Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Regola ghall-Eremitaggi

miktuba bejn 1222 u 1223


 

1. L-ahwa li jixtiequ jghixu l-hajja religjuza taghhom fl-eremitaggi ghandhom ikunu mhux aktar minn tlieta jew erbgha. Tnejn minnhom jaghmluha ta’ ommijiet, u jista’ jkollhom jew zewg ulied jew ta’ l-anqas wiehed. 2. Dawk li jkunu qed jaghmluha ta’ ommijiet ha jimxu fuq il-hajja ta’ Marta, waqt li z-zewg ulied jimxu fuq il-hajja ta’ Marija (ara Lq 10:38-42) u jista’ jkollhom post maqtugh ghalihom fejn kull wiehed minnhom ikollu cella ghalih fejn jista’ jitlob u jorqod wahdu.

 

3. Ghandhom jghidu t-talba ta’ tmiem il-jum (il-kompieta) kuljum wara nzul ix-xemx u ghandhom ikunu herqana li jzommu s-skiet u jitolbu l-ufficcju tas-sighat u jqumu ghat-talb kmien filghodu (il-matutin) u ha jfittxu l-ewwel is-Saltna ta’ Alla u l-gustizzja tieghu (Mt 6:33). 4. Ha jghidu l-ewwel parti tat-talb (il-prima) fil-hin taghha u wara t-talb tad-disgha (it-terza) jkunu jistghu jiksru s-silenzju u jitkellmu u jmorru ghand ommijiethom. 5.  U meta joghgobhom, bhalma jaghmlu l-foqra z-zghar, jistghu jittallbu minghandhom il-karitŕ ghall-imhabba ta’ Alla. 6. Imbaghad ghandhom jghidu t-talb ta’ nofs il-jum (is-sesta) u dak tat-tlieta (in-nona) u l-Ghasar (il-vespri) jghiduh f’hinu.

 

7. Fil-parti maghluqa fejn jghixu ma ghandhom ihallu lil hadd jidhol lanqas jiekol hemm. 8. Dawk li jkunu qed jaghmluha ta’ ommijiet ghandu jkollhom herqa li jzommu ruhhom boghod minn kulhadd u minhabba l-ubbidjenza lejn il-ministru taghhom ghandhom iharsu ’l uliedhom minn kulhadd biex hekk hadd ma jkun jista’ jitkellem maghhom. 9  U l-ulied ma ghandhom jitkellmu ma’ hadd hlief ma’ l-ommijiet taghhom u mal-ministru u il-kustodji tieghu meta dawn joghgobhom izuruhom bil-barka tal-Mulej. 10. Kultant l-ulied ghandhom jaghmulha huma wkoll ta’ ommijiet minn zmien ghal zmien kif jidhrilhom li jkun ahjar.  U ghandhom jaghmlu hilithom kollha biex iharsu bir-reqqa dak kollu li ntqal hawn fuq.

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Frar 2003


Din ir-Regola hija gabra

fil-qosor

tal-hajja semplici

li kienu msejha biex jghixu dawk li xtaqu jghixu

fl-eremitaggi.

Hija hajja hija binija fuq

-ezempju ta'

l-ahwa

Marta u Marija.

Hu mahsub li nkitbet bejn 1222 u 1223.