Santwarji Frangiskani

 

 

◄◄|werrej|►►


Santa Maria Maggiore

Vescovado


 

Skond il-leggenda l-ewwel kattidral ta’ Assisi kien imwaqqaf fis-seklu IV minn San Savino, it-tieni isqof ta' Assisi propju biswit il-hitan tal-belt sewwa sew fuq il-post fejn kien hemm tempju pagan.  Din il-knisja ddedika lil Santa Marija insibuha misemmija f’xi documenti li jmorru lura lejn is-sena 953.  Il-knisja originali kienet iggarrfet fi hruq li sar u nbiet mill-gdid fil-1212.  Ghalkemm it-titlu ta’ kattidral kien moghti lil Knisja ta’ San Rufino, s-sede ta’ l-isqof,  il-Vescovado, baqa` xorta hajt ma' hajt ma’ din il-knisja. Fuq wahda mill-hnejjiet hemm kitba li tmur lura ghas-sena 1216 li fiha hemm miktub l-ismijiet ta’ l-isqof Gwido u dak ta’ Frangisku. 

 

Il-Knisja ghandha faccata semplici b’tieqa tonda (rozun)bi tmien kolonni forma ta’ raggi.  Minn gewwa ghandha tlett navati mifrudin minn xulxin permezz ta’ hnejjiet li matul is-sekli XIV u XV kienu kwazi kollha miksija b’affreski.  dawn garrbu hsarat kbar bit-terrimot fl-1832, li hezzez il-belt ta’ Assisi. Illum baqa` biss xi ftit fdalijiet ta’ dawn l-affreski ‘l hawn u ‘l hinn fosthom dik tal-Pieta`.  Taht il-presbiterju hemm kripta u tahtha hemm xi fdalijiet ta’ dar rumana.  Wara l-altar hemm salib tas-seklu XVII.  Minn barra fuq ix-xelluq hemm wieqaf kampnar bi tlett staffi u b’zewg hnejjiet fuq kull faccata fil-patri ta’ fuq.

 

Biswit il-knisja hemm il-Vescovado, l-palazz ta’ l-isqof. Marbut ma' dan il-post insibu il-famuz episodju meta Frangisk quddiem l-Isqof Guido u l-folla migbura neza` hwejjgu u tahom lura lil missieru.  “S’issa sejjaht lilek Pietro di Bernardone b’missieri fuq din l-art, imma minn issa ‘l quddiem nista` nghidbil-liberta' "Missierna li inti f’smewwiet" ghax fih qeghidt it-tezor kollu tieghi.” 

Kien f’dan il-palazz tal-isqof li Frangisku qatta` l-ahhar jiem ta' hajtu marid qabel ma talab biex jittiehed fil-Knisja ta’ Santa Maria degli Angeli biex imut hemmhekk. 

 

Santa

Maria MaggioreIz-

 

Marbut ma'

dan il-post

insibu il-famuz episodju

meta Frangisk

neza` hwejjgu quddiem

l-Isqof Guido

u l-folla migbura

u tahom lura

lil missieru.