Nitolbu ma' San Frangisk |
|
Quddiesa ta' San Frangisk fl-Ghoti tal-Pjagi Mqaddsa 17 ta' Settembru ■ Antifona tad-Dhul (Gal. 6, 14)
Ma jkun qatt li niftahar jekk mhux bis-salib ta' Sidna Gesù Kristu, li bih id-dinja hi msallba ghalija u jien ghad-dinja.
■ Talba tal-Bidu
NITOLBU. O Alla, int geddidt b'mod tal-ghageb is-sinjali tal-passjoni ta' Ibnek fil-gisem ta' Missierna San Frangisk biex tkebbes qlubna bl-imhabba tieghek; aghmel, ghat-talb tieghu, li nixxiebhu ma' l-istess Ibnek f'mewtu, halli hekk nissiehbu mieghu fil-qawmien. b’Ibnek Gesù Kristu Sidna li hu Alla u mieghek jghix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu ghal dejjem ta’ dejjem. Amen.
■ L-Ewwel Qari * * Fejn issir bhala SOLENNITÀ jinqraw zewg lezzjonijiet, meta issir bhala FESTA jinqara bissi t-tieni qari
Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak (50:1,3-7)
Dan hu dak li f’hajtu rifed it-tempju u fi zmienu rifed id-dar t’Alla. Fi zmienu nfethu bjar ta’ l-ilma u faru qishom bahar. Ha hsieb gensu u helsu mill-qerda; Kabbar il-belt u sahhahha; wessa’ l-bitha u d-dahla tat-tempju u qala’ gieh mill-poplu tieghu. Bhall-kewlba ta’ fil-ghodu li qalb is-shab tidher u bhall-qamar meta jkun mimli, bhax-xemx tiddi, hekk deher jiddi fit-tempju t’Alla.
Il-Kelma tal-Mulej. R/. Inroddu hajr lil Alla.
■ Salm Responsoriali (Gal. 2:16.19; Fil. 1:20-23)
R/. Issallabt ma' Kristu.
Il-bniedem ikun iggustifikat f'Gesu Kristu. Ahna lkoll emminna f'Gesù Kristu sabiex inkunu gustifikati bil-fidi fi Kristu. R/.
Kristu habbni u ta ruhu ghalija. Kristu jkun imsebbah fil-gisem tieghi sew jekk nghix, sew jekk immut. R/.
Ghax ghalija l-hajja hi Kristu, u l-mewt hi rebh. Nixtieq nintemm u nkun ma' Kristu. R/.
■ It-Tieni Qari
Eghluq ta’ l-ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Galatin (6:14-18)
Huti, Nghid ghalija, ma jkun qatt li niftahar jekk mhux bis-salib ta’ Sidna Gesù Kristu, li bih id-dinja hi msallba ghalija u jien ghad-dinja. Ghaliex, bic-cirkoncizjoni jew minghajrha, xejn ma hemm ta’ siwi, imma jiswa biss li nkunu holqien gdid. U dawk li jimxu fuq din ir-regola, sliem u l-hena fuqhom, kif ukoll fuq Israel ta’ Alla. Mil-lum ‘l quddiem Qisu li hadd aktar ma jhabbatni ghax jien f’gismi ngib il-marki ta’ Gesù. Il-grazzja ta’ Sidna Gesù Kristu Tkun ma’ l-ispirtu taghkom, huti, Amen.
Il-Kelma tal-Mulej. R/. Inroddu hajr lil Alla.
■ Il-Kant ta’ Qabel il-Vangelu (Gal. 2. 19-20)
Hallelujah. R/. Hallelujah. Issallabt ma' Kristu nghix, imma mhux jien, izda Kristu nghix fija, R/. Hallelujah.
■ Il-Vangelu
+ Qari mill-Evangelju ta’ San Luqa. (9, 23-26)
F'dak iz-zmien Gesù qal lin-nies kollha: "Jekk xi hadd irid jigi warajja, ghandu jichad lilu nnifsu, jerfa' salibu kuljum u jimxi warajja. Ghax min irid isalva hajtu, jitlifha; imma min jitlef hajtu ghall-imhabba tieghi, dan isalvaha. Ghax x'jiswielu l-bniedem li jikseb id-dinja kollha u mbaghad jitlef jew jeqred lilu nnifsu? Jekk xi hadd jisthi minni u minn kliemi, Bin il-Bniedem ukoll ghad jisthi minnu meta jigi fil-glorja tieghu u ta' Missieru u ta' l-angli mgaddsa."
Il-Kelma tal-Mulej. R/. Tifhir lilek Kristu.
■ Talba tal-fidili
Huti gheziez, f'dan il-jum ta' festa, inroddu hajr 'l Alla, li fil-Qaddis Serafiku Frangisk t'Assisi ta lill-Knisja iben umli u kollu mhabba ghaliha u lilna tana Missier ghaqli u Mexxej imdawwal, u nitolbuh izomm haj u mheggeg fina l-ispirtu evangeliku li hu ghex fil-milja tieghu.
Ismaghna, nitolbuk Mulej.
Ismaghna, nitolbuk Mulej.
Ismaghna, nitolbuk Mulej.
Ismaghna, nitolbuk Mulej.
Ismaghna, nitolbuk Mulej.
Isma', Mulej, fit-tjieba tieghek; it-talb taghna, u bl-intercessjoni ta' San Frangisk Missierna, xbiha ta' Ibnek mislub ghalina, wettaq dawn ix-xewgat qaddisa taghna u aghmel li jsehhu fina bil-grazzja tieghek. Bi Kristu Sidna. Amen.
■ Talba fuq l-offerti
Ha tkun ta' ghajnuna ghalina, nitolbuk, Mulej, it-talba umli u devota ta' Missierna San Frangisk, u aghmel li bis-sahha ta' dan is-sagrificcju inhossu fina l-effett fejjiedi tal-Passjoni ta' Ibnek. Bi Kristu Sidna.
■ Prefazju
Sewwa u xieraq tassew, Mulej, Missier qaddis, Alla ta’ dejjem li tista` kollox, tajjeb u ta’ gid ghas-salvazzjoni taghna, li dejjem u kullimkien inroddulek hajr.
Inti, lill-Qaddej tieghek San Frangisk, mill-moghdijiet ta’ l-oghla faqar u ta’ l-umiltà li minnhom ghadda, wassaltu fuq il-quccata gholja tal-perfezzjoni evangelika. Lilu, mheggeg b’imhabba serafika, b’mod ta’ l-ghageb fawwartu bil-hena ghad-dehra ta’ l-eghmejjel kollha ta’ idejk; u mzejjen bil-pjagi mqaddsa, urejtna fih ix-xbiha ta’ Sidna Gesù Kristu msallab.
Bih ifahhru l-kobor tieghek l-Angli, iqimuk id-Dominazzjonijiet, jitrieghdu quddiemek is-Setghat, ilkoll ferhana jfahhruk is-smewwiet mas-Serafini u l-Qawwiet tas-sema, flimkien ma’ taghhom ilqa’, nitolbuk, it-tifhir taghna, waqt li bil-qima ntennulek.
Qaddis, Qaddis, Qaddis…
■ Antifona tat-Tqarbin (Mt. 16, 24)
Ighid il-Mulej: Jekk xi hadd irid jigi warajja, ghandu jichad lilu nnifsu, jerfa' salibu u jigi warajja.
■ Talba wara t-Tqarbin
O Alla, int urejt b'hafna modi l-misteri ta' l-gbageb tas-salib f'Missierna San Frangisk, aghtina, nitolbuk, li nimxu fuq l-ezempju tal-qdusija tieghu u nissahhu dejjem bil-meditazzjoni tas-salib. Bi Kristu Sidna.
It-test huwa mehud mill-Missal, Ruman Serafiku, Vol I, Malta 1979 |
Il-Festa ta' L-ghoti tal-Pjagi Mqaddsa lil San Frangisk tigi ccelebrata fl-17 ta' Settembru ta' kull sena.
|