Santwarji Frangiskani

 

 

◄◄|werrej|►►


Santa Maria della foresta


 

Il-Santwarju ta’ La Foresta huwa l-ahhar fost l-imkejjen marbuta ma’ San Frangisk fil-wied ta’ Rieti.  Dan is-Santwarju qieghed xi hames kilometri ‘l boghod mill-belt ta’ Rieti.

 

Malli tasal tispikka il-Via Crucis, din kienet tbierket minn San Leonardu minn Porto Maurizio fl-1735.  F’dan il-post issib monument li jfakkar meta San Frangisk  kiteb il-Kantiku tal-Hlejjaq.  Nafu izda li l-qaddis kiteb l-Ghajna tal-Hlejjaq meta kien Assisi. 

 

Dan il-post huwa marbut mal-mument meta Frangisku kien marid u kellu bzonn kura f’ghajnejh.  Fis-sajf ta’ 1225 il-Kardinal Ugolino talab lil Frangisku biex jigi ghandi it-tabib Nicola u t-tobba l-ohra tal-Kurja Ruma li kienu fi Rieti.  Frangisku ngieb minn Fra Leone, Bernardo, Angelo u Masseo.  Malli Frangisku kien diehel fil-belt ingabret folla kbira u ghalhekk iddecidew li jiehdu San Fabiano, li llum hija Santa Maria della Foresta.  Hawn Frangisku qaghad fid-dar ta’ sacerdot li kellu dielja.  Sakemm dam ghandu ghal kura in-nies kienet gejja u sejra u ghaffgu d-dwieli kollha tal-qassis.  Frangisku talab lis-sacerdot ikollu fiducja f’Alla ghax id-dielja kienet ser taghtih il-frott xorta.  Hu hekk gara.  Minhabba dan il-miraklu ta' l-inbid dan il-post huwa maghruf bhala: "Kana Frangiskana".

 

F’dan il-post kien hemm knisja ddedikata lil San Fabiano minbnija qabel san Frangisk.  Maghha kienet hemm id-dar tas-sacerdot li kien jiehu hsieb il-knisja.  Fl-ewwel snin tas-seklu XIV kienu jghixu hawn ir-romiti, li kienu eremiti.  Dawn kienu bidlu l-knisja ta’ San Fabiano fil-Knisja ta’ Santa Maria della Foresta.  Fil-1346 dawn l-eremiti kellhom jhallu il-post ghax kienu akkuzati b’erezija.  L-isqof halla l-post f’idejn il-Clareni, li hadu isimhom minn Angelo Clareno, frangiskan mill-familja ta’ l-Ispiritwali.  Dawn damu fil-post sa l-1568 sakemm gew maghquda mal-familja tal-Patrijiet Minuri Osservanti.

 

Barra mill-kappella tghaddi fil-kjostru u minn hemm ghad-dar tal-qassis fejn San Frangisk kien ghex ghal kwazi hamsin jum.  Taht id-dar hemm ic-cella fejn San Frangisk kien jitlob u fejn kien jigi jzuru frate Elija, il-Vigarju ta’ l-Ordni.

 

 

Dan il-post

huwa marbut

mal-mument

meta Frangisku kien marid

u kellu bzonn

kura f’ghajnejh.  Fis-sajf ta’ 1225 il-Kardinal Ugolino talab lil Frangisku biex jigi ghandi

it-tabib Nicola

u t-tobba l-ohra tal-Kurja Ruma

li kienu fi Rieti.  

 

Barra mill-kappella tghaddi fil-kjostru u minn hemm ghad-dar

tal-qassis fejn

San Frangisk

kien ghex ghal kwazi hamsin jum. 

 

 Il-post fejn sehh il-miraklu ta'

l-inbid.