Santwarji Frangiskani |
|
|
Chiesa Nuova
Mill-pjazza principali tal-belt malli tghaddi minn taht il-hnejja fuq ix-xelluq issib misrah ckejken li fih hemm il-Chiesa Nuova.
Din hija Knisja mibnija qrib ta’ fejn kien hemm id-dar ta’ San Frangisk. Bdiet tinbena fl-1615 bil-generozita ta’ Filippu III ta’ Spanja u tlestiet fl-1691. Kienu jiehdu hsiebha il-Partijiet Minuri Osservanti.
Hija knisja b’stil rinnaxximentali b’forma ottagonali u bil-koppla. Minn gewwa il-knisja fiha ghadd ta’ kappelli ckejkna ddedikati lil Kurcifiss, lil San Bernardino, lil Sant’Antnin u lil Immacolata. Fuq l-altar hemm kwadru ta’ Cesare Sermei li juri il-holma li kellu Frangisku meta ra id-dar ta’ missieru mibdula f’palazz kollu armi.
Fil-misrah ta’ quddiem il-Knisja fl-1984 tqieghdu zewg statwi tal-bronz xoghol ta’ Roberto Jappolo, li juru il-figuri ta’ Pietro di bernardone u Madonna Pica, l-genituri ta’ Frangisku.
Inghad u nkiteb hafna li din kienet id-dar awtentika ta’ Missier Frangisku, pero` l-istudju aktar oggettiv li sar fuq id-dokumenti antiki juri xorta ohra.
|
|
Chiesa Nuova.
Din hija Knisja mibnija qrib ta’ fejn kien hemm id-dar ta’ San Frangisk. |