Kitbiet ta' San Frangisk |
|
|
Kitba lil Santa Klara dwar is-sawm
Fit-tielet ittra taghha lil Sant’Anjeze ta’ Praga, Santa Klara ssemmi l-ittra li kitbilha Frangisku dwar is-sawm.
1. Dwar il-mistoqsija li ghamiltli, nahseb li nista’ nghidlek dan: staqsejtni dwar liema festi specjali l-Missier l-aktar glorjuz taghna San Frangisk heggigna biex niccelebraw b’mod specjali billi nbiddlu xi haga fl-ikel, festa li dwarha, nemmen li int ga ghandek hjiel, madanakollu nipprova nwiegbek bl-imhabba.
2. Fil-prudenza tieghek ghandek tkun taf li, barra dawk li huma dghajfa u l-morda, li ghalihom San Frangisk tana l-parir u heggigna li nuruhom kull kura fejn jidhol l-ikel, hadd minna li ahna qawwijin u f’sahhitna, ma ghandna nieklu xejn aktar hlief l-ikel tar-Randan, kemm matul il-gimgha u kemm fil-festi.
3. Ghaldaqstant ahna msejha li nsumu kull jum barra l-Hdud u fil-Milied tal-Mulej, li matulhom nistghu nieklu darbtejn. U kull nhar ta’ Hamis kull wahda minna tista’ taghmel kif tixtieq, b’mod li dik li ma tkunx tixtieq issum tista’ ma ssumx. 4. Madanakollu ahna li ahna f’sahhitna ghandna nsumu kuljum barra l-Hdud u fil-Milied.
5. Matul il-Gimgha kollha tal-Ghid il-Kbir, izda, kif tghidilna l-kitba ta’ San Frangisk, u fil-festi ta’ l-Imqaddsa Marija u l-qaddisin Appostli, ma ahniex obligati li nsumu, sakemm dawn il-festi ma jahbtux il-Gimgha. 6. U bhalma ghidt qabel, ahna li ahna qawwijin u f’sahhitna nieklu dejjem bhalma nieklu fir-Randan.
Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv Assisi: Frar 2003 |
Fit-tielet ittra ta' Klara lil Santa Anjeze issemmi l-ittra li kitbilha Frangisku dwar is-sawm.
|