Santwarji Frangiskani |
|
|
San Giorgio
Din il-knisja ddedikata lil qaddis San Gorg, fi zmien San Frangisk kienet tinsab barra mill-hitan tal-belt. Magenb il-knisja li nbniet lejn is-sena 1111, kien hemm skola mmexxija mill-kanonci tal-Kattidral ta’ San Rufino.
Hawn it-tfajjel Frangisku kien imur jitghallem jikteb u jaqra. F’din il-knisja aktar tard Frangisku kien imur ixandar il-Kelma tal-Vangelu.
Il-Hadd 4 ta’ Ottubru 1226, il-gisem mejjet tal-qaddis ingieb minn Santa Maria degli Angeli biex jindifen f’din il-knisja. Kien f’dan il-knisja wkoll li Frangisk gie ddikkjarat qaddis mill-Papa Girgor IX fis-16 ta’ Lulju 1228. Il-fdalijiet tal-qaddis dam f’din il-knisja ghal kwazi erba` snin sakemm tlestiet il-Bazilka dedikata ghalih fuq in-naha l-ohra tal-belt ta’ Assisi. It-trasferiment tal-gisem ta’ San Frangisk mill-knisja ta’ San Giorgio ghall-Bazilka l-gdida sar nhar il-25 ta’ Mejju 1230.
Wara il-mewt ta’ Chiara il-gisem taghha minn San Damiano ingieb hawn fil-Knisja ta’ San Giorgio. Is-sorijiet li ma xtaqux jinfirdu mill-Omm taghhom ghalhekk bi ftehim ma’ l-isqof hallew il-monastru ta’ San Damiano u gew jghixu fejn il-knisja ta’ San Giorgio qrib il-gisem ta’ Santa Chiara. |
|
4 ta’ Ottubru 1226, il-gisem mejjet tal-qaddis ingieb minn Santa Maria degli Angeli biex jindifen f’din il-knisja. Kien f’dan il-knisja wkoll li Frangisk gie ddikkjarat qaddis mill-Papa Girgor IX fis-16 ta’ Lulju
1228.
|