|
San Frangisk - artikli |
|
|
<<|werrej|>>San Frangisk u l-Hajja ta' Penitenzakitba ta' Katherine Caldwell TOR Introduzzjoni Fl-ewwel bijograflji ta' San Frangisk t'Assisi, hu jigi deskritt kemm bhala penitenti kif ukoll bhala ermita. L-iskop ta' dan l-istudju hu li nezaminaw l-influss li l-movimenti penitenzjali u eremitici kellhom fuq il-hajja ta' Frangisku. Meta nezaminaw l-ghejun tal-hajja ta' Frangisku fil-kuntest storiku taghha, ahna sejrin naraw li Frangisku sar penitenti li haddan l-istil ta' hajja eremitika matul perjodu ta' sentejn (1206-1208) bejn il-konverzjoni u l-bidu tal-fraternità tieghu. Dan il-perjodu ta' hajtu kien wiehed formattiv, li kien jghinu jaghti forma lill-hajja tieghu evangelika.
Frangisku jsir Penitenti Il-konverzjoni ta' Frangisku kienet process gradwali li beda meta inqabad prigunier f'Perugia fl-1202 (2 Cel, 4 u Leg 3 Comp, 4) u li mbaghad wasslu biex ihalli d-dinja warajh u jikkonsagra hajtu lil Alla fis-servizz tal-Knisja fis-sena 1206. Fl-1205, meta kien sejjer ghall-gwerra fil-Puglie, Frangisku kellu esperjenza spiritwali li biddlet id-direzzjoni ta' hajtu. Frangisku sema vuci li kienet titkellem gewwa fih: "Min jista' jkunlek l-ahjar, il-Mulej jew il-gaddej?" "Il-Mulej", wiegeb Frangisku. "Mela ghaliex qieghed titlaq lill-Mulej biex taqdi lill-qaddej, titlaq lill-Princep biex taqdi lill-ilsir?" Frangisku staqsa: "Mulej, xi tridni naghmel?" "Mur lura f'artek", il-lehen wiegbu, "u aghmel dak li jurik il-Mulej" (AnonPer, 6). Meta kellu din l-esperjenza, Frangisku mar lura lejn Assisi, halla warajh l-istorbju tad-dinja u iddedika lilu nnifsu ghat-talb biex isir jaf ir-rieda ta' Alla. Il-bijografiji jindikaw li Frangisku kien jimmedita fuq il-parabbola tal-Vangelu dwar ir-ragel li biegh kollox biex jakkwista t-tezor mohbi (Mt 13,44-46) (1 Cel 6-7; Leg 3 Comp 12; LegM I,4). Ix-xewqa kbira tieghu ghal Alla wahdu, it-tezor tas-sema tieghu, kien imexxih ghal serje ta' grajjiet li fihom hu cahad lilu nnifsu u d-dinja u haddan lil Alla Missieru fil-qadi tal-Knisja.
L-ewwel bijografi ta' Frangisku jiddeskrivu l-esperjenza ta' meta hu bies il-lebbruz bhala wahda fundamentali li kellha timmarka c-cahda shiha tieghu nnifsu li ghamel Frangisku (1 Cel 17; 2 Cel 9; Leg 3 Comp 11). Frangisku, fit-Testment tieghu, jesprimi l-importanza ta' l-esperjenza tieghu mal-lebbruzi (Test l-3). Hu mhux biss cahad lilu nnifsu, imma dak li gara wara juri kif hu cahad id-dinja u haddan il-hajja ta' penitenti fis-servizz tal-Knisja.
Meta gie lura minn vjagg fll-Puglie, hu wettaq dak li l-Mulej jghid fil-Vangelu ta' Mattew, billi biegh kollox, sahansitra z-ziemel li kien riekeb. Hu mar f'San Damiano u offra l-flus lill-qassis. Il-qassis cahad il-flus, imma halla lil Frangisku jghix mieghu (1 Cel 9; Leg 3 Comp 16; LegM II,1). Skond Pazzelli, Frangisku gie milqugh bhala oblat, li kienet forma ufficjali ta' hajja ghal dawk il-penitenti li kienu joffru ruhhom ghas-servizz ta' Alla billi jaqdu knisja, monasteru jew episkopju (Raffaele Pazzelli TOR, St. Francis and the Third Order, Franciscan Herald Press, Chicago, 1989, 30). Pazzelli jipprova din il-pozizzjoni tieghu meta jezamina b'mod kritiku t-test Latin ta' Celano u jqabblu mal-lingwagg li kien jigi uzat f'dawk iz-zminijiet biex jirreferi ghall-penitenti ufficjali. Skond ir-ricerkatur ta' Assisi l-istoriku Fortini, il-kliem morari u mora, li juza Celano fit-test tieghu, huma l-istess kelmiet li jigu uzati biex jiddeskrivu l-oblat fid-dokumenti ta' Assisi.
Prova aktar ghall-istat ta' Frangisku bhala penitenti ufficjali nsibuha fid-deskrizzjoni dwar il-process ta' Frangisku quddiem l-isqof, li jigi evidenzjat b'mod evidenti mil-Leggenda dei Tre Compagni. F'dak il-perjodu storiku, il-kjerici u r-religjuzi, inkluzi l-penitenti ufficjali, ma kienux suggetti ghall-qorti civili. Il-kazijiet taghhom kienu jitressqu quddiem l-isqfijiet. Id-deskrizzjoni fit-Tre Compagni tindika b'mod car li Frangisku ma kienx suggett ghall-qorti civili, u li l-kaz tieghu instema' mill-isqof ta' Assisi. Mhux biss, imma l-lingwagg li jigi uzat fil-process bejn l-isqof u Frangisku jindika b'mod car il-qaghda tieghu bhala oblat. L-isqof indirizza hekk lil Frangisku: "Si tu vis Deo servire..." (Jekk trid taqdi lil Alla). Frangisku wiegeb: "Quia Deo servire proposui..." (Billi jiena iddecidejt lil naqdi lil Alla). B'hekk, l-evidenza turi li Frangisku sar penitenti ufficjali.
Zvilupp u karatteristici tal-Moviment Penitenzjali Il-moviment penitenzjali kellu l-gheruq tieghu fil-bidunett tal-kristjanezimu, bid-domanda: "X'jigri meta nisrani jidneb wara li jkun ircieva l-maghmudija?" Dak li zviluppa bil-mod kien process ta' rikonciljazzjoni tal-penitenti midneb mal-Knisja. Fis-seklu III dan il-process sar Ordni transitorju fil-Knisja (Ordni tal-Penitenza), bhall-Ordni tal-Katekumeni. Il-penitenti kellhom ihaddnu dispozizzjoni interna ta' konverzjoni u stil ta' hajja li kienet tirrifletti din id-dispozizzjoni f'azzjonijiet esterni, bhalma huma hin prolungat ta' talb, indiema (biki jew stqarrija pubblika), u sawm (tliet perjodi ta' erbghin jum). Mis-seklu IV l-Ordni tal-Penitenti zviluppa fi stat permanenti bi status ekklezjastiku. Matul is-seklu V il-membri tal-Knisja li ma kienux hatja ta' dnubiet gravi bdew jidhlu minn rajhom fi hdan l-Ordni tal-Penitenza. Dawn il-penitenti volontarji bdew ihaddnu dan l-istil ta' hajja, bhala mezz li bih jikbru fil-perfezzjoni. L-aktar wara s-seklu VII, l-Ordni tal-Penitenza beda joffri alternattiva ghall-hajja monastika ghal dawk il-persuni li ma xtaqux jidhlu f'monasteru jew li ma setghux jidhlu fil-hajja monastika.
Li wiehed isir penitenti ufficjali kienet prattika komuni fi zmien Frangisku. Il-persuna li xtaqet tidhol f'dan l-istat kellha tipprezenta lill-isqof jew lir-rapprezentant tieghu bi propositum, li kien stqarrija ta' kif hu xtaq jghix. Jekk dan il-propositum kien jigi approvat, il-persuna setghet tghaddi mill-istat sekulari ghal dak religjuz. Il-penitenti kienu distinti mis-sekulari f'dawn l-elementi li gejjin: 1) huma kienu jilbsu distintiv (normalinent tonka griza tas-suf), 2) huma ma setghux igorru armi, jew ikollhom ufficcji pubblici, jew imorru f'postijiet ta' divertiment; u 3) kienu jwettqu hidma ta' penitenza u karità bhat-talb, sawm, u kura tal-morda u pellegrini.
Kien hemm formm differenti ta' hajja penitenti: 1) oblati li kienu jinghagdu ma' monasteri jew knejjes biex jipprovdu servizzi ghalihom, 2) pellegrini li kienu jitilqu minn djarhom u mis-sigurta f'att ta' penitenza u biex ifittxu grazzja, 3) eremiti u rekluzi (nisa li kienu jesprimu l-istess hajja ta' l-eremiti), li kienu jisseparaw ruhhom mid-dinja biex jiddedikaw hajjithom ghat-talb u ghal ghemejjel ta' karità, 4) penitenti mizzewgin, u 5) vergni li kienu jghixu fi djarhom.
Il-hajja ta' Frangisku matul is-sentejn li fihom kien jircievi l-ahwa (1206-1208) kienet karatterizzata minn marki distintivi ta' l-ordni penitenzjali. Hu ma kienx jaqa' taht il-gurisdizzjoni tal-qrati civili. Kien jilbes libsa distintiva, kien jaqdi lill-Knisja billi jsewwi l-knejjes, kien iwettaq hidma ta' karità billi jiehu hsieb tal-lebbruzi u kien ihaddnu hajja ta' penitenza.
Frangisku deskritt bhala Penitenti u Eremita Miz-zmien ta' wara li Frangisku kellu l-process tieghu quddiem l-isqof (1206) sa ma ircieva s-sejha tieghu apostolika fl-1208, Frangisku jigi deskritt liebes il-libsa tal-penitenza ta' eremita: "Frangisku rega' lura f'San Damiano, mimli ferh u hegga, u liebes libsa ta' eremita" (Leg 3 Comp 21). Celano wkoll iqabbel il-libsa ta' Frangisku ma' dik ta' eremita: "Sadanittant ir-ragel qaddis ta' Alla kien libes stil gdid ta' libsa ... F'dan iz-zmien (wara li temm jibni l-Porziuncola) hu libes, stil ta' libsa ta' eremita, bi hziem tal-gild madwar qaddu; hu kien igorr bastun f'idejh u kien jilbes zarbun f'riglejh" (1 Cel 21). Imma, fit-Trattat tal-Mirakli, Celano jiddeskrivi l-libsa ta' Frangisku bhala libsa ta' penitenza: "Billi hu kien sar haga wahda mas-Salib, hu kien jilbes il-libsa tal-penitenza, maghmula f'ghamla ta' Salib" (3 Cel 2). Jidher li hemm nuqqas ta' qbil fl-ghejun dwar jekk Frangisku kienx penitenti jew eremita. L-aktar spjegazzjoni probabbli ghaliex il-libsa tieghu tigi deskritta bhala libsa ta' penitenza u libsa ta' eremita hi li Frangisku kien penitenti ufficjali, li kien jghix stil ta' hajja eremitika. Hu kien kemm penitenti kif ukoll eremita, xi haga li kienet komuni fi zmienu.
Il-hajja eremitika fis-sekli XI u XII Ma nistghux nifhmu l-izvilupp ta' l-ghamla ta' hajja tal-Vangelu li ghex Frangisku minghajr ma narawha fil-kuntest religjuz ta' zmienu. Matul is-sekli XI u XII kien hemm qawmien fil-hajja eremitika. Dan il-qawmien kien rizultat ta' nuqqas ta' soddisfazzjoni bil-hajja monastika u x-xewqa tal-lajci u l-kleru sekulari li jghixu hajja ta' talb, b'mod indipendenti mill-hajja monastika. Dan kollu wassal ghall izvilupp ta' ordnijiet eremitici godda, bhalma kienu l-Camaldolesi (1012) u l-Kartuzjani (1084). L-eremitici lajci ta' dan il-grupp kienu hafna drabi penitenti ufficjali li kienu jghixu stil ta' hajja eremitika. Hafna minn dawn l-eremiti (lajci kif ukoll kjerci) saru wkoll predikaturi itineranti.
L-osservanzi ta' dawn l-eremiti godda kienu differenti f'diversi elementi. Bosta minn dawn il-gruppi ta' eremiti kienu jghixu faqar aktar strett mill-monasteri, kienu jissimplifikaw it-talb liturgiku, kienu jahdmu b'idejhom, u kienu jwettqu hidma ta' karità. Rigward il-faqar, kontra dak li kienu jaghmlu l-monasteri, dawn l-eremiti kienu jhaddnu faqar kemm personali kif ukoll komunitarju. Hafna gruppi minn dawn l-eremiti kienu jaghtu kura personali lill-pellegrini, lill-foqra u lill-morda.
Il-hajja eremitika kienet tintwera bhala forma tal-hajja penitenzjali. Dan kien il-kaz ta' Frangisku. Matul il-konverzjoni tieghu Frangisku kien ifittex is-solitudni u l-imkejjen mohbija bhall-eremiti ta' zmienu. Hu kien jadotta hafna elementi ta' l-ispiritwalità tieghu mill-hajja eremitika.
Frangisku bhala Penitenti u Eremita qabel is-sejha Apostolika tieghu Sentejn qabel ma Frangisku ircieva s-sejha apostolika tieghu, filwaqt li kien ghadu jghix ta' penitenti u eremita, kienu zmien importanti fil-formazzjoni tieghu. Il-fonti Frangiskani jiddeskrivu kemm il-bidliet interni kif ukoll dawk esterni li kienu jsehhu fih. Il-bidla ta' Frangisku kienet issib l-gheruq fix-xewqa pxofonda tieghu li jwiegeb b'mod shih lil Alla: "Frangisku, il-qaddej ta' Alla, kien issa imnezza' minn kull haga tad-dinja u kien hieles biex jaqdi l-gustizzja divina. Hu kien izomm li hajtu ma kellhiex valur u kien jiddedika lilu nnifsu ghall-qadi ta' Alla b'kull mod possibbli" (Leg 3 Comp 21).
Id-dedikazzjoni tieghu halliet il-frott fil-bidla interjuri li hu esperimenta. Il-Leggenda dei Tre Compagni tiddeskrivi l-istaghgib tan-nies ta' beltu ghall-pacenzja kbira li kellu Frangisku biex jilqa' l-persekuzzjoni minn missieru u minn huh (Leg 3 Comp 23). Il-fonti jiddeskrivu wkoll kif l-Ispirtu s-Santu hadem fil-hajja ta' Frangisku b'mod specjali matul dan iz-zmien. Celano jiddiskrevih bhallikieku kien "fi speci ta' telfa spiritwali", meta kien jipprofetizza bil-Franciz "mimli bil-hegga ta' l-Ispirtu s-Santu" (2 Cel 13). Dan kien zmien ta' grazzja ghal Frangisku, zmien ta' konsolazzjoni spiritwali.
Il-bidla interna kienet tidher ukoll fl-azzjonijiet ta' Frangisku. Matul dawn is-sentejn Frangisku haddan hajja ta' penitenza u faqar mendikanti, hadem biex jirrestawra tliet knejjes, haddan u ha hsieb il-lebbruzi. Frangisku, li kien imdorri f'hajja komda, issa haddan hajja ta' xoghol manwali u ta' penitenza: "Ikun difficli li nispecifikaw ix-xoghol iebes kollu li hu ghamel biex jirrestawra l-knisja. F'daru Frangisku kien dejjem imfissed, imma issa kellu jgorr taghbija gebel fuq spallejh u kien isofri hafna tbatijiet ghall-imhabba ta' Alla" (Leg 3 Comp 23). It-taqbidiet tieghu ma' l-ewwel esperjenza ta' faqar mendikanti kellhom x'jaqsmu mal-fatt li kellu jittallab l-ikel ta' kuljum. Ghall-ewwel, l-iskudella tal-fdalijiet ta' l-ikel tant kienet tqazzu, imma hu rebah dan is-sentiment u hass lilu nnifsu mimli bil-ferh, ghax intebah li seta' jissaporti kollox ghall-imhabba ta' Alla (Leg 3 Comp 22; 2 Cel 14). Frangisku kien ukoll jiehu hsieb u jghix mal-lebbruzi: "Meta kont ghadni fid-dnub, kien jidhirli morr wisq li nara l-imgiddimin. Imma l-Mulej innifsu mexxieni f'nofshom, u jien urejt hniena maghhom" (Test 2-3; 1 Cel 17). "Wara li gie lura minn Gubbio, ghall-imhabba li kellu lejn l-umiltà, hu iddedika lilu nnifsu ghall-imgiddmin u kien jghix maghhom u jaqdihom, ghall-imhabba ta' Alla" (LegM 2-6).
Dan il-perjodu ta' penitenti-eremita kien zmien ta' formazzjoni ghal Frangisku, li fih hafna affarijiet li hu tghallem baqghu bhal kanali centrali matul hajtu. Hawnhekk naraw il-bidu ta' meta haddan il-faqar u l-minorità. Il-faqar kien sar valur intern li kien jghixu jaghmel esperjenza tal-ferh profond fil-Mulej. Bhall-foqra, hu wkoll haddan ix-xoghol manwali u ma kienx jibza jidentifika lilu nnifsu ma' dawk li kienu l-aktar imwarrbin fis-socjetà. Il-mod kif Frangisku kien jiehu hsieb u jghix qalb il-lebbruzi juri li hu kien haddan il-valur tal-minorità, li kellu jsir il-marka tal-fraternità tieghu.
L-izvilupp ta' l-ghamla evangelika tal-hajja ta' Frangisku L-izvilupp ta' l-ghamla tal-hajja evangelika ta' Frangisku, bhat-twaqqif ta' hafna komunitajiet eremitici, kienet process li sehh bil-mod. Wara t-twaqqif ta' eremitagg nistghu nahsbu li kien ikun hemm xhur, u xi drabi snin, ta' dubji, diskussjoni u spekulazzjoni. Il-fundaturi kienu jfittxu s-solitudni jew ukoll imorru f'pellegrinagg (xi kultant ma xi wiehed jew aktar dixxipli) biex ifittixu r-rieda ta' Alla u jitghallmu mill-ghorrief. Dan kien il-kaz ghal Frangisku matul il-konverzjoni tieghu u matul is-sentejn li hu ghex bhala penitenti-eremita meta kien ifittex bil-herqa biex jaghraf ir-rieda ta' Alla ghall-hajja tieghu.
Jum minnhom l-affarijiet gew cari quddiem Frangisku meta kien qieghed jiehu sehem fil-Quddiesa fil-Porziuncola, li Bonaventura jghidilna li kienet il-Quddiesa ta' l-Appostli (LegM III,1). Frangisku sema t-test evangeliku ta' Gesu li jibghat lid-dixxipli tieghu biex jippriedkaw, u gharaf li din kienet is-sejha tieghu:
"L-imqaddes Frangisku, meta sema li d-dixxipli ta' Kristi ma kellhomx ikollhom deheb jew fidda jew flus; lanqas li jiehdu fit-triq borza jew hobz; li ma kellhomx ikollhom ghata tar-riglejn jew zewg ilbiesi imma li kellhom ixandru s-saltna ta' Alla u l-penitenza, mall-ewwel hu beda jghajjat ferhan: Dan hu dak li rrid, dan hu dak li nfittex, dan hu dak li nixtieq naghmel b'qalbi kollha. Imbaghad il-missier imqaddes, se jfur bil-ferh, ghaggel biex iwettaq dan il-kliem ta' salvazzjoni li hu kien sema..." (1 Cel 22).
Wara din l-esperjenza Frangisku beda jippriedka l-penitenza u jigbed l-ewwel dixxipli tiegflu ghal warajh (1Ce1 23-25). Flinkien huma kienu jghixu skoid it-taghlim ta' Franqisku u tal-Vangelju Mqaddes (1 Cel 26-31; AnonPer 14-30; LegM III,7; Leg 3 Comp 36-45).
Minkejja li Frangisku kellu idejat cari, wara li l-ahwa regghu luri mneta marru Ruma biex il-Papa japprovalhom ir-Regola, huma bdew jistaqsu jekk kellhomx jghixu ma' nies ohrajn: jew inkella fìpostijiet imwarrbin (1Cel. 33). Bonaventura jiddeskrivi l-incident li fih Frangisku staqsa jekk kellux jinghata biss ghat-talb jew inkella johrogx jippriedka. Bl-ghajnuna ta' Klara u Silvestru, hu irrejalizza li kellu jmur jippriedka (LegM XII,1-2). Hu haddan il-predikazzjoni biex jimita lil Kristu u ghall-imhabba tal-bnedmin.
Ghalkemm ma kienx car jekk Frangisku u l-ahwa kienux imsejhin biex jippriedkaw, din is-sejha ma kienetx wasslet lil Frangisku biex jabbanduna l-hajja penitezjali u eremitika ta' qabel. Hu ingfhata kollu kemm hu ghall-komtemplazzjoni u ghall-predikazzjoni. "Kienet id-drawwa tieghu li jaqsam iz-zmien li jinghatalu biex jimmerita l-grazzja, u, skond ma jidher mehtieg ghalih, li jaghti parti minnu biex jahdem ghall-gid tal-proxxmu tieghu u biex jistrieh fl-irtir imqaddes tal-kontemplazzjoni" (1 Cel 91). Fuq kollox, l-istil ta` hajja penitenzjali u eremitika ta' l-ahwa kien jipprovdi l-kuntest li kien iwassal biex il-predikazzjoni taghhom tkun effettiva.
"Meta n-nies kienu jarawhom jifirhu fit-tbatijiet taghhom u jsofruhom bis-sabar ghall-Mulej, filwaqt li jibqghu moghtija ghat-talb bla jaqta', filwaqt li ma kienux jaccettaw flus bhall-foqra l-ohrajn, u billi huma kellhom imhabba kbira lejn xulxin, li biha kienu jkunu maghrufin bhala dixxipli tal-Mulej, hafna permezz tal-hniena tal-Mulej, ghamlu l-esperjenza ta' bidla fil-qalb" (AnonPer 24).
L-istil ta' hajja tal-fraternità kien ritmu ta' talb, hidma u ministeru (billi jiehdu hsieb tal-lebbruzi u jippriedkataw). Fl-ewwel fraternità, it-talb kien il-funadament tal-hajja taghhom, ix-xoghol ta' l-id kien il-mezz ta' ezempju, u l-ministeru kien jibda mix-xewqa taghhom li jsalvaw l-erwieh. Frangisku jiddeskrivi l-hajja ta' dawn l-ewwel ahwa: "Ahna l-kjerci konna nghidu l-Ufficcju bhall-kjerci l-ohrajn; il-lajci kienu jghidu l-Missierna...u jiena kont nahdem b'idejja...il-Mulej nebbahni din it-tislima, biex nghiduha: "Il-Mulej jaghtik is-Sliem" (Test 18-23). Jacques de Vitry jiddeskrivi l-istil ta' hajja tal-fraternità b'dawn il-kelmiet: "Matul il-jum imorru fil-bliet u l-irhula, u jinghataw ghall-hajja attiva ta' l-apostolat; bil-Iejl, huma jirritornaw fl-eremitagg, jew jirtiraw fis-solitudni biex jghixu hajja kontemplattiva" (Jacques de Vitry's Letters 1216, Letter 1, St. Francis of Assisi: Writings and Early Biographies: English Omnibus of Sources, ed. Marion A. Habig, Franciscan Herald Press, Chicago, 1983, 1608).
Aktar tard, meta l-ahwa kienu jmorru ghall-vjaggi missjurnarji, Frangisku kien iwissihom li t-talb kellu jkun il-pedament tal-hajja taghhom, kemm fis-solitudni kif ukoll fost in-nies.
"F'isem il-Mulej morru u ohorgu tnejn tnejn b'dinjità li tixirqilkom. Filghodu harsu s-silenzju sa wara t-terza billi titolbu lil Alla f'qalbkom, Ara li ma jkunx hemm kliem ghal xejn, ghax ghalkemm tkunu qed tivvjaggaw, l-imgieba taghkom trid tkun ta' min ifahharha daqslikieku tinsabu fl-eremitagg jew fic-cella taghkom. Kull fejn inkunu, kull fejn immorru, ahna ngorru c-cella taghna gewwa fina. Huna l-gisem hu din ic-cella u r-ruh taghna hi l-eremita li ghix f'din ic-cella biex hemmhekk titlob lil Aila u timmedita. jekk ruhna ma tghix fil-paci u fis-solitudni fil-cella taghha, x'jiswa ghaliha li nghixu f'cella maghmula minn idejn il-bnedmin" (LegPer 80).
Il-vizjoni unika ta' Frangisku kienet li l-ahwa kellhom ikunu eremit kemm f'eremitagg kif ukoll fid-dinja.
L-aspett eremitiku ta' l-ghamla ta` hajja evangelika ta' Frangisku jidher b'mod car fid-deskrizzjoni ta' l-istil ta' hajja fil-Porziuncola (2 Cel 18-19 u LenPer 9) u fir-Regola ghall-Eremitaggi. Meta jezamina dawnn it-testi, Schmucki jiddeskrivi dawn il-karatteristici li gejjin li l-ahwa kellhom flimkien fil-hajja eremitika: 1) jithabtu biex jitolbu bla waqfien, 2) separazzjoni fizika mid-dinja, 3) silenzju evangeliku, 4) gabra interjuri li taqtghek mid-dinja, 5) limiti fl-ikel u x-xorb, 6) xoghol manwali.
Schmucki jikkonkludi billi juri xi aspetti unici tal-hajja eremitika Frangiskana l-uzu tieghU tat-termini relazzjonali ta' omm / Marta (qaddejja) u iben / Marija (huk li jitlob) biex jiddeskrivi r-rwoli ta' l-ahwa u l-kuncett tieghu ta' kif dawn ir-rwoli kellhom jinbidlu. Fuq kollox, ghalkemm il-faqar kellu jkun l-idejal ta' kull zmien ghall-eremiti, Schmucki jemmen li l-grad radikali ta' faqar li kienu jhaddnu l-ewwel ahwa kien uniku (Octavian Schmucki, "Mentis Silentium: Contemplation in the Early Franciscan Order", Greyfriars Review 4 (1990), 35-64).
Merton jindika l-unici rejaltajiet ta' mhabba fraterna u universali li jinsabu fl-eremitizmu Frangiskan: "Hawnhekk (fir-Regola ghall-Eremitaggi), San Frangisk irnexxielu jirrikoncilja l-hajja ta' talb solitarju ma' l-imhabba miftuha... l-eremitizmu Frangiscan kellu aspett iehor: kien miftuh ghad-dinja u orjentat fejn il-hajja apostolika" (Thomas Merton,"Franciscan Eremitism", The Cord 16 (1966), 361.
Ghal Frangisku, s-sotitudni mhux biss kienet izzid l-imhabba tieghu lejn Alla, imma wkoll l-imhabba li kellu lejn il-bnedmin. Anke wara li Frangisku ghamel esperjenza tat-talb mistiku fuq La Verna, hu nizel mill-muntanja, u billi kien imqanqal minn imhabba kbira fejn in-nies, hu kompla jippriedka anke meta kien dghajjef wisq biex jimxi (1 Cel 98; LegM XIV,1): Kien ghall-imhabba ta' Alla u ta' l-erwieh li Frangisku haddan il-ghamla ta' hajja tal-Vangelu, li kienet tikkonsisti fit-talb, xoghol u ministeru:
"Frangisku ma kienx iqis lilu nnifsu l-mahbub ta' Kristu, kieku ma kellux hniena lejn l-erwieh li Kristu feda. Kien ghall-erwieh li hu kien jissara fit-talb, ghalihom hu kien tant attiv meta kien jippriedka, u kien ghall-erwieh li hu qabez il-limiti kollha biex jaghti ezempju tajjeb" (LegM 170,4). Dan l-artiklu deher fir-rivista Frangiskana "The Cord" Vol. 46, No. 2 (Marzu - April 1996), 77-86. Il-verzjoni bil-malti dehret fir-rivista Spirtu u Hajja ta' Lulju 1997, 149-152 Assisi 6.7.2003 |
Frangisku sar Penitenti li haddan l-istil ta' hajja eremitika matul perjodu ta' sentejn (1206-1208) bejn il-konverzjoni u l-bidu tal-fraternità tieghu. Dan il-perjodu ta' hajtu kien wiehed formattiv, li kien jghinu jaghti forma lill-hajja tieghu evangelika.
|
|