Santwarji Frangiskani |
|
|
La Verna
Fil-provincja ta’ Arezzo fuq l-Appennino Taljan bejn ir-regjun tat-Toscana u r-Ramagna fl-inhawi ta’ Casentino hemm l-ghola ta’ La Verna, muntanja kollha sigar gholja madwar 1130 metru.
Ir-rabta ta’ Frangisku ma din l-ghola tmur lura lejn t-8 ta’ Mejju 1213. San Frangisk u shabu kienu mistiednin ghal festa f’gieh wiehed mill-kavallieri fil-kastell ta’ San Leo f’Montefeltro. Ghall-festa kien hemm ukoll il-Konti Orlando di Chiusi della Verna. Dan wara li sema’ bit-tjieba tal-qaddis xtaq ikellem lil Frangisku. Giet l-okkazjoni u f’din l-ewwel laqgha tieghu mal-fqajjar ta’ Assisi offrielu l-ghola ta’ La Verna biex huwa u huti l-patrijiet ikunu jistghu jingabru hemm fis-skiet biex jitolbu. Il-Konti sar benefattur kbir ta’ Frangisku. Ghenu biex fuq l-gholja jibni l-Kappella ta’ Santa Marija degli Angeli bejn 1216-1218. Kien jiehu hsieb il-patrijiet kull meta kienu jitilghu hemm biex jitolbu. Wara li miet fl-1263, il-Konti gie midfun fil-kappella ta’ Santa Marija.
San Frangisk kien jingabar kull sena fuq din l-ghola ta’ La Verna ghal habta bejn il-festa ta’ Santa Marija fil-15 ta’ Awissu u l-festa ta’ San Mikiel Arkanglu fid-12 ta’ Settembru biex jaghmel dak li kien isejjah ir-“Randan ta’ San Mikiel”. Fiz-zmien li kien iqatta` fuq l-gholja Frangisku kien jinqata` ghalih wahdu biex inghaqad m’Alla fit-talb u s-sawm.
Il-kittieba tal-hajja tal-qaddis hallewlna l-grajja li sehhet fuq La Verna f’Settembru ta’ 1224, meta qrib il-festa tas-Salib Imqaddes waqt li Frangisku kien qed jitlob ra xbieha ta’ Serafin b’sitt gwienah nizel mis-sema. Meta ghabet il-vizjoni hallietlu stampat f’gismu il-pjagi tal-passjoni ta’ Kristu f’idejh u f’riglejh u fil-genb tal-lemin ta’ sidru. Kien fuq La Verna li Frangisku kiteb b’idu stess il-parcmina bit-tifhir lil Alla fuq naha u bil-barka miktuba lil Fra Leone fuq l-ohra. Din il-parcmina tinsab fil-Cappella della reliquie fis-Sacro Convento ta’ Assisi.
Il-kappella ta’ Santa Marija degli Angeli tkabbret lejn 1260. Minn gewwa din il-kappella hija maqsuma fi tnejn. Il-parti ta’ gewwa l-aktar antica fiha l-altar u l-kor. Il-Konti Orlando huwa midfun fil-parti imkabbra. Fuq l-altar hemm xoghol fit-terracotta ta’ Andrea della Robbia li juri lil Maria tiela s-sema mdawwra minn l-angli. Fuq il-kappella min-naha ta’ barra hemm kampnar ckejken b’qanpiena li ggib id-data ta’ 1257.
Fuq barra hemm terrazzin b’salib kbir fic-centru u bil-Bazilka, li hija il-knisja principali ta’ La Verna fuq il-lemin. Din il-bazilka bdiet tinbena fl-1348 u x-xoghol intemm lejn 1509. Giet ikkonsagrata fit-22 ta’ April 1568 u fl-1921 giet iddikkjarata Basilica Minore. Fil-knisja hemm kappella b’xi relikwi tal-Qaddis, fost dawn hemm it-tonka ta’ san Frangisk u bicca drapp imcappsa bid-demm li nixxa mill-pjagi ta’ Frangisku. Fil-gnub tal-Bazilka hemm xogholijiet fit-terracotta fil-firma ta’ Della Robbia.
Fuq il-lemin kif tohrog mill-Bazilka hemm il-Cappella della Pietŕ li minna tghaddi ghall-Corridoio delle Stimmate nibni fl-1578 biex jghaqqad mal-post fejn Frangisku ircieva il-pjagi. Mal-hajt tal-lemin tal-kuritur hemm affreski b’episodji mill-hajja ta’ san Frangisk. F’nofs dan il-kuritur, fuq il-lemin hemm bieb li jaghti ghall-Letto di san Francesco. Dan huwa ghar li fih il-qaddis kien jingabar biex jitlob u biex jistrieh.
Fi tmiem il-kuritur tinzel bit-tarag hemm il-Cappella della Croce, meqjusa bhala l-post fejn ghex Frangisku f’Settembru ta’ 1224. Minn din il-kappella tidhol ghall-Cappella delle Stimmate, li hija l-qalbha tas-santwarju. Kien f’dan il-post li Frangisku kellu d-dehra tas-Serafin. Din il-kappella mbniet fl-1263. F’nofs din il-kappella hemm il-blata li fuq jinghad li Frangisku kien fuqha meta sehh il-miraklu li halla l-pjagi ta’ Kristu immarkat fuq il-gisem qaddis tieghu. Qrib din il-kappella hemm l-Oratorio di san Bonaventura u hemm l-Oratorio di San Antonio. Il-qaddis ta’ Padova zar l-gholja qabel miet fl-1231 u San Bonaventura ghamel perjodu jitlob fuq La Verna fl-1259.
Lura fit-terrazzin hemm kancell li jaghti ghall-Cappella della Maddalena, li hu mifhum li huwa l-post fejn il-Konti bena l-ewwel gharix lil San Frangisk. Minn hdejn din il-kappella tinzel f’qasma fil-blat imsejha Sacro Spicco, fejn Frangisku kien jingabar jitlob.
Wara il-mewt ta’ San Frangisk bejn 1239 u 1300 il-patrijiet bnew kunvent li kompla jitkabbar matul iz-zminijiet. Kuljum il-pellegrini li jzuru din l-gholja qaddisa, maghrufa wkoll bhala il-“Kalvarju Frangiskan”, jistghu jiehdu sehem it-talb li jsir fit-tlieta ta’ wara nofs in-nhar u fil-purcissjoni li ssir dak il-hin lejn il-Cappella delle Stimmate biex ifakkru il-grajja ta’ l-ghageb li sehhet hemm.
|
|
San Frangisk kien jingabar kull sena fuq din l-ghola ta’ La Verna ghal habta bejn il-festa ta’ Santa Marija fil-15 ta’ Awissu u l-festa ta’ san Mikiel Arkanglu fid-12 ta’ settembru biex jaghmel dak li kien isejjah ir-“Randan ta’ San Mikiel”.
Fiz-zmien li kien iqatta` fuq l-gholja Frangisku kien jinqata` ghalih wahdu biex inghaqad m’Alla fit-talb u s-sawm.
Il-kittieba tal-hajja tal-qaddis hallewlna l-grajja li sehhet fuq La Verna f’Settembru ta’ 1224, meta qrib il-festa tas-Salib Imqaddes waqt li Frangisku kien qed jitlob ra xbieha ta’ Serafin b’sitt gwienah nizel mis-sema. Meta ghabet il-vizzjoni hallietlu stampat f’gismu il-pjagi tal-passjoni ta’ Kristu f ’idejh u f’riglejh u fil-genb tal-lemin ta’ sidru.
Fuq barra hemm terrazzin b’salib kbir fic-centru u bil-Bazilka, li hija il-knisja principali ta’ La Verna fuq
il-lemin. Din il-bazilka bdiet tinbena fl-1348
u x-xoghol
intemm lejn 1509.
L-Annunzzazjoni xoghol fit-terracotta ta’ Andrea della Robbia.
|