San Frangisk  - artikli  

 

<<|werrej|>>


San Frangisk

l-ewwel fost l-istigmatizzati


Traduzzjoni ghall-Malti minn Francesco Pio Attard


L-Impressjoni ta’ l-Istigmati

Sentejn qabel mewtu, f’Awwissu ta’ l-1224,[1] Frangisku rtira fuq il-Muntanja tal-Verna, fil-kumpanija ta’ ftit hbieb ta’ gewwa biex jingabar fis-solitudni u l-penitenza; l-iskop tieghu kien li jipprepara ruhu ghall-festa ta’ san Mikiel arkanglu nhar id-29 ta’ Settembru b’erbghin jum (randan) ta’ sawm u talb, li huwa filfatt beda nhar il-15 ta’ Awwissu, sollennità ta’ Sidtna Marija Assunta.

 

         Waqt li kien jitlob, aktarx maz-zernieq tal-festa ta’ l-Ezaltazzjoni tas-Salib, wara li kien ghemel kwazi l-lejl kollu mqajjem, kellu dehra ta’ hlejqa celestjali.  Fil-gholi quddiemu deher jimrah fl-arja bl-isplendur kollu tieghu, ragel f’forma ta’ Serafin, b’sitt igwienah u b’idejh u saqajh imsammrin mas-salib: il-passjoni ta’ l-imhabba u tas-sofferenza kienu thalltu ma’ xulxin.

 

         Ir-ruh tal-Qaddis, kif kitbu il-bijografi tieghu Tommaso u Bonaventura minn dak li l-Qaddis innifsu kien tarraf lil shabu b’mod specjali fra Leone u fra Rufino, f’dak il-hin imtliet b’ferh ineffabli u b’ugigh li ma jitfissirx bil-kliem: kellu quddiem ghajnejh il-beatitudni tal-genna u t-tifkira iebsa tal-Passjoni.  F’isem l-imhabba Frangisku kien se jaghmel tieghu dawk l-istess tbatijiet horox ta’ Kristu.  Infatti, meta gie f’sensieh, wara li ghebet il-vizjoni smewwija, wara kollokju sigriet bejn il-Qaddis u s-Serafin, Frangisku seta’ jinnota li f’idejh, f’saqajh u fil-kustat tieghu kellu stampati l-marki tal-krucifissjoni ta’ Kristu.

 

Il-Forma

Il-partikolaritajiet fizici, imfissra l-ewwel minn Tommaso di Celano u aktar tard minn Bonaventura di Bagnoregio, huma tant cari u fihom infushom xhieda hajja, li ma ghandhom bzonn l-ebda kumment.[2] Wara l-mewt tal-Qaddis, il-gisem mejjet tieghu gie espost ghall-qima tal-patrijiet u ta’ numru kbir ta’ devoti.[3] 

 

Xhieda li raw b’ghajnejhom

Kif setghu Tommaso di Celano u Bonaventura da Bognoregio ikunu daqshekk precizi fid-deskrizzjoni tahghom?  Semplici: xi persuni li ghexu fiz-zmien li ghex fih il-Qaddis, u fuq kollox mijiet wara mewtu, setghu jaraw mill-qrib, imissu, ibusu dawk il-feriti.

 

Dment li l-Qaddis kien ghadu haj ma kienx facli li tikkontempla l-pjagi tieghu: il-ferita ta’ sidru kienet ovvjament mghottija bit-tonka u ghalhekk xi habib tal-qalb biss, bhal fra Elia, seta’ jaraha, anki jekk l-ohrajn, kienu ssusspettaw aktar minn darba l-ezistenza tal-pjaga.  Il-feriti ta’ l-idejn u s-saqajn, f’dik li hi teorija, kien aktar facli li tarahom: Frangisku, li s’issa min jaf kemm kien vjagga liebes mizerjament,  b’saqajh u jdejh mikxufin, meta rcieva l-istigmati, beda jgorr speci ta’ ngwanti f’idejh u xi kalzetti mcercrin f’saqajh.  Meta xi wiehed mis-segwaci kien ikun se jitilqu u ghalhekk kien jitolbu li jbierku u li jbuslu jdejh, il-Qaddis kien jillimita ruhu ghalli jurih ftit minn subghajh jew ghad-dritt, il-komma tal-libsa; madanakollu kienu hafna dawk li wriehomlhom, fosthom il-Papa Alessandru IV, (probabilment anki Gregorju IX), xi kardinali, u sintendi bosta patrijiet.[4]

 

Frangisku ma kellu xejn x’jahbi, ta’ misthija, ta’ stmerrija jew ta’ qerq: il-pjagi tieghu kienu privilegg u don eccezzjonali ta’ Alla!  Ghalkemm ghal min kien jaf lid-dinja kristjana dan ma kienx neccessarju, Tommaso di Celano spjega wkoll dan il-komportament tal-Fundatur tieghu.[5]  

 

Imma dak li b’ghozza kbira l-Qaddis kien fittex li jzomm mohbi f’hajtu b’umiltà u b’modestà spiritwali, gie rivelat u mahrug fil-berah - forsi anke bi kburija - ghad-dawl tax-xemx wara mewtu, mill-Vigarju successiv tieghu fra Elia, barra li dan kien miraklu li riedu Alla stess.  Mill-ghaxija tas-Sibt 3 t’Ottubru sal-bicca l-kbira tal-jum ta’ wara, il-katavru ta’ Frangisku gie espost ghall-venerazzjoni pubblika, hekk li mijiet ta’ persuni setghu jivverifikaw l-eccezjonalità ta’ dan il-fenomenu mill-vicin u minghajr l-ebda diffikulta’.[6]

 

L-origini sopranaturali

Il-Knisja tkellmet ufficjalment dwar il-karattru sopranaturali tal-pjagi ta’ san Frangisk t’Assisi, tant li awtorizzat lill-Patrijiet Frangiskani li jiccelebraw din it-tifkira bhala festa liturgika nhar is-17 ta’ Settembru, kif ghamlet xi seklu wara ghal santa Katerina ta’ Siena ta’ l-Ordni Dumnikan.

 

Jekk wiehed jaqra l-bijografiji tas-seklu XIII - ufficjali u mhux ufficjali - ma jista’ qatt jigi fid-dubju dwar in-natura ta’ l-istigmati ta’ Frangisku.

 

Ghall-Vigarju ta’ Frangisku, fra Elia, li kiteb Ittra enciklika lill-patrijiet provincajli kollha ta’ l-Ordni fl-1226, dritt wara d-difna tal-Fundatur, il-feriti tieghu “huma vermanet l-istigmati ta’ Kristu”, huma “miraklu straordinarju”, huma “meravilja” unika fl-istorja tal-Kristjanità.[7] 

 

Fra Tommaso di Celano kien l-awtur ta’ bijografija (Vita I) tal-Qaddis li hu gie nkarigat jikteb minn Papa Gregorju IX u li huwa beda jikteb immedjatament wara l-mewt ta’ Frangisku.  Meta tlestiet, din il-bijografija giet ezaminata minn Kummisjoni pontificja mwaqqfa apposta fl-1229.  Kien ukoll l-awtur tat-tieni bijografija (Vita 2) li nkitbet fl-1246/47 kif ukoll tat-Trattato dei miracoli, xoghol ta’ l-1252/53.  Ghal Tommaso di Celano il-marki li Frangisku kien igorr f’gismu huma “l-hames marki tal-Passjoni”, huma “disinn misterjuz u misteru sublimi”, huma “l-privilegg ta’ grazzja singolari”, huma “miraklu gdid u stupend”, huma fl-ahharnett “haga mirakoluza” u “ezempju uniku”. [8]

Ghal fra Bonaventura da Bagnoregio (fil-Leggenda maggiore tieghu, miktuba flok il-Hajjiet <Vite> precedenti fuq talba tal-Kapitlu generali ta’ Narbona ta’ l-1260 u mitmuma fl-1263) il-feriti ta’ Frangisku jirraprezentaw “il-marki tas-Sultan il-Kbir stampati bhal sigill fil-gisem tieghu”, “il-figura tal-Kurcifiss...... imnaqqxa fuq il-laham ta’ gismu mill-id t’Alla haj”, “privilegg straordinarju”, “miraklu li qatt ma deher bhalu”, “miraklu gdid u sabih”, “miraklu stupend u nkontestabbli”, “don hekk straordinarju”.[9]

Ghall-awtur anonimu tal-Leggenda dei tre compagni il-pjagi tal-Patrijarka Serafiku jibnu “prerogattiva stupenda ta’ privilegg eccezjonali”.

 

Ghal fra Leone - il-habib tal-qalb, is-segretarju, il-konfessur tal-Qaddis, il-persuna li aktar mill-ohrajn kollha kienet vicin tieghu u gabret il-hwejjeg l-aktar intimi tieghu, ghajn ta’ nformazzjoni ghall-bijografi l-ohrajn kollha, u li miet kwazi 50 sena wara l-Fundatur tieghu fl-1271 - Frangisku rcieva “l-impressjoni tal-pjagi ta’ Kristu”, wara li l-id tas-Sinjur lahqitu, fl-okkazjoni tal-vizjoni u l-kollokju mas-Serafin fuq il-Verna, sentejn qabel mewtu.  Dan insibuh miktub fil-parcmina qasira li kiteb.[10] 

 

Ghall-kittieba tas-seklu XIII li ma kienux jappartjenu ghad-dinja Frangiskana: Frangisku kien igorr “fil-qalb u fil-gisem il-marki tal-pjagi” tal-Kurcifiss;[11] “il-feriti fl-idejn u fis-saqajn, bid-demm igelben minnhom kontinwament, liema feriti kienu wkoll fil-gisem tas-Salvatur” kienu “meravilja straordinarja”;[12] “.....idejh u saqajh u l-kustat tieghu huma ssigilatti bil-marka tas-salib, li jixghel gewwa fih”;[13] Frangisku “kien gie mzejjen bil-pjagi tas-Salvatur”.[14]

Biex jiddefednu u jiffavorixxu l-istigmati ta’ san Frangisk, il-papiet tas-seklu XIII hargu numru ta’ Bolli godda; minn dawn, dawk ta’ Papa Gregorju IX u Alessandru IV ghandhom sinjifikat partikolari, kemm ghax kronologikament huma aktar qrib lejn il-hajja tal-Qaddis, kif ukoll ghax huma opri ta’ papiet li kienu jafuh wicc imb’wicc.

 

Madanakollu, in-novità ta’ l-avveniment mirakoluz tant xtered u thawdet anki fil-Medju Evu, li ma tistaghgibx li sa mill-bidu kien hemm persuni li poggew fid-dubju u ttantaw igibu fix-xejn il-verità ta’ l-istigmati f’san Frangisk t’Assisi, minkejja tant xhieda li kienu raw b’ghajnejhom u messew b’idejhom l-istess pjagi ta’ l-idejn.  Is-serjeta’ jew ix-xettixizmu fin-nies li kienu jghixu fi zmien il-Qaddis, minn naha jassigurawna kemm hu kredibbli dan il-fenomenu; min-naha l-ohra, gieghlu lill-patrijiet infushom u lill-Knisja biex jinvestigaw, jindagaw u jiddokumentaw dak li gara.  Ghalhekk, wara l-Ittra enciklika li fra Elia baghat lill-patrijiet wara d-difna tal-Qaddis, issegwi kollezzjoni sistematika ta’ deskrizzjonijiet u testimonjanzi, il-bicca l-kbira taghhom migbura minn diversi bijografiji miktuba fuq medda ta’ mitt sena, li kwazi kollha saret referenza ghalihom f’dan l-artiklu, fosthom ukoll ic-celebri Fioretti, il-Leggenda Perugina, il-Leggenda versificata di San Francesco ta’ Enrico d’Avranches u bosta ohrajn.

 

Tezisti l-ipotezi li tattribwixxi l-pjagi ta’ Frangisku lill-gewwieni tal-gisem b’effett ta’ tbatija kbira.  Jekk din l-ipotezi hija vera, l-imhabba tal-Qaddis lejn Kristu Kurcifiss tirrizulta bhala wahda aktar qawwija u profonda; Frangisku kien ihobb li Gesù tant intensament li daqstant intensament kien jimmedita fuq il-Passjoni, u kienet din l-imhabba meditattiva li poggiet fuq gismu il-passjoni u l-imhabba enormi li kienet qed tapprofondixxi ruhha gewwa qalbu.  Dan ifisser li t-tbatija li kien qed jesperjenza go qalbu, f’dak li hu nterjuri u morali, setghet spiccat biex esprimiet ruhha fit-tbatija tal-gisem, f’dak li hu esterjuri u fiziku.  Dan kollu, izda, huwa klinikament possibli, realizzabli jew realizzat?

Minn dan li ghidna, nistghu naccettaw b’certezza assoluta l-ewwel parti ta’ l-argument: Frangisku kien ihobb b’imhabba tal-genn u mhux tas-soltu, kemm lill-Inkarnazzjoni kif ukoll lill-Passjoni ta’ Gesù.[15]  Dan huwa facli li wiehed jurih, kif se naraw dalwaqt.  Kif ghall-Inkarnazzjoni llimita ruhu ghall-Presepju li ghamel fi Greccio -- rapprezentazzjoni ckejkna izda hajja tan-Natività, hekk ukoll ghall-Passjoni seta’ jikkuntenta ruhu billi jaghti l-hajja lil raprezentazzjoni ftit jew wisq realistika tal-Passjoni jew inkella billi jikkreja xbieha ta’ kurcifiss realistiku u doloranti ta’ l-injam, tat-terrakotta, tal-gebel, jew impittra fuq xi tila...!

 

It-tieni parti, jew l-awtogenesi (origini naturali) tal-pjagi, giet irrifjutata mix-xhieda u l-ghejjun storici mwassla lilna.  Il-parcmina ta’ fra Leone hi bizzejjed, ghax tkellimna fuq il-marki ta’ barra ta’ gisem il-Qaddis. 

 

Min-naha l-ohra, l-ipotezi li semmejna qabel, li l-imhabba ta’ Frangisku lejn is-Salib giet transmessa fuq gismu, u li ghalina tidher ftit stramba, mhix xi skoperta daqstant ricenti: araw x’tghid il-kwotazzjoni ta’ Bonaventura da Bagnoregio fil-prologu tal-ktieb tieghu Itenerarium mentis in Deum: “(Kristu) assorba lir-ruh ta’ Frangisku tant li l-mohh immanifesta ruhu fil-laham waqt li fuq gismu kien igorr il-pjagi qaddisa tal-Passjoni”.

 

Sinjifikat ta’ l-istigmati

Ghal Frangisku t’Assisi l-istigmati kienu l-konsegwenza logika tat-triq li qabad f’hajtu u l-quccata ta’ l-esperjenza mistika tieghu: li jimita lil Kristu sakemm isir jixbhu sakemm kienet tippermettilu l-persuna umana.

 

Minn meta neza’ l-ilbies patern sa meta miet gharwien fuq l-art kiesha; minn meta ghazel li jilbes l-ilbies forma ta’ salib sa meta cahad il-flus u d-dar; mid-djalogu mal-kurcifiss ta’ San Damjan sad-djalogu mas-Serafin fuq is-salib tal-Verna...., dejjem “l-aspirazzjoni l-aktar gholja tieghu, ix-xewqa l-aktar dominanti li kellu, il-volonta’ l-aktar soda kienet li josserva perfettament u dejjem l-Evangelju Mqaddes u li jimita fedelment bil-vigilanza kollha, bl-impenn kollu, bl-entuzjazmu kollu tar-ruh u tal-qalb, id-duttrina u l-ezempji tas-Sinjur taghna Gesù Kristu”.[16] 

 

Kif hallielna miktub Tommaso di Celano, tnejn kienu l-akbar temi tal-kontemplazzjoni tieghu ghax tnejn kienu l-akbar imhabbiet ta’ ruhu, “l-umiltà ta’ l-Inkarnazzjoni u l-karità tal-Passjoni; kien “stampahom tant fil-fond tal-memorja tieghu, li kien difficli hafna ghalih li jirnexxielu jahseb fi hwejjeg ohra”.[17] 

 

L-istigmati huma l-kontinwazzjoni naturali u logika ta’ mhabba mghixa fl-aqwa grad taghha, imhabba li riedet tidher b’mod l-aktar gholi, jew inkella sahansitra bl-ghotja tal-hajja nnifisha.  Infatti nafu, li Frangisku kellu xewqa kbira li jmut martri u jxerred demmu, biex ikun xhud tal-fidi u l-imhabba f’Gesù Kristu.[18]  Bonaventura, bis-sensibilità mistika kbira li kellu gabar f’kitbietu dan l-aspett partikulari u tassew interessanti: “Bniedem, jiena nghid, tassew mill-aktar qaddis, li ma tilifx hajtu taht ix-xabla tal-persekutur, izda madanakollu lanqas tilef il-palma tal-martirju!”[19], kif gara lil san Martin ta’ Tours.

 

Il-marki stampati fuq il-gisem ta’ Frangisku jissimbolizzaw sinjifikat doppju: identifikazzjoni ta’ l-imhabba ma’ Kristu, u testimonjanza - fil-Grieg “martirju” - tal-propja mhabba, u ghalhekk anke tal-propja fidi, fi Kristu.  B’dan il-mod jispjega ruhu l-fatt ta’ kif il-Qaddis, wara li rcieva l-pjagi, kellu l-hila jikkomponi kantiku ta’ tifhir lil Alla[20], espressjoni ta’ hena liema bhalha u ta’ beatitudni, bhallikieku t-tbatija fizika qatt ma kienet tezisti jew kienet ghajn ta’ ferh, u mhux ta’ dipressjoni u dwejjaq.  Minkejja dan, id-dulur fiziku kien jezisti: nafu minn ghejjun li ma kellhomx konnessjoni ma’ l-Ordni, li Frangisku, wara li rcieva l-pjagi, ma setax ipoggi aktar saqajh fl-art biex jimxi u li l-ferita tal-kustat bosta drabi kienet tnixxi d-demm.[21]  Il-ferh interjuri u s-serenità ta’ l-ispirtu ghad ikunu wiehed mid-doni li Alla ghad jaghti fis-sekli li jmiss lil tant erwieh ohra, ghalkemm stampati fl-ugigh tal-gisem.

 

U anki jekk dan il-fenomenu ta’ l-istigmati seta’ nholoq b’awtogenesi, jew b’mod naturali, ma kien jitlef l-ebda miz-zewg valuri li ghadna kemm semmejna, izda dawn kienu jkunu “gejjin” minn Frangisku, u mhux izjed minn Alla, waqt li ahna kien ikollna nobbligaw ruhna li nikkancellaw l-elementi sopranaturali prezenti f'’dan l-episodju u f'ohrajn konnessi mieghu.

 

Imma x-xjenza, nemmen li lanqas illum ma tista’ taghtina twegiba serja, dokumentata, konvincenti u li ma tistax tmeriha, fl-ebda kaz ta’ stigmatizzazzjoni, ibda minn san Frangisk u spicca fil-beatu Patri Piju tal-Pjagi.

 

Li kieku san Frangisk kien jghix fis-seklu taghna u kieku l-esperti ta’ diversi dixxiplini setghu jaraw u jezaminaw l-istigmati tal-Qaddis (kif sar fi zmienu, izda minn nies li ma kienux esperti), bi probabilità kbira jiddikjaraw ghal darba ohra dak li fl-1875 iddikjaraw it-tobba ta’ l-Akkademja tal-medicina tal-Belgju, wara xi snin ta’ studju fuq l-istigmati ta’ Louise Lateau:

 

“L-istigmatizzazzjoni u l-estasi ta’ Louise Lateau huma fatti veri, li fihom ma hemm l-ebda qerq; ix-xjenza medika ma tistax issib spjegazzjoni naturali”.

 

Imma l-fidi tista’...

 


Noti


[1] Id-dokumentazzjoni taghna hi mehuda mill-Ewwel Hajja (Vita 1) ta’ Tommaso di Celano, miktuba madwar sentejn wara l-mewt tal-Qaddis u mill-Leggenda maggiore ta’ Bonaventura ta’ Bagnoregio, li bdiet tinkiteb fl-1260 u ntemmet fl-1263.  Il-kwotazzjonijiet li hadna huma lkoll mehuda mill-Fonti Francescane, editio maior, Movimento Francescano, Assisi, 1977.

[2] Lettera di frate Elia, 5, 309; Vita I, 95, 485; Legg. magg., XIII, 3, 1226.

[3] Legg. magg., IX, 113, 517.

[4] Legg. magg., XIII, 8, 1232.

[5] Vita I, III, 96, 487.

[6] Vita I, IX 112 sgg., 515 u Legg. magg., XV, 4, 1249 sgg.

[7] Lettera enciclica, 5, 309.

[8] Vita I, I, 90, 478; XX, 119, 527; Trattato dei miracoli, II, 2, 825.

[9] Leggenda maggiore, XII, 12, 1221; XIII, 5, 1228; IX, 8, 1175; XIII, 5, 1228; XV, 1, 1246, it-tieni parti, 1, 1256; 2, 1257; 6, 1262.

[10] Parcmina ta’ fra Leone (miktuba minn Frangisku f’Settembru ta’ l-1224 u minn fra Leone hafna aktar tard, mizmuma fil-kappella tar-relikwiji tal-Bazilika ta’ Assisi): “Beatus Franciscus duobus annis ante mortem suam fecit quadragesimam in loco Alvernae ad honorem beatae Virginis, matris Dei, et beati Michaelis archangeli a festo assumptionis sanctae Mariae Virginis usque ad festum sancti Michaelis septembris.  Et facta est super eum manus Domini; post visionem at allocutionem Seraphim et impressionem stigmatum Christi in corpore suo, fecit has laudes ex alio latere cartulae scriptas et manu sua scrpsit gratias agens Deo de beneficio sibi collato”. (Opuscula Esser, pg. 92).

[11] Vita di papa Gregorio IX,  awtur anonimu, 3, 2273.

[12] Chronica, Ruggero Wendover u Matteo Paris, 2293.

[13] Cronaca di Danimarca, awtur anonimu, 2314.

[14] Passione di San Verecondo, awtur anonimu, 2251, 3.

[15] Vita I, XXX, 84, 467.

[16] Vita I, XXX, 84, 466.

[17] Vita I, XXX, 84, 467.

[18] Vita I, XX, 56, 420; Legg. magg., IX, 5, 1169, 1170 u 1171; XIII, 2, 1224.

[19] Legg. magg., IX, 9, 1175.

[20] Parcmina ta’ Fra Leone; Vita II, XX, 49, 635; Legg. magg., XI, 9, 1197.

[21] Passione di San Verecondo, xoghol anonimu tat-tieni nofs tas-seklu XIII, ikkwotata fil-Fonti Francescane, 3, 2251; Vita I, IV, 98, 490; Lettera di frate Elia, 5, 309; Vita I, 95, 485; Legg. magg., XIII, 3, 1226.

 

<<|werrej|>>

Dwar

San Frangisk u l-pjagi

ara wkoll:

 

L-Ghoti tal-Pjagi

 

Quddiesa fl-Ghoti

tal-Pjagi

 

La Verna

 

Corda Pia