Santwarji Frangiskani

 

 

◄◄|werrej|►►


San Nicolò


 

Kien f’din il-Knisja ta’ San Nicolò li fl-1209 sehh l-episodju meta Frangisku flimkien ma’ Bernado di Quintavalle u Pietro Cattani marru biex jikkonsultaw il-Vangelu.  Dawn iz-zewg zghazagh xtaqu jsegwu lil Frangisku, izda l-Qaddis hadhom mieghu f’din il-Knisja li kienet fil-genb tal-Pjazza tal-Belt. 

 

Wara li talbu lil Alla jurihom ir-rieda tieghu, Frangisku fetah il-Vangelu bi spirtu ta’ talb ghal tliet darbiet. L-ewwel darba waqghu taht ghajnejh il-kliem: “Jekk trid tkun perfett, mur u biegh kull ma ghandek u qassam kollox lil foqra” (Mt 19:21).  Frangisaku fetah il-ktieb tal-Vangelu darbtejn ohra ghall-unur tat-Trinita’, it-tieni darba sab il-kliem: “Tiehdu xejn maghkom ghal vjagg” (Lq 9:3).  U t-tielet darba: “Jekk xi hadd irid jigi warajja, ghandu jichad lilu innifsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja” (Lq 9:23).  Dak il-hin Frangisku kollu ferhan li Alla kien uriehom ir-rieda tieghu qall lil shabu: “L-ahwa din hija l-hajja u r-regola taghna u ta’ dawk kollha li jixtiequ jinghaqdu maghna!”

 

Il-knisja ta' san Nicolò inbniet qrib is-sena 1000 fil-Piazza del Comune, fejn kienu jsiru l-attivitajiet principali tal-belt  Skond Fortini l-merkanti kellhom qima partikulari lejn San Nikolò, u hu ghalhekk li din il-knisja inbniet fil-Mercato. Hemm dokumenti li jghidu li din il-knisja kienet ga mibnija fl-1097 u nafu wkoll li minn 1227 saret parrocca. Mill-knisja li ra San Frangisk, u li kienet qrib hafna tad-dar tal-familja Bernardone, kull ma fadal illum hi l-kripta romanika, fejn hemm muzew ta' fdalijiet tal-perjodu Ruman li qed isservi bhala Museo Civico. Fil-post tal-knisja illum hemm l-ufficcju tal-posta ta' Assisi fi Piazza del Comune. Mal-genb ta' dan il-bini hemm kappella ckejkna mibnija fl-1927, li fiha hemm pittura tas-seklu XIV ta' l-iskola ta' Simone Martini, maghrufa bhala Madonna del popolo, li darba kienet fuq il-faccata ta' San Nicolò. Ma nafu kwazi xejn dwar is-sieheb l-iehor, li l-L3C jghidu li kien jismu Pietro. Certament mhuwiex Pietro, il-kanonku ta' San Rufino. Hu probabbli li l-evangeljarju li ikkonsultaw Frangisku u Bernardo ghadu jezisti fil-Walters Art Gallery ta' Baltimore, USA. Il-ktieb fil-fatt hu missal datat ghal tmiem is-seklu XII, li fih is-siltiet kollha ta' l-Evangelji tal-quddies. Il-ktieb hu iddedikat lil San Rufino (mela gej minn Assisi) u jinghad li sar ghall-knisja ta' San Nicolò minn certu Girardo di Ugone, li Fortini sab dokumenti li jixhdu ghall-ezistenza tieghu u tal-familja tieghu. Hu datat wara l-1172, ghax fih il-festa ta' S. Thomas Becket, li gie kanonizzat f'dik is-sena, u qabel l-1228, ghax ma jissemmiex fih San Frangisk, li gie kanonizzat f'dik is-sena. Il-knisja ta' S. Nicolò seta' kollha biss dan il-missal-evangeljarju, ghax il-pergamena kienet tiswa hafna u l-knisja kienet zghira.

 

 



Zewg zghazagh

xtaqu jsegwu lil Frangisku, izda

l-Qaddis hadhom mieghu f’din

il-Knisja

ta' san Nicolo'

fil-genb

tal-Pjazza

tal-Belt.  Wara

li talbu lil Alla jurihom ir-rieda tieghu, Frangisku fetah il-Vangelu bi spirtu ta’ talb ghal tliet darbiet..