Santwarji Frangiskani

 

 

◄◄|werrej|►►


Santo Stefano


 

Il-Knisja ta’ Santo Stefano hija ckejkna li l-ghera taghha tghin lil dak li jkun biex jingabar u jitlob.  Hija binja tas-seklu XII semplici b’navata wahda u b’apisde nofs tond fil-fond taghha.

 

Hija mizmuma tajjeb u bhal dubbju hija ezempju ta’ l-arkitettura sagra ta’ zmien San Frangisk.  Il-knisja hija mibnija bil-gebel tipiku roza maqtuha mill-Monte Subasio. Il-faccata semplici ghandha bieb wiehed. Fuq il-bieb kien hemm tieqa li aktar tard giet maghluqa biex minflokha jsir affresk, li illum hadd ma jaf fejn spicca.  In-navata hija msaqqfa bi travi ta’ l-injam u b’erba hnejjiet.  Il-presebiterju ghadu miksi bil-gebel originali.  Fil-genb ta’ l-altar hemm affresk il-gmiel tieghu tal-Madonna bil-Bambin f’idejha u b’San Frangisk u San Stiefnu fuq kull naha.  Fuq il-hajt ghad fadal parti minn affresk iehor li juru lil Gesu` msallab.

 

Fuq barra in-naha ta’ wara tal-knisja hemm kampnar ckejken b’zewg hnejjiet u b’zewg qniepen.  Skond tradizzjoni antika dawn il-qniepen hekk kif miet San Frangisk fil-lejl tat-3 ta’ Ottubru 1226 qabdu jdoqqu bla hadd ma misshom.   

 

Illum din il-knisja ta’ Santo Stefano juzawha hafna koppji zghazagh biex fiha jwieghdu imhabbithom lejn xulxin fis-Sagrament taz-Zwieg. 

 

Santo Stefano

 

Il-Knisja ta’

Santo Stefano 

hija ezempju

ta’ l-arkitettura

sagra

ta’ zmien

San Frangisk

Ic-cokon

u l-ghera taghha

tghin lil dak

li jkun biex jingabar