|
San Frangisk - artikli |
|
|
<<|werrej|>>San Frangisk u l-ekologija tal-qalbkitba ta' Fr Thomas Moore OFMConv. Il-Ghanja tal-Holqien li san Frangisk t'Assisi kiteb qabel mewtu, insibu mhux biss l-imhabba, is-sensibbiltà u s-sens ta' responsabbiltà lejn il-harsien tan-natura madwaru, izda wisq izjed, l-imhabba, il-gibda u r-rispett lejn ghajru: "Mulejja, tkun imfahhar f'ohtna u ommna l-Art... tkun imfahhar f'dawk li jahfru ghal imhabbtek..."
Din hi l-vera ekologija lejn il-Holqien, li minghajrha ma jistax ikollna l-veru harsien tan-Natura. Tissejjah l-ekologija tal-Qalb, li Frangisk fissirha fi ftit kliem:
"Dak li qabel kien jidher morr ghalija, u dak li jien kont nistmell, bid-dawl tal-Vangelu nbidel ghalija fi hlewwa liema bhalha f'ruhi u gismi..." (Testment).
L-Ghanja tal-Holqien kienet il-frott tal-konverzjoni ta' San Frangisk. Wara erba' u ghoxrin sena, moghni kif kien bil-gid ta' missieru u l-hena ta' shabu, fittex biex jimla l-vojt ta' qalbu. Malajr irnexxielu jehles mill-irbit ta' l-art u jnissel fih ferh gdid u mhabba lejn il-proxxmu. Wara li cahad ghal kollox, sahansitra ghall-hwejjeg ta' fuqu, b'arja gdida ta' ferh stqarr: "Issa nista' nghid izjed bil- qalb: "Missierna li Inti fis-smewwiet..." Minn dakinhar Frangisk ta hajtu biex jaghmel paci mal-Hallieq, l-ewwel; imbaghad man-nies ta' kull xorta u klassi, l-izjed ma' dawk bzonn. Hadem ukoll biex ihabbeb l-ibliet ta' l-Umbrija, li f'dawk iz-zminijiet kienu ghaddejjin minn mewga ta' mibeghda u glied.
U beda jfittex biex jimla 'l qalbu b'dak li hu sabih; qaddis u tajjeb. X'jaqbad jaghmel? Ara x'kuntrast. Filwaqt li l-ewwel bnedmin tilfu l-Genna ta' l-art bis-sbuhija, l-gid u l-paci li kienu jgawdu, Frangisk beda jhabrek biex isib mill-gdid dan il-Gnien u jiehu fih ohrajn mieghu, biex jerghu jiksbu dik is-sbuhija dak il-gid u dik il-paci li kien tahom il-Hallieq sa mill-bidu.
Irnexxielu? lva. Izda kif? Ghax hadem, u hadem bla heda. Nizbaljaw jekk nahsbu li l-qaddisin isiru bil-forma bhal-pasturi. Jirnexxu ghax jahdmu. Frangisku hu ezempju haj ghalina wkoll ta' kif jista' jirnexxielna nirbhu d-dinja ghalina u ghall-ohrajn.
Maqful f'cella ghax inqabad prigunier, Frangisk garrab esperjenza qarsa: wahdu fid-dlam bla wens ta' hbieb, michud li jicaqlaq fejn irid, bla ma jgawdi tlugh u nzul ix-xemx. Imrazzan minn dawn il-hsibijiet, hass ruhu mifrud mill-Hallieq u mill-holqien. Wara li heles mill-habs waqaf fi Spoleto biex jistrieh u jahseb x'se jaghmel b'hajtu. Hassu mqanqal jaqbad il-Vangelu, u ghal darba, tnejn, tlieta qara siltiet li fuqhom immarka l-istil ta' hajtu. B'dan il-qari fehem li l-art tista' tinghaqad mas-sema; id-dinja tkun il-bieb tal-Genna u l-bnedmin isiru tassew ulied Alla; il-Hallieq u l-holqien jergghu jisiru haga wahda permezz ta' Kristu - l-Iben t'Alla li sar bniedem biex ahna nsiru allat.
Frangisk mibdul f'dan l-ideal, imlibbes b'fehma soda ,li jaqdi lill-Hallieq, halla kollox, xedd fuqu coqqa u thazzem b'habel; beda hajja sinciera u ta ruhu ghall hidma: "Il-holqien issa kollu tieghi" kien itenni lil shabu li fil-bidu ghaddewh b'mignun; "irrid inkun bhall-ghasafar li kull fejn itiru dawn ipespsu u jghannu b'tifhir lill-Hallieq; u bhall-fjuri li bil-fwieha u l-kuluri ghaxxqu lil kull min jersaq lejhom".
Irnexxielu ghax kellu rieda tajba u qabad jirbah lilu nnifsu. Niftakru l-episodju tal-marid bil-gdiem. Kif gie wicc imb'wicc mieghu hasel jistmellu, u ga kien qabad se jigri lura. "Dak hija, zgur ghandu bzonni... X'nista' naghtih?" Resaq lejh u ghannqu mieghu. Zgur li mitt hsieb ghadda minn mohh it-tnejn. Zgur ukoll li la Frangisk ma seta' jaghti rigal ikbar lill-marid, u lanqas il-marid ma seta' jkun ferhan izjed minn dakinhar; ghax iltaqa' ma minn ihobbu, ma minn iridlu l-gdid; issa mhux izjed wahdu, imkecci u mcahhad mill-familja, ghax sab min jilqghu u jghinu. L-esperjenza li garrab Frangisk man-nies bil-gdiem u b'mard ta' kull xorta, nisslet fih imhabba lejn Kristu msalleb, li wasslitu mhux biss biex jghin lill-fqir, marid u batut, izda wkoll fl-ahhar igarrab hu stess it-tbatija tal-marki tal-passjoni ta' l-Imghallem Divin. Imhabba bil-fatti.
Illum id-dinja u ahna li nghixu fiha ninsabu mifrudin ghax ma naqblux u mohhna biex naqbdu f'xulxin. Qed nghixu b' girja kontra xulxin, min jisboq wiehed lill-iehor bi hsara ghal xulxin; mhux hiss, se naslu nisfidaw in-natura bil-ligi taghha. B'hekk f'din l-atmosfera ta' hajja tikber il-mibeghda, il-vandalizmu, il-qerq, it-tensjoni politika u s-serq. Dan wassalna biex niksru kull xorta ta' ligi - ta' Alla, tan-natura u tas-socjetà, bl-iskuza "ghax hekk hemm bzonn", u spicca wkoll is-sens tad-dnub: ksur tal-ligi. X'gara b'daqshekk? Tlifna l-paci m'Alla u man-natura, tlifna l-ferh ta' qalbna, tlifna l-ghaqda ta' bejnietna, tlifna l-imhabba lejn xulxin. L-annimali saru jbezzghuna, mela noqtluhom ghax jistghu jiehu postna, il-bahar li jitmaghna sar iwerwirna, ix-xita li tkabbrilna l-frott iddejjaqna. Hadd ma jafda lil hadd. Nitkellmu, izda lesti dejjem bl-armi ghal dak li jinqala.
Mhux bizzejjed il-ftehim fuq il-karti u bil-kliem nitolbu "gustizzja, paci u harsien tad-drittiiet umani".
X'ghamel Frangisk ghas-socjietà ta' zmienu? Kienu zminijiet bhal taghna, bhalma kienu fir-Rabta l-Qadima, minn wara l-ewwel telfa ta' dak li kien sabih, qaddis u tajjeb, b'differenza bhalma jghidu, fliexken qodma b'tikketta gdida: ghax illum il-hazen ghandu ismijiet godda u izjed mezzi biex jifrex hzunitu.
Meta bdew gejjin xi nies jitolbu lil Frangisk biex jinghaqdu mieghu u jghixu bhalu, hu ppropona stil ta' hajja fuq il-mudell naturali tal-familja biex dawk li jkunu telqu l-familja karnali jsibu l-familja spiritwali. L-atmosfera riedha tkun ta' ahwa u jsejhu lil xulxin b'dan l-isem: ir-relazzjoni ta' bejniethom rieda tkun tixbah lil dik ta' l-omm lejn uliedha. Frangisku ried li l-komunità tieghu tkun mibnija fuq it-tahlita tal-valuri umani u spiritwali biex f'din it-tahlita dawk li jhaddnu dik l-ghaqda jistghu jghixu hajja socjalment attiva, fl-istess hin b'doza qaddisa ghall-appostolat lejn huthom fil-bzonn. Minn hawn hareg id-dinamizmu tal-hajja Frangiskana fid-dinja (mhux tad-dinja) u ghad-dinja.
Kemm fil-kitbiet kif ukoll fil-hajja tieghu ta' kuljum Frangisk kellu stima specjali lejn il-morda specjalment bil-gdiem u lejn il-qassisin. It-tnejn kienu jfakkruh fi Kristu; kull meta kien irid ikejjel imhabbtu lejn il-Hallieq, kien ifittex jersaq lejhom: il-marid: Kristu batut minhabba fih; il-qassis: jaghtih Gisem u Demm Kristu.
Frangisk gera sa l-ibghad artijiet biex ixandar il-Vangelu u l-imhabba: wasal sa l-Art Imqaddsa u rnexxielu jidher quddiem is-Sultan Mislem, li b'ghageb ta' kulhadd tkellmu daqs l-ikbar zewgt ihbieb. L-argument kien wiehed: Alla hu Hallieq ta' kulhadd; nahdmu ghall-paci. Is-Sultan fehem jiggieled bl-armi: Frangisku ried l-ghaqda, il-hniena u l-imhabba, bhas-Samaritan it-Tajjeb.
Frangisk kien jammetti li kien illitterat. Dan ifisser, però li ma kienx lahaq dik l-edukazzjoni gholja minn taht idejn il-monaci ta' zmienu. Kellu esperjenza sekulari tal-hajja, u religjon poplari. Mnejn mela dik il-qalb tad-deheb? Il-bidu kien minn dak li xorob minghand ommu, mara ta' fama qaddisa. Mas-snin kompla jelabora u jizviluppa l-karattru tieghu. Zewg ghejjun li minnhom xorob u ssahhah kienu l-Ewkaristija u l-Madonna.
Fil-Quddiesa u t-talb tal-Liturgija tas-Sighat, Frangisk kien jara l-formazzjoni kontinwa ta' l-edikazzjoni nisranija. Fil-priedki tieghu u fil-kitbiet kien jinsisti li l-hajja taghna nisranija hi process u zvilupp tat-toghma ta' l-mhabba t'Alla ghalina. Ta' spiss kien itenni: "Min inti, int... min jiena jien...?"
Ta sikwit kien jghaddi ljieli jfahhar lill-Vergni Marija ghax kienet hi li tatna lil Gesù bhala huna, li gibitilna l-mahfra u l-imhabba minghand il-Hallieq. Kien jghid lil hutu patrijiet: "Ahna wkoll nistgghu nkunu bhal Marija: Ommijiet ta' Gesù, ghax ahna nnisslu f'qalbna lil Kristu, u naghtuh twelid bl-ghemejjel ta' mhabba lil hutna". Mibni u armat tajjeb b'din il-formazzjoni, ghalkemm f'sahhtu kien dghajjef, Frangisk gera minn belt ghall-ohra, f'kull qasam tas-socjetà biex ifejjaq il-pjaga tal-ghira, mibeghda u vandalizmu; beda jghallem lin-nies kif igibu ruhhom bid-drittijiet umani lejn xulxin. Dan kien jaghmlu bejn l-awtorità civili u ekklezjastika; fil-glied bejn is-sinjuri fewdali u dawk ta' tahthom, u meta l-haddiema kienu jitlewmu bejniethom sat-tixrid tad-demm.
Il-qofol ta' l-edukazzjoni tal-qalb fi Frangisk kienet l-ubbidjenza. Kif halla miktub fir-Regola: ubbidjenza lejn il-Papa, (il-Knisja) bl-awtorità u t-taghlim tieghu. Obda wkoll lill-awtorità civili.
L-istorici ta' kull zmien jaraw fi Frangisk il-bniedem li gab bidla kbira socjali-kulturali fid-dinja. Hadem biex inissel fin-nies spirtu genwin uman - il-bzonn ta' xulxin, li minnu johorgu l-hniena, il-mahfra u l-karità. Dan kien il-messagg li ha mill-Vangelu jew ahjar, il-kmandament ta' l-Imghallem imhabba ta' l-ahwa. Ic-Celano kiteb: "Dan ragel gdid, mibghut mis-sema ghalina; kull min resaq lejh staghgeb b'ghemilu".
Nafu u nemmnu li s-socjetà taghna ghandha bzonn bidla kbira wkoll. Minghajr Alla u l-harsien tal-ligi tieghu ma tistax issir bidla tajba.
Ahna meta se nibdew nghozzu mhux it-tibna jew il-huxlief, izda l-qamh u l-frott? Ghax, kos, qed naghtu wisq kas ta' l-ambjent li hu gebla, hamrija, sa nintilfu f'tilwim bejnietna ta' min tghaddi.
Mhux ahjar noffru l-ghaqal, l-energija u flusna biex nahdmu ghall-ambejt - edukazzjoni tal-qalb l-ewwel u fuq kollox? Minbarra li hu dmir taghna (kull wiehed f'postu), dan hu l-ikbar wirt lil uliedna. Imbaghad nistghu nitkellmu fuq l-ambejt - in-natura ta' madwarna, b'rizultat ta' titjib. Jekk le, ghalxejn inhambqu u l-energija tal-forzi kollha taghna ttir mar-rih bla ma thalli sinjal ta' tisqija.
Ghaddew tmien mitt sena u lehen Frangisk ghadu jidwi fostna: "Jien ghamilt sehmi. int x'qed taghmel? Jalla Kristu jurik is-sehem tieghek u taghmlu".
B'hekk biss nistghu nirrangaw u ntejbu d-dinja taghna. Dan l-artiklu deher f'il-Mument 2, tat-2 ta' Ottubru 1994, fil-parti ta' Twemmin, pagni 12-13 Assisi 6.7.2003 |
Ghaddew tmien mitt sena u lehen Frangisk ghadu jidwi fostna: "Jien ghamilt sehmi. int x'qed taghmel? Jalla Kristu jurik is-sehem tieghek u taghmlu".
B'hekk biss nistghu nirrangaw u ntejbu d-dinja taghna.
|
|