Santwarji Frangiskani

 

 

◄◄|werrej|►►


Poggio Bustone


 

Madwar il-belt ta’ Rieti hemm ghadd ta’ Santwarji marbuta ma’ San Frangisk.  Wiehed minn dawn huwa dak fir-rahal ta’ Poggio Bustone, li jinsab madwar 800 metru fuq il-livel tal-bahar u xi 17 il-kilometru ‘l barra mill-belt. 

 

Is-santwarju ta’ Poggio Bustone huwa marbut mal-grajja meta San Frangisk wasal fir-rahal ghal habta ta’ l-1208.  Huwa u diehel fir-rahal il-qaddis sellem lin-nies bit-tislima “Buon Giorno, buona gente”.  Dan il-post baqa' maghruf wkoll ghall-mahfra ta’ dnubiet li San Frangisk qala' minghand il-Mulej.

 

Malli tasal fil-post tilmah quddiemek il-knisja ta’ San Giacomo Maggiore, li nbniet lejn tmiem is-seklu XIV.  Wara li garbet hsarat kbar fit-terrimot ta’ l-1948 il-knisja sarilitha tiswijiet kbar u regghet giet bhalma kienet qabel. Fil-lemin tal-Knisja hemm il-kunvent ckejken li huwa bini mibni f’xi tlett zminjiet differenti.  L-aktar parti qadima tmur lura lejn is-seklu XIII, li minnu illum fadal biss portiku zghir mizmum minn erba` pilastri.  It-tieni parti nbniet fis-seklu XIV, illum din il-parti sservi bhala refettorju ghall-pellegrini.  Mal-Kunvent hemm kjostru li fih hemm xi affreski tas-seklu XV u fil-lunetti ta’ l-istess kjostru hemm impittra grajjiet mill-hajja ta’ San Frangisk dawn saru lejn is-seklu XVII.

 

Mill-kjostru tghaddi ghall-eremitagg ckejken li l-Benedittini kienu taw lil San Frangisk.  Fih hemm altar ckejken ta’ l-injam u statwa ta’ San Gakbu.  Mat-twieqi hemm imfakkra xi mirakli li saru lin-nies minn Poggio Bustone bl-intercessjoni ta’ San Frangisk. 

 

Hemm ukoll il-Grotta delle Rivelazione, hawn jinghad li il-qaddis Frangisk wara li talab il-mahfra ghall-dnubietu bil-kliem “O Alla jkollok hniena minni, midneb!”, qala' l-mahfra minghand il-Mulej u Frangisku hass serhan kbir fil-qalb tieghu.  Din il-kappella rustica hija mxattba mal-gholja, u tghaddi ghalija minn moghtija minn hdejn il-knisja.  Il-parti li fadal hija dik ta’ l-1634, warajha hemm il-parti fejn kien jitlob il-qaddis.

 

Illum fil-pjazza ta’ quddiem hemm hemm monument msejjah Tempietto della Pace.  Huwa binja maghmula ricenti bi statwa biex tfakkar lil San Frangisk xandâr tal-Paci.

 

Is-santwarju ta’

Poggio Bustone

huwa marabut

mal-grajja meta

San Frangisk

wasal fir-rahal

ghal habta

ta’ l-1208. 

Huwa u diehel

fir-rahal il-qaddis sellem lin-nies

bit-tislima

“Buon Giorno,

buona gente”

 

 

Mill-kjostru tghaddi ghall-eremitagg ckejken li l-Benedittini kienu

taw lil

San Frangisk...

 

 

 ...fih hemm altar ckejken ta’ l-injam

u statwa ta’

San Gakbu.