San Frangisk - grajjiet |
|
|
il-Pjagi fuq La Verna Frangisku jircievi il-marki tal-Passjoni fuq La Verna 1224 Il-Hajja ta’ San Frangisk (Legenda Maior), ta’ San Bonaventura Ghodwa wahda, qrib il-festa ta’ l-Ezaltazzjoni tas-salib Imqaddes (14 ta’ Settembru 1224), waqt li kien qed jitlob mal-genb tal-Muntanja (La Verna), Frangisku ra Serafin b’sitt igwienah, bhal donnhom ittajjru xrar tan-nar u jleqqu sbieh, niezel mill-gholi tas-smewwiet. U meta b’titjira mghaggla ghall-ahhar wasal fl-arja qrib dak il-post fejn kien il-bniedem ta’ Alla, fil-gwienah dehret ix-xbieha ta’ ragel imsallab, b’idejh u riglejh mifruxa f’ghamla ta’ salib u mwahhlin mas-salib. Zewgt igwienah kienu merfugha fuq rasu, tnejn kienu mifruxa bhallikieku biex itir, u t-tnejn l-ohra jghattulu gismu kollu. Staghgeb mhux ftit meta ra dik id-dehra, u qalbu mtliet b’tahlita ta’ niket u hena fl-istess hin. Ferah meta ra taht ix-xbieha ta’ Serafin lil Kristu jhares lejh b’harsa kollha hlewwa, izda d-dehra Tieghu mwahhal ma’ salib, nifditlu qalbu bis-sejf tad-dulur (Lq 2:35), daqskemm hass ghalih…
Meta l-vizjoni ghabet hallietlu f’qalbu hegga li l-kliem ma jasalx ifisser, u fuq gismu stampatlu xbieh ta’ marki li m’hi xejn inqas tal-ghageb. Fil-fatt gara li minnufih, f’idejh u f’riglejh bdew jidhru s-sijnali ta’ l-imsiemer, l-istess bhal dawk li qabel kien ra fix-xbieha tar-ragel imsallab. Idejh u riglejh dehru mtaqqbin fin-nofs bil-musmar, Ir-ras ta’ l-imsiermer dehret fuq in-naha ta’ gewwa ta’ l-idejn u l-parti ta’ fuq tar-riglejn, waqt li l-ponot taghhom dehru fuq in-naha l-ohra. Ir-ras ta’ l-imsiemer fl-idejn u r-riglejn kienet tonda u sewda, waqt li l-ponta mtawwla, milwija lura u bhallikieku rbattuta, hierga mil-laham u mqabbza ‘l barra. In-naha lemin ta’ genbu wkoll kienet bhal qisha minfuda b’lanza, u dehret gerha hamra li spiss kienet tnixxi demm qaddis li jxarrab it-tonka u l-hwejjeg minn taht.
Il-Hajja ta’ San Frangisk (Legenda Maior), ta’ San Bonaventura, XIII,3
Dan ir-Rakkont hu mehud mill-Kapitlu XIII,3 ta’ Il-Hajja ta’ San Frangisk (Legenda Maior), ta’ San Bonaventura traduzzjoni ta’ P. Guzepp B. Xuereb OFM, Edizzjoni TAU, Malta 1998. Assisi -Dicembru 2002
|
Bejn il-15 ta’ Awissu, festa ta’ l-Assunta u d-29 ta’ Settembru, festa ta’ san Mikiel Arkanglu, il-qaddis Frangisk kien jingabar fuq l-gholja ta’ La Verna biex isum u jitlob f’dak li kien isejjah “ir-Randan ta’ san Mikiel”.
Fis-sena 1224 waqt li Frangisku kien qed jitlob dehrlu Serafin mis-sema li stampa fuq gismu l-pjagi tal-Passjoni ta’ Kristu.
|