Kitbiet ta' San Frangisk |
|
Il-Ferh Veru u Perfett Ittra ddettata
1. ...Jum minnhom waqt li kien qrib Santa Maria ta’ l-Angli, il-qaddis Frangisk sejjah lejh lil Fra Leone, u qallu: “Fra Leone, ikteb." 2. U dak wiegeb: "Hawn jien lest!" 3. "Ikteb," qallu, "il-ferh veru x'inhu?"
4. "Jekk jasal messaggier u jghidilna li l-ghalliema kollha ta’ Parigi dahlu fl-Ordni, ikteb li dan mhux il-ferh veru! 5. Jew inkella li l-Prelati kollha u l-arcisqfijiet u l-isqfijiet ’l hinn mill-muntanji, kif ukoll ir-Re ta’ Franza u r-Re ta’ l-Ingilterra (dahlu fl-Ordni). Ikteb li dan mhux il-ferh veru! 6. Ukoll jekk l-ahwa jmorru ghand l-infidili u jikkonvertuhom kollha ghall-fidi, jew li kelli tant grazzja minghand Alla li nfejjaq il-morda u naghmel hafna mirakli. Nghidlek li l-ferh veru m’huwiex f’dawn il-hwejjeg."
7. "Mela x'inhu l-ferh veru?"
8. "Dan hu: jekk meta nigu lura minn Perugia u naslu hawn fl-eqqel tal-lejl xitwi, bit-tajn u bil-ksieh li sahansitra s-silg jaghqad mat-tarf tat-tonka, b’riglejna jirtoghdu u bid-demm hiereg mill-feriti. 9. Hekk bil-ksieh, miksijin bil-tajn u s-silg, naslu hdejn il-bieb tal-kunvent u wara li nkunu habbatna u sejjahna ghal xi zmien, wiehed mill-ahwa jigi u jistaqsi: ‘Min intom?’ ‘Fra Frangisk,’ inwiegeb jien. 10. ‘Itlaq minn hawn!’ iwiegeb, ‘Dan mhux hin li toqghod tiggerra barra! Int ma tistax tidhol gewwa!’ 11. U meta ninsisti, hu jwiegeb: ‘Itlaq minn hawn! Int bniedem semplici u belhieni! Mur u ara ma jfettillekx tersaq ’l hawn! Hawn hafna minna hawn bhalek – ma ghandniex bzonnok!’ 12. U jien nieqaf mill-gdid fil-bieb u nghidlu: ‘Ghall-imhabba ta’ Alla, dahhalni imqar ghal lejl!’ U hu jwiegeb: ‘Le ma ndahhlekx! Mur ghand il-Kruciferi (= dawk li jgorru is-salib) u itlob lilhom!’
15 "Nghidlek kieku jkolli s-sabar u ma ninkwetax, il-veru ferh, kif ukoll il-vera virtù u s-salvazzjoni ta’ ruhi, jinsabu f’dan".
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Frar 2003 |
Din il-kitba tirrifletti bis-semplicita` il-profondita' ta' l-ispiritwalita' ta' Frangisku li mhux mibni fuq sentimenti imma fuq ic-cahda kif talab Gesu` minn dawk li xtaqu jimxu warajh. Il-ferh veru huwa marbut mat-tbatija.
.
|