Santwarji Frangiskani

 

 

◄◄|werrej|►►


Casa di Bernardo di Quintavalle


 

F’wahda mit-toroq in-naha t’isfel ta’ Assisi hija msemmija Via Bernadro da Quintavalle.  F’numru 11 ta’ din it-triq hemm dar li jinghad li kienet ta’ Bernardo, l-ewwel wiehed minn fost iz-zghazagh ta' Assisi li nghaqad ma’ Frangisku.

 

Fuq il-faccata tal-bieb tad-dar hemm lapida ta’ rham bil-kitba bil-latin li tghid: “Hawn il-beatu Bernardo da Quintavalle stieden lil San Frangisk ghall-ikla ta’ filghaxija  u biex jghaddi l-lejl. Matul il-lejl Bernardo ra lil Frangisku mitluf f’estasi ta’ talb”.

 

Din id-dar illum hija proprjetà privata.  Il-kamra fejn jinghad li Frangisku kien mitluf f’estasi giet midbula f’Kappella.

 

Il-moviment Frangiskan jaf il-bidu tieghu f’dan il-post umli, li serva ta’ ospitalità generuza ta’ dan iz-zaghzugh.  L-ghada tal-lejl li ghadda ma’ Frangisku Bernardo wera' x-xewqa li jissieheb fil-mixja tieghu wara Kristu fil-faqar u l-bniedem ta' Alla hadu fil-knisja ta' san Nicolò biex jara l-Mulej x'kellu xi jghid fil-Vangelu.

 

 

 

“Hawn il-beatu Bernardo

da Quintavalle stieden lil San Frangisk ghall-ikla ta’ filghaxija

u biex jghaddi

l-lejl.

Matul il-lejl Bernardo ra

lil Frangisku

mitluf f’estasi

ta’ talb”.