talbiet devoti, u  taghti widen ghat-talbiet li jisthoqqilhom gieh ta’ dawk li jitolbuhom. Ghalhekk, mahbubin uliedna fil-Mulej, attenti ghat-talbiet twajba taghkom, nikkonfermawlkom bis-setgha appostolika taghna u b’dan id-dokument inwettqu r-Regola ta’ l-Ordni taghkom hawn migbura u approvata mill-Papa ta’ qabilna Innocenz, ta’ tifkira hienja, li hi kif gej:

 

Kapitlu 1

Fl-Isem tal-Mulej!

Tibda l-Hajja tal-Patrijiet Minuri:

 

1. Ir-Regola u l-hajja tal-Patrijiet Minuri hi din, jigifieri: li jharsu l-Vangelu Mqaddes tal-Mulej taghna Gesù Kristu, billi jghixu fl-ubbidjenza, bla xejn taghhom u fis-safa.   2. Fra Frangisk iwieghed ubbidjenza u qima lis-Sinjur Papa Onorju u lil dawk kanonikament maghzula warajh u lill-Knisja Rumana. 3. U l-ahwa l-ohra ha jkunu marbutin li jobdu lil Fra Frangisk u lil dawk li jigu warajh.

 

Kapitlu 2

Dawk li jridu jhaddnu dil-hajja

u kif ghandhom jintlaqghu.

 

1. Jekk xi whud iridu jhaddnu din il-hajja u jigu ghand il-patrijiet taghna, dawn ghandhom jibaghtuhom ghand il-ministri provincjali taghhom, ghax lilhom biss u mhux lil ohrajn inghatat is-setgha li jilqghu l-patrijiet. 2. Il-ministri mbaghad jezaminawhom bir-reqqa f’dak li ghandu x’jaqsam mal-fidi kattolika u mas-sagramenti tal-Knisja. 3. U jekk jemmnu f’dawn il-hwejjeg kollha u jixtiequ jistqarruhom u jharsuhom fedelment sa l-ahhar; 4. u ma ghandhomx mara, jew jekk ghandhom, tkun digà dahlet f’xi monasteru jew tathom il-permess bl-awtorità ta’ l-Isqof tad-djocesi, wara li tkun ghamlet il-vot tas-safa; u n-nisa m’humiex ta’ dik l-età li biha jista’ jqum xi thassib; 5. il-ministri jghidulhom il-kliem tal-Vangelu mqaddes, (Mt 19:21) li “jmorru u jbighu” kulma ghandhom u jaraw li “jaghtuh lill-foqra.”  6. Jekk dan ma jistghux jaghmluh, bizzejjed ghalihom ir-rieda tajba. 7. U l-gwardjani u l-patrijiet u l-ministri taghhom ma ghandhomx juru interess fil-gid temporali taghhom, biex huma jiddisponu minnu bil-libertà kollha kif inebbahhom il-Mulej. 8. Izda jekk huma jitolbu parir minghandhom, il-ministri jistghu jibaghtuhom ghand xi nies li jibzghu minn Alla biex bil-ghajnuna taghhom jaghtu gidhom lill-foqra. 

 

9. Imbaghad jaghtuhom l-ilbies tal-prova, jigifieri zewg tonok bla kapocc u l-kurdun u l-qalziet u l-kapparrun li jasal sal-kurdun, 10. jekk lill-ministri, imnebbhin minn Alla, ma jkunx jidhrilhom mod iehor. 11. Kif tintemm is-sena tal-prova jintlaqghu fl-ubbidjenza huma u jwieghdu li jharsu dejjem din il-hajja u r-Regola. 12. U bl-ebda mod ma jkun xieraq li johorgu minn din ir-Religjon kif jamar id-digriet tal-Papa; 13. ghax kif jghid il-Vangelu mqaddes: “min iqieghed idu fuq il-mohriet u jhares lura m’huwiex tajjeb ghas-Saltna ta’ Alla.” (Lq 9:62).

        

14. Dawk li digà wieghdu l-ubbidjenza ghandu jkollhom tonka bil-kapocc u ohra minghajru, min iridha. 15. Dawk li jkunu jehtiegu jistghu jilbsu z-zarbun. 16. Il-patrijiet kollha ghandhom ixiddu lbies rozz li jistghu jraqqghuh bix-xkejjer u craret ohra bil-barka ta’ Alla. 17. Lil dawn inwissihom u nheggighom li ma jmaqdrux u ma jiggudikawx lin-nies li jilbsu hwejjeg fini b’hafna lwien u li jiehdu ikel tajjeb u xorb delikat, imma kull wiehed ghandu aktarx jiggudika u jmaqdar lilu nnifsu.

 

Kapitlu 3

L-Ufficcju Divin u s-Sawm

u kif l-ahwa ghandhom igibu ruhhom fid-dinja.

 

1. L-ahwa kjerci ghandhom jiccelebraw l-Ufficcju Divin skond kif titlob il-Knisja Mqaddsa Rumana,  barra mis-salterju, 2. u ghalhekk jistghu jkollhom il-brevjarji. 3. Il-fratelli lajci, izda, jghidu erbgha u ghoxrin Missierna ghat-talb ta' kmieni filghodu (Matutin), hamsa  ghat-Tifhir ta’ Sbih il-Jum (Lawdi), u sebgha ghal kull siegha, sitta ghal ta’ filghodu (Prima), disgha ghal ta’ filghodu (Terza), ghal ta’ nofs in-nhar (Sesta), u ghal tat-tlieta ta’ wara nofs in-nhar (Nona), tnax ghat-talb ta’ filghaxija (Vespri) u sebgha ghal qabel l-irqad (Kompieta) 4. u jitolbu ghall-mejtin.

       

5. L-ahwa kollha ghandhom isumu mill-festa tal-Qaddisin Kollha sat-twelid tal-Mulej. 6. Halli dawk kollha li minn rajhom isumu dan ir-Randan mqaddes li jibda mill-Epifanija u jkomplu ghal erbghin jum, li l-Mulej qaddes bis-sawm imqaddes tieghu (Mt 4:2), ikunu mberkin mill-Mulej u dawk li ma jridux ma ghandhomx jigu mgeghelin. 7. Izda,  ghandhom isumu tul ir-Randan l-iehor li jtul sa l-Ghid il-Kbir. 8. Fiz-zminijiet ohra madanakollu mhumiex marbutin isumu hlief nhar ta' Gimgha. 9. Izda meta jkun hemm il-htiega l-ahwa mhumiex marbutin ghas-sawm tal-gisem.

 

10. Naghti l-parir, inwiddeb u nheggeg 'l-huti f'isem il-Mulej Gesu Kristu, li meta johorgu fid-dinja ma jitlewmux u lanqas ihaqquha bejniethom (2Tim 2:14), jew  jiggudikaw lill-ohrajn; 11. Imma ha jkunu ta' qalb twajba, ihobbu sliemja u rzina, gwejda u umli, jithaddtu dhuli ma' kulhadd, kif inhu xieraq. 12. U m'ghandhomx jirkbu zwiemel, jekk mhux ghax imgeghlin minn xi htiega jew mard.13. U f'kull dar li jidhlu, ighidu: Sliem lil din id-dar (Lq 10:5). 14. U skond il-Vangelu Mgaddes, jistghu jieklu minn dak l-ikel kollu li jgeghedulhom quddiemhom (Lq 10:8).

 

Kapitlu 4

 L-ahwa ma jircievux flus

 

1. Nikkmanda bis-shih lill-ahwa kollha li bl-ebda mod ma ghandhom jircievu flus jew ghana, lapersonalment, u lanqas permezz ta' haddiehor. 2. Minkejja dan, halli l-ministri u l-kustodji wehidhom ihabirku biex jipprovdu l-mehtieg ghall-morda u l-ilbies ghall-ahwa l-ohra, bil-ghajnuna tal-hbieb spiritwali, skond il-htiega tal-post u z-zminijiet jew it-temp kiesah  kif jidhilhom li jkun hemm bzonn.  3. Jibqa' dejjem minnu, kif intqal hawn fuq, li m'ghandhomx jircievu flus jew ghana.

 

Kapitlu 5

Kif ghandhom jahdmu

 

1. Dawk l-ahwa li l-Mulej tahom il-grazzja li jahdmu, ha jahdmu fedelment u b'mod dedikat, 2. biex jitbieghdu mill-ghazz, li hu l-ghadu tar-ruh, bla ma jitfghu l-ispirtu  tat-talb mqaddes u d-devozzjoni li lejhom kull haga mahluqa ghandha tressaq.

 

3. Bhala hlas tax-xogholhom jistghu jircievu kull ma jehtieg ghalihom u ghal huthom, barra flus ta' l-ebda mod. 4. U dan jaghmluh bl-umiltà kollha kif jixraq lill-qaddejja ta' Alla u lil dawk li ghazlu l-faqar imqaddes.

 

 

Kapitlu 6

L-ahwa ma ghandhomx ikollhom xejn taghhom;

ic-cirka u l-ahwa morda

 

1. L-ahwa ma ghandhom jiksbu xejn bhala taghhom, la dar lanqas imkien, u l­ebda haga ohra. 2. U bhala pellegrini u ghorba (1Pt 2:11) f'din id-dinja jaqdu tal-Mulej fil-faqar u fl-umiltà, ha johorgu jittalbu b'tama shiha. 3. Lanqas m'ghandhom ghax jisthu jaghmlu dan, ghax il-Mulej ftaqar ghalina f'din din id-dinja (2 Kor 8:9).   4. Din hi l-quccata ta' l-oghla faqar, li taghmel minnkom, huti l-aktar gheziez, werrieta u slaten tas-Saltna tas-Sema: faqqritkom fil-hwejjeg tad-dinja, imma  ghanietkom fil-virtù (Gak 2:5). 5. Jalla dan ikun is-sehem taghhom li jwassalkom lejn l-art tal-hajjin (Salm 141:6). 6. Jekk tiddedikaw lilkom bis-shih ghal dan, huti l-aktar ghezez, qatt ma tkunu tixtiequ xejn aktar taht is-sema f'gieh il-Mulej taghna Gesu Kristu.

 

7. U kull fejn l-ahwa jinsabu flimkien jew jiltagghu ma' ahwa ohra, ha jaghtu xhieda li huma membri ta' familja wahda. 8. U halli kull wiehed jiftah qalbu u juri l-htigijiet tieghu  lill-iehor, ghax jekk omm tikkura u thobb lil binha li gabet fid-dinja skond il-gisem (1Tess 2:7), kemm aktar ghandu wiehed ihobb u jiehu hsieb lil huh skond l-Ispirtu? 9. U jekk xi hadd minnhom jimrad, l-ahwa l-ohra ghandhom jaqduh kif inkunu jixtiequ li jigu moqdija huma. (Mt 7:12)

 

Kapitlu 7

Il-Penitenza li ghandha tinghata

lill-ahwa li jidinbu

 

1. Jekk xi wiehed mill-ahwa, imhajjar mill-ghadu jaqa' fid-dnub il-mejjet, f'dawk id-dnubiet li ghalihom l-ahwa huma mgeghelin jirrikorru biss ghand il-ministri provincjali, dawn l-ahwa jmorru ghandhom mill-aktar fis,  bla tnikkir.2. Jekk dawn il-ministri jkunu sacerdoti, ha jaghtuhom penitenza bil-hniena kollha; jekk ma jkunux sacerdoti jaraw li jinghataw penitenza minn sacerdoti ohrajn ta' l-Ordni kif inhu l-ahjar ghalihom, skond kif irid Alla. 3. U jogoghdu attenti li ma jirrabbjawx, anqas jithawdu, minhabba d-dnub ta' haddiehor, ghaliex l-ghadab u t-tahwid ifixklu l-karità kemm fihom u kemm fl-ohrajn.

 

Kapitlu 8

L-ghazla tal-Ministru Greneral ta' din il-Fraternità

u l-Kapitlu ta' Ghid il-Hamsin

 

1. L-ahwa kollha huma marbutin dejjem li jkollhom wiehed mill-ahwa ta' dan l-Ordni bhala ministru general u qaddej ta' din il-fraternità u huma marbutin bis-shih li jobduh. 2. Jekk imut, l-ghazla ta' dak li jilhaq floku issir mill-ministri provincjali u mill-kustodji waqt il-Kapitlu ta' Pentekoste, li ghalih l-ministri provincjali huma marbutin li jiehdu sehem kull fejn kien ikun ghazel il-ministru general; 3. ghandhom jaghmlu dan darba kull tliet snin jew ghal zmien itwal jew iqsar, kif ikun jidhirlu l-imsemmi ministru.

 

4. U Jekk f'xi zmien jidhrilhom car 'il-ministri provincjali u 'l­kustodji, li l-imsemmi ministru m'huwiex tajjeb biex jaqdi l-htigijiet ta' l-ahwa, l-istess l-ahwa li giet afdata f'idejhom il-ghazla, huma marbuta fl-isem tal-Mulej li jaghzlu ghalihom iehor floku bhala kustodju.

 

5. Wara l-Kapitlu ta' Pentekoste kull ministru u kustodju jista' jsejjah lill-hutu fit-territorju taghhom ghal Kapitlu, darba f'dik is-sena stess, kif jixtiequ u jekk jidhirlhom li hu fejjiedi.

 

Kapitlu 9

Il-Predikaturi

 

1. L-ahwa ma ghandhomx jippriedkaw fid-djocesi ta' xi isqof, kemm-il darba dan ma jkunx iridhom. 2. U hadd mill-ahwa ma jiftillu jippriedka lin-nies jekk qabel ma jkunx ezaminat u appruvat mill-ministru general ta' din il-fraternità, u jekk ma jkunx jircieva  minghandu s-setgha li jippriedka.

 

3. Inwiddeb ukoll u nheggeg lil dawn l-ahwa li fil-priedki taghhon kliemhom ikun maghzul u safi (Salm 12:7;17:31),  ghat-taghlim u l-bini tan-nies, ha jitkellmu dwar il-vizzji u l-virtù, il-kastig u l-glorja, bi kliem qasir, ghax kien bi ftit kliem li l-Mulej ipprietka fuq din l-art.

 

Kapitlu 10

It-twiddib u l-korrezzjoni ta’ l-ahwa

 

1. L-ahwa li huma ministri u qaddejja ta’ l-ahwa l-ohra ghandhom izuru u jwiddbu ’l huthom u jikkoreguhom bl-umiltà u bl-imhabba, bla ma jqabbduhom xi haga li tista’ tmur kontra l-kuxjenza taghhom u r-Regola taghna. 2. Min-naha l-ohra l-ahwa li huma sudditi taghhom ghandhom jiftakru li cahdu r-rieda taghhom ghall-imhabba ta’ Alla. 3. Ghaldaqstant bil-qawwa nikkmandahom li jobdu ’l-ministri taghhom f’dak kollu li wieghdu ’l-Mulej u li mhux kontra l-kuxjenza taghhom u r-Regola taghna.

 

4. U kull fejn jinstabu ahwa li jafu u jaghrfu li huma ma jistghux iharsu r-Regola spiritwalment, ghandhom id-dmir u d-dritt li jmorru ghand il-ministri taghhom ghall-ghajnuna. 5. Il-ministri, min-naha taghhom, ghandhom jilqghuhom bi hlewwa u mhabba kbira, u jkunu miftuha b’mod li l-ahwa jkunu jistghu jitkellmu, u jgibu ruhhom maghhom bhas-sidien mal-qaddejja taghhom; 6. ghax dan huwa l-mod li ghandu jkun, li l-ministri jkunu l-qaddejja ta’ l-ahwa kollha. 

 

7. Fl-istess hin inwiddeb u nheggeg l-ahwa fil-Mulej Gesù Kristu biex joqoghdu attenti minn kull kburija, frugha, ghejra, xehha (Lq 12:15), hsibijiet u thabrik ghall-hwejjeg tad-dinja (Mt 13:22), kliem li jcekken il-valur u tgemgim.  8 U dawk li ma jafux skola ma ghandhomx ifittxu li jkunu jafu, izda jhabirku, biex ikollhom ix-xewqa fuq kull haga ohra, li jiksbu l-ispirtu tal-Mulej u jahdmu skond ir-rieda mqaddsa tieghu, 9. li jitolbu dejjem b’qalb safja, li jkollhom l-umiltà, is-sabar fil-persekuzzjoni u fil-mard; 10. u nhobbu ’l dawk li jippersegwitawna u jcanfruna u jghidu l-gideb fuqna, ghax il-Mulej jghid: Hobbu l-ghedewwa taghkom, u itolbu ghal dawk li jippersegwitawkom u jaqalghu fuqkom (Mt 5:44). 11. Henjin dawk li jsofru l-persekuzzjoni minhabba l-gustizzja ghax taghhom hija s-Saltna tas-Smewwiet (Mt 5:10). 12. Min imbaghad izomm shih sa l­-ahhar, dan isalva (Mt 10:22).

 

Kapitlu 11

L-Ahwa ma ghandhomx

jidhlu fil-Monasteri tas-Sorijiet

 

1. Nikkmanda bis-shih lill-ahwa kollha biex ma jkollhomx hbiberija jew laqghat ma’ nisa, li jistghu jqanqlu l-ghajdut. 2. Kif ukoll ma ghandhomx jidhlu fil-monasteri tas-sorijiet, hlief dawk l-ahwa li nghatalhom permess specjali mis-Sede Appostolika. 3. Lanqas ma ghandhom jaghmluha ta’ parrini la ta’ rgiel lanqas tan-nisa, biex hekk ma jqajmux skandli fost l-ahwa jew dwar l-ahwa.

 

 

Kapitlu 12

Dawk li jmorru fost is-Saracini

 

1. Dawk l-ahwa, li mnebbha minn ispirazzjoni divina jixtiequ jmorru fost is­Saracini u dawk li ma jemmnux, ghandhom jitolbu l-permess minn ghand il-ministri provincjali taghhom. 2. Izda l-ministri ma ghandhomx jaghtu permess, jekk mhux lil dawk li jidrilhom li huma tajbin biex jintbaghtu.

 

3. Madankollu, nikkmanda ’l-ministri, bl-ubbidjenza, biex jitolbu lis-Sinjur Papa wiehed mill-Kardinali tal-Knisja Mqaddsa Rumana, biex ikun il-mexxej u l-harries, u biex jikkoregi n-nuqqasijiet ta’ din il-fraternità, 4. biex b’hekk, dejjem sudditi u mixhutin f’riglejn lejn l-istess Knisja Mqaddsa, u marbutin shih fil-Fidi Kattolika nkunu nistghu nharsu l-faqar u l-umiltà u l-Vangelu Mqaddes tal-Mulej taghna Gesù Kristu, li ahna bis-shih weghedna.

 

Hadd ghalhekk b’ebda mod ma jista’ jdeffes u jmiss dan id-digriet li ahna wettaqna jew jehodha kontrih. Jekk xi hadd jittanta jaghmel dan, ha jkun jaf, li jaqa’ taht il-qilla ta’ Alla Setghani  u tal-Qaddisin Appostli tieghu Pietru u Pawlu.

 

Moghti mil-Lateran, fid-disgha u ghoxrin ta’ Novembru, fit-­tmien sena tal-Pontifikat taghna.

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Frar 2003


Ir-Regola

u l-hajja

tal-Patrijiet Minuri

hi din,

jigifieri:

li jharsu

l-Vangelu Mqaddes

ta' Sidna

Gesu Kristu,

billi jghixu

fl-ubbidjenza,

bla xejn taghhom

u fil-kastità.

 

Il-kopja originali ta' din ir-Regola

tinsab hija mharsa

mill-Patrijiet Frangiskani Konventwali

fil-Kappella tar-relikwi

fil-Bazilka ta'

San Frangisk

f'Assisi.