Kitbiet ta' San Frangisk - it-Testment |
|
It-Testment
1. Il-Mulej ta lili, Fra Frangisk, il-grazzja li nibda naghmel penitenza b’dan il-mod: Meta jien kont ghadni nghix fid-dnub, id-dehra ta’ l-imgiddmin kienet ghalija wisq morra. 2. U l-Mulej innifsu mexxieni f’nofshom, u jiena wrejt hniena maghhom. 3. U wara li hallejthom, dak li qabel deherli li kien morr, inbidel fi hlewwa ghar-ruh u ghall-gisem. U wara li qghadt nitlajja ftit, hallejt id-dinja.
4. U l-Mulej tani daqstant twemmin fil-knejjes tieghu li jien, bis-semplicità kont nitlob u nghid: 5. "Nadurawk, Mulej Gesù Kristu, (hawn u) fil-knejjes kollha, li jinsabu fid-dinja, u nberkuk ghax bis-salib imqaddes tieghek inti fdejt id-dinja."
6. Imbaghad il-Mulej tani u ghadu jaghtini, tant fidi fis-sacerdoti li jghixu skond kif trid il-Knisja Mqaddsa Rumana, minhabba d-dinjità taghhom, imqar jekk inkun ippersegwitat minnhom irrid nibqa’ ndur lejhom. 7. U li kelli gherf daqskemm kellu Salamun, u kelli niltaqa’ ma’ sacerdoti li jgibulek hniena f’din id-dinja, ma rridx nipprietka kontra r-rieda taghhom fil-parrocca taghhom. 8. U nixtieq nuri biza’, imhabba u gieh lejhom u lejn l-ohrajn daqslikieku huma sidien tieghi. 9. U ma rridx inqis id-dnub fihom, ghax fihom nilmah l-Iben ta’ Alla u huma s-sidien tieghi. 10. U ngib ruhi hekk maghhom, ghax jien, mill-istess Iben ta’ Alla l-Aktar Gholi ma nara xejn bl-ghajnejn tal-gisem f’din id-dinja, hlief il-Gisem u d-Demm imqaddes tieghu, li huma jircievu u huma biss iqassmu lill-ohrajn. 11. U dawn il-misteri l-aktar qaddisa rrid li jkunu mweggha fuq kull haga ohra, meqjuma u mqieghda f’imkejjen li jixirqu. 12. U kull fejn insib l-ismijiet l-aktar qaddisa u l-kliem tieghu miktub f’postijiet mhux xierqa, dawn nixtieq nigborhom u nitlob li jingabru u jitqieghdu f’post xieraq. 13. U ghandna wkoll inqimu u nwegghu lit-teologi kollha u lil dawk li jxandru l-Kelma Divina ta’ Alla, bhala dawk li jaghtuna l-ispirtu u l-hajja (Gw 6:64).
14. U wara li l-Mulej irregalali l-ahwa, hadd ma wrieni x’kelli naghmel; izda l-Aktar Gholi nnifsu nebbahni li kelli nghix skond l-ghamla tal-Vangelu Mqaddes. 15. U jien ktibt dan bi ftit kliem u semplici u s-Sinjur Papa wettaqhuli. 16. U dawk li gew biex ihaddnu din il-hajja taw lill-fqar kull ma seta’ kellhom, u kienu hienja b’tonka wahda, imraqqgha minn gewwa u minn barra, b’kurdun u b’qalziet minn taht; 17. u ma konniex nixtiequ aktar minn hekk. 18. Ahna l-kjerci, konna nghidu l-Ufficcju bhall-kjerci l-ohra; u l-frajiet kienu jghidu l-Missierna, u bil-qalb kollha konna noqoghdu fil-knejjes, 19. U konna semplici u qaddejja ta' kulhadd.
20. U jien kont nahdem b’idejja, u nixtieq li nissokta nahdem; u nixtieq bilqawwa kollha li l-ahwa tieghi kollha jinghataw ghal xoghol onest. 21. Dawk li ma jafux jahdmu, ha jitghallmu. Dan mhux tant mix-xewqa li jiksbu xi hlas ta' xogholhom, izda biex jaghtu ezempju u biex jaharbu l-ghazz. 22.U meta ma ninghatawx il-hlas tax-xoghol li naghmlu, ejjew nersqu lejn ilmejda tal-Mulej billi nittallbu bieb bieb. 23 Il-Mulej nebbahni naghti din it-tislima: Il-Mulej jaghtik is-sliem.
24. Ha joqoghdu attenti l-ahwa li b’ebda mod ma jaccettaw la knejjes jew postijiet fqar jew x’imkien li jinbena ghalihom, sakemm ma jkunux f’armonija mal-faqar imqaddes li weghedna fir-Regola, u ha jkunu dejjem bhallikieku kienu pellegrini u ghorba (1Pt 2:11). 25. U bil-qawwa kollha nikkmanda lill-ahwa kollha taht ubbidjenza, li kull fejn ikunu, ma jfettlilhomx jitolbu xi ittra mill-Kurja Rumana, la direttament u lanqas bil-ghajnuna ta’ haddiehor, la b’rizq xi knisja u lanqas ghal x’imkien iehor, jew inkella bl-iskuza tal-predikazzjoni, jew ghax ikunu ppersegwitati f’gisimhom. 26. Izda, kull fejn ma jkunux milqugha, ha jaharbu lejn art ohra biex jaghmlu penitenza bil-barka ta’ Alla.
27. U bil-qawwa kollha rrid nobdi ’l-ministru general ta’ din il-fraternità u l-gwardjan li joghgbu jaghtini. 28. U nixtieq li nkun tant mahkum f’idejh, li ma nkun nista’ immur imkien jew naghmel xejn li jmur kontra l-ubbidjenza u r-rieda tieghu; ghaliex huwa s-sid tieghi.
29. U ghalkemm jien dghajjef u marid, nixtieq li jkolli dejjem kjerku li jghid l-Ufficcju ghalija, kif hemm miktub fir-Regola. 30. U l-ahwa l-ohra kollha huma obbligati jobdu lill-gwardjani taghhom, u jghidu l-Ufficcju kif titlob ir-Regola, 31. U kemm-il darba jinstabu xi whud li ma jridux jghidu l-Ufficcju kif titlob ir-Regola, u jridu b’xi mod ibiddlu fih, jew inkella m’humiex Kattolici, l-ahwa kollha ha jhossuhom obbligati taht ubbidjenza li kull meta jiltaqghu ma’ xi wiehed minn dawn l-ahwa, ghandhom iressquh quddiem l-eqreb kustodju tal-post fejn ikunu sabuh. 32. U l-kustodju hu obbligat bil-qawwa, taht ubbidjenza, li jzommu sewwa taht ghajnejh lejl u nhar, bhal wiehed habsi biex ma jkunx jista’ jahrablu minn taht idejh, sa ma hu stess jaghtih f’idejn il-ministru tieghu. 33. U l-ministru hu obbligat bil-qawwa, taht ubbidjenza, li jibaghtu ma’ xi ahwa mghasses tajjeb lejl u nhar bhallikieku kien habsi sakemm iressquh quddiem is-Sinjur ta’ Ostja, li hu ssid, il-harries, u dak li jwiddeb il-fraternità kollha.
34. U ara li l-ahwa ma jghidux: “Din hi Regola ohra”; ghax dal-kliem hu tifkira, twiddiba, kliem ta’ hegga u t-testment tieghi, li jien, Fra Frangisk, qieghed inhejji ghalikom ilkoll, imberkin uliedi, biex tkunu tistghu tharsu b’mod aktar kattoliku r-Regola li weghedna ’l-Mulej.
35. U l-ministru general, u l-ministri l-ohra kollha u l-kustodji, huma obbligati taht ubbidjenza li ma jzidu u ma jnaqqsu xejn minn dan il-kliem. 36. U ha jkollhom dejjem din il-kitba, maghhom flimkien mar-Regola. U fil-Kapitli kollha li jaghmlu, meta jaqraw ir-Regola, ha jaqraw ukoll dan ilkliem.
38. U bl-ubbidjenza nikkmanda bil-qawwa lill-ahwa kollha, kjerci u lajci, li ma jzidu l-ebda kumment mar-Regola lanqas ma’ dan il-kliem, u jghidu li hekk ghandhom jiftiehmu. 39. Imma, kif il-Mulej tani l-grazzja li nitkellem u nikteb ir-Regola u dan il-kliem b’mod semplici u car, hekk ghandkom tifhmuh b’mod semplici u bla tifsir u tharsuh bil-mod qaddis tal-hajja li tghixu sa l-ahhar.
40. U kull min ihares dan kollu ha jkun mimli fis-sema bil-barkiet tal-Missier l-Aktar Gholi, u fuq din l-art bil-barkiet ta’ Ibnu l-mahbub u ta’ l-Ispirtu s-Santu Paraklitu, u bil-Qawwiet kollha tas-Sema u l-Qaddisin kollha. 41. U jien, ic-ckejken Fra Frangisk, qaddej taghkom, kemm nista’, inwettaq fikom din il-barka l-aktar qaddisa minn gewwa u minn barra.
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Frar 2003 |
It-Testment hu xhieda hajja ta' l-ispirtwalità ta' San Frangisk, proprju fl-iktar elementi li ghalih kienu eghziez; il-hajja ta' penitenza, s-servizz lill imgiddmin, l-imbabba lejn il-knejjes, sinjal haj tal-prezenza ta' Kristu msallab, id-don ta' l-ahwa, ir-rispett lejn is-sacerdoti, il-qima lejn l-Ewkaristija u lejn l-ismijiet u l-kliem imqaddsa tal-Mulej, u lejn it-tejologi, il-fedeltà ghall-hajja evangelika li l-Papa approva ghalih u ghallahwa, l-ghaqda intima mal-Knisja, l-aktar fit-talba ta' l-Ufficcju Divin, ilqdusija tax-xoghol u l-hegga ghall-paci, il-fedeltà lejn il-faqar evangeliku, l-ubbidjenza lejn il-Ministru general, l-ispirazzjoni genwina mill-Mulej fil-kitba tar-Regola u t-Testment. Fl-ahharnett il-qaddis ibierek lill-ahwa.
It-Testment hu l-gofol ta' hajja evangelika perfetta li l-fgajjar Frangisku ghex maghqud haga wahda ma' Kristu kif kien jafu hu - fqir u msallab.
|