Santwarji Frangiskani

 

 

◄◄|werrej|►►


San Pietro


 

Il-knisja ta’ San Pietro bla dubbju hija wahda fost l-isbah knejjes ta’ Assisi.  Din il-knisja ddedikata lil San Pietru princep ta’ l-appostli, inbiet fuq stil romaniku lejn l-1029 mill-monaci ta’ San Benedittu.   

 

Nafu li fi zmien Frangisku din il-knisja kienet tinsab barra l-hitan tal-belt.  Frangisku kellu ghozza speciali lejn San Pietru tant li fil-bidunett meta kien qed ifittex x’kien jrid minnu l-Mulej mar bhala pellegrin fuq il-qabar tal-qaddis f’Ruma.

 

Il-faccata tal-knisja hija maqsuma f’zewg partijiet b’ghadd ta’ arkati ckejkna.  Fil-parti t’isfel hemm bieb centrali mzejjen b’zewg iljuni wiehed fuq kull naha.  Fil-gnub hemm zewg bibien ohra ckejkna.  Tispikka fil-parti ta’ fuq hemm tlett twieqi tondi kbar u sbieh, dik tan-nofs fiha zewg crieki ta’ kolonni zghar.

 

Fuq gewwa l-knisja ghanda tlett navati, tnejn fil-gnub u iehor fin-nofs. Din ta’ l-ahhar ghandha is-saqaf jistrieh fuq travi ta’ l-injam iserrhu fuq arkati kbar gejjin bil-ponta.  Fit-tarf tan-novata kemm il-presbiterju li titla` ghalih minn hames targiet.  Taht dan il-presbiterju hemm kripta fi stil monastiku, li tinzel ghaliha mill-genb. Fuq il-presbiterju hemm koppla maghmula minn wiehed u tletin filata bi crieku wiehed izghar mill-iehor. Taht l-altar maggur hemm midfun il-gisem ta’ San Vittorino, it-tielet isqof ta’ Assisi, martri tat-III seklu.

 

 


San Pietro

Frangisku kellu ghozza speciali lejn San Pietru tant li fil-bidunett meta kien qed ifittex x’kien jrid minnu l-Mulej mar bhala pellegrin

fuq il-qabar

tal-qaddis

f’Ruma.