Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Barka moghtija lil Fra Bernard


 

Bernard ta’ Quintavalle kien meqjus min Frangisku bhala "l-ewwel iben tieghu". Kien l-ewwel wiehed li wera x-xewqa li jissieheb ma' Frangisk. Wara li qassam gidu kollu lill-foqra, ghex il-Vangelu u baqa’ fidil lejn Frangisk u mexa mieghu minn l-ewwel zminijiet f’Rivotorto sakemm il-qaddis miet f’Santa Maria degli Angeli. Din il-barka moghtija lil Fra Bernard hija mehuda mill-kitba dwar l-ahhar mumenti ta’ Frangisku li nsibu fil-Legenda Perugina 107.

 

1. Ikteb dan hekk kif sa nghidhulek.

2. Fra Bernard kien l-ewwel fost l-ahwa li l-Mulej ghogbu jaghtini; kien l-ewwel wiehed li pogga fil-prattika u wettaq b’mod shih il-perfezzjoni tal-Vangelu mqaddes billi qassam il-gid kollu li kellu lill-foqra. 3. Minhabba f’hekk u minhabba ghadd ta’ hwejjeg ohra, jien inhossni marbut li nhobbu aktar minn kull wiehed mill-ahwa ta’ l-Ordni kollu. 4. Ghaldaqstant, kemm nista’, nixtieq u nikkmanda li, kull min ikun ministru general ha jhobb u jqim lilu daqslikieku kont jien stess. 5. U bl-istess mod il-ministri provincjali u l-ahwa kollha ta’ l-Ordni ha jistmawh bhalma kienu jistmaw lili.

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Frar 2003


Fra Bernard

 

Din il-barka moghtija lil

Fra Bernard

hija mehuda mill-kitba dwar l-ahhar mumenti ta' Frangisku

li nsibu

fil-Legenda Perugina 107.