Santwarji Frangiskani

 

 

◄◄|werrej|►►


Piazza del Comune


 

Il-Piazza del Comune hija fil-qalbha tal-Belt ta’ Assisi.  Din il-pjazza kienet ic-centru ta’ l-attivitajiet kollha tal-belt fi zmien Frangisku.  Mill-pjazza kien hemm  u ghad hemm ghadd ta’ toroq li jaghtu ghall-bibien differenti tal-belt.

 

Il-pjazza hija mdawwra b’bini u palazzi medjevali. Hemm il-Palazzo Comunale u l-Palazzo Bonacquisti, li aktar tard gew maghqudin flimkien permezz ta’ hnejja maghrufa bhala Arco dei Priori jew Volta Pinta.  Hemm ukoll il-Palazzo dei Priori, minn fejn mill–ufficcju tas-sular ta’ fuq ta' dan il-palazz, il-Prijuri flimkien mal Podestà kienu jiggvernaw il-belt. Fuq dan il-bini kollu hemm jiddomina t-Torre del Popolo u t-Tempio di Minerva

 

Skond it-tradizzjoni t-Tempio della Minerva kien tempju iddedikat lil Minerva li kienet alla mara. Dan it-tempju ruman kien inbena fil-bidu ta’ l-ewwel seklu qabel Kristu.  Fiz-zminijiet tan-nofs dan it-tempju ghadda f’idejn il-monaci ta’ San Benedittu tas-Subasio, li bidluh fi knisja ddedikata lil San Donato.  F’1212 fi zmien San Frangisk it-tempju gie moghti lil Comune mill-Abbati Maccabeo. Fl-1456 it-tempju rega` beda jintuza bhala post tal-qima u fl-1539 gie iddedikat lil Santa Maria della Minerva. Il-faccata ta’ dan it-tempju ghandha sitt kolonni ta’ stil korinzju. F’wiehed mill-kwadri tac-ciklu ta’ affreski dwar il-Qaddis ta’ Assisi impittra min Giotto li hemm fil-Bazilka ta’ fuq ta’ San Frangisk, il-pittur halla ritratt ta’ dan it-tempju.  Illum il-knisja jiehdu hsiebha l-Patrijiet tat-Terz Ordni Regolari (TOR).

 

Fil-genb tat-Temju hemm it-Torre del Popolo.  Huwa torri li jiddomina il-misrah, gholi 47 metru maqsum fi tlett partijiet mibni f’nofs is-seklu XIII. F’dan it-torri kien joqghod il-Capitano del Popolo.  Fit-torri hemm qampiena li ggib id-data 1274.  Fl-1926 ghall-okkazjoni tas-700 sena mill-mewt ta’ San Frangisk fil-prezenza tar-Re Vittorio Emanuele III tqieghdet il-Campana delle Laudi fil-kamra tal-qniepen bil-kitba li thalliet jinghad li filghodu u filghaxija, fix-xitwa u fis-sajf din il-qampiena ddoqq biex tfahhar 'il Alla.

 

Fin-naha l-ohra tal-pjazza hemm l-Fonte di Piazza.  Din il-funtana kienet ga` hemm fl-1303.  Inbniet mill-gdid fl-1467 u fl-1762 sar xi tibdil mill-gdid fuqha.  Dan l-ahhar giet restawrata u mnaddfa.

 

 

Il-Piazza del Comune

hija fil-qalbha

tal-Belt ta’ Assisi. 

Din il-pjazza

kienet ic-centru

ta’ l-attivitajiet kollha tal-belt

fi zmien

Frangisku. 

 

Mill-pjazza kien hemm  u ghad hemm ghadd ta’ toroq li jaghtu ghall-bibien differenti tal-belt.