Santwarji Frangiskani

 

 

◄◄|werrej|►►


Chiesa di Santa Maria

(Rocca Sant’Angelo)


 

Skond uhud minn dawk li kitbu dwar il-hajja ta’ San Frangisk, il-Knisja ta’ Santa Maria fuori dal Castello nbniet fejn San Frangisk darba minnhom kien wissa wiehed mill-patrijiet li kellu xi jghid ma’ wiehed fqir.  Kien hawn li twaqqaf wiehed mill-kunventi tal-bidu.  Wiehed ghadu jista’ jara sa llum il-binja u l-kjostru tal-kunvent antik ta’ Santa Maria della Rocchicciola, li aktar tard giet restawrata u mkabbra. Il-Knisja fiha affreski mizmuma bhala skola ta’ Giotto u Perugino.

 

Fil-prezent f’dan il-post kemm tghix komunita` ta’ nisa kkonsagrati “Adveniat S. Maria delle Arce” mwaqqfa minn Padre Augusto Drago, Frangiskan Konventwal.

 

Il-poeta u kittieb daniz Johannes Joergenson (1866-1956) ghex ghal perijodi twal ta’ zmien f’dan il-post.  Kien hawn li kiteb hafna mill-kitbiet tieghu dwar San Frangisk.

 


Chiesa di Santa Maria

(Valfabbrica)


 

Din il-knisja bhal ghadd ta’ ohrajn iddedikata lil Marija mbniet qabel is-sena 1000. Marbut ma’ din il-knisja fir-rahal ckejken ta’ Valfabbrica hemm wiehed mill-monasteri mportanti tal-irhieb ta’ San Benedittu.

 

Frangisku kien jieqaf ta’ sikwit f’dan il-post kull darba li kien ikun sejjer minn Assisi ghal Gubbio jew huwa u gej lura.  Din il-knisja llum hija l-knisja tac-cimiterju ta’ Valfabbrica.

 


San Paolo delle Abbadesse

(Bastia Umbra)


 

Fis-sena 1212 fil-lejl ta’ Hadd il-Palm Chiara ta’ Assisi halliet bil-mohbi d-dar taghha biex tissieheb ma’ San Frangisk u il-patrijiet tieghu.  Wara li Frangisk qatalha xagharha b’sinjal ta’ konsagrazzjoni Chiara ttiehdet f’post imsejjah Insula Romana u hemm sabat kenn fil-monasteru ta’ San Paolo delle Abbadesse.

 

Il-familjari ta’ Chiara, specjalment zijuha kollhom rabja marru f’dak il-post biex jiehdu lura maghhom lil Chiara. Meta dawn gew bil-qawwa kollha biex jiehduha maghhom, b’qawwa divina z-zaghzugha qabdet mat-triehi ta’ l-altar u ibbiset tant li niesha ma setghux iqanqluha minn fejn kienet, ghalhekk qatghu qalbhom u regghu lura minn fejn gew.

 

Il-Knisja il-qadim ta’ San Paolo tinsab qrib ta’ fejn hemm ic-cimiteru ta’ Bastia Umbra ftit ‘l boghod minn Assisi.

 

 

CHIESA DI SANTA MARIA

(Rocca Sant’Angelo)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CHIESA DI SANTA MARIA

(Valfabbrica)

 

 

 

 

 

 

SAN PAOLO DELLE ABBADESSE

(Bastia Umbra)