Santwarji Frangiskani

 

 

◄◄|werrej|►►


Greccio


       

Greccio huwa rahal medjevali ckejken xi 15-il kilometru 'l boghod minn Rieti mibni fuq il-genb ta’ Monte Lacerone.  Is-Santwarju Frangiskan jinsab xi zewg kilometru 'l isfel mir-rahal.

 

Greccio baqa' marbut mal-grajja tal-lejl tal-Milied tas-sena 1223.  Kien go ghar ckejken imxabbat ma’ din l-gholja mdawwra bil-boskijiet li Frangisku holoq ghall-ewwel darba l-presepju haj. 

 

Xi hmistax qabel il-Festa tal-Milied Frangisku talab lil habib tieghu Giovanni Velita, ragel nobbli minn dawk l-inhawi biex ilesti l-mehtieg ghall-festa, il-maxtura bit-tiben, il-baqra u l-hmara.  Ghall-okkazjoni gew imsejha l-patrijiet u n-nies ta’ l-inhawi igorru xemghat u fjakkli. Fl-ahhar wasal Frangisku u hemm saret il-Quddiesa tal-Milied proprju fuq il-maxtura li serviet ta' altar. Frangisku qara l-Vangelu u ppriedka dwar il-faqar tat-Tarbija ta’ Betlem.  Dak il-lejl Greccio sar Betlem mill-gdid.  Illum dan il-post gie kkonsagrat lill-Mulej u fuq il-presepju nbena altar u giet iddedikata knisja f’gieh San Frangisk.

 

Kif tasal Greccio wara li titla tarag twil tigi fuq terrazzin zghir.  Mit-terrazzin tidhol ghall-Cappella del Presepe, li hi parti mill-ghar fejn Frangisku ccelebra l-Milied fl-1223.  Fil-post hemm altar u warajh affresk ta’ Giotto li juri x-xena tal-presepju.   Fuq in-naha ta’ wara tal-kappella hemm l-ewwel kunvent fejn kien jghix San Frangisku u l-ewwel ahwa. Dan il-kunvent kien fih kcina, refettorju u dormitorju.  Kien f’dan ir-refettorju fejn sehhet il-grajja meta Frangisku libes ta’ pellegrin fqir mar jittallab il-karità min ghand il-patrijiet stess.  Fil-parti ta’ fuq tal-Kunvent hemm kappella mibnija fl-1228 u ddedikata lil San Frangisk. Din il-kappella li hija msejha wkoll il-Kappella ta’ San Bonaventura, din hija maqsuma fi tnejn, parti fejn hemm il-kor ghall-patrijiet u l-parti l-ohra ghan-nies.  Mal-genb tal-kappella hemm l-Oratorio di San Francesco. Hawnhekk hawn kwadru qadim tassew, jinghad li kien ta’ Jacopa dei Sottesoli, il-benefattrici tal-qaddis. Fl-inkwadru Frangisku huwa ppresentat jixxotta id-dmugh minn ghajnjeh.

 

F’dan l-ambjent hemm il-parti tal-kunvent fejn ghex San Banaventura meta kien General ta’ l-Ordni bejn 1257-1274.  Wiehed ghad jista` jara d-dormitorju maghmul minn celel ckejknin ta’ l-injam. Fl-ewwel cella jinghad li ghex kemm San Bonaventura u warajh San Bernardin minn Siena.

 

Fuq din l-gholja fl-1959 inbniet knisja kbira ddedikata lil Vergni Immakulata.  Il-knisja nbniet bl-iskop li tilqa` fiha l-gruppi numeruzi li jzuru dan is-Santwarju.  Ma jistax jonqos fil-knisja ikun hemm presepju, anzi hemm ghal wiehed tnejn u aktar wkoll. Hemm wiehed tat-terracotta li sar fl-1962 u iehor fl-injam skolpit fl-1968.

Fil-parti tal-gallerija, fil-genb u fl-ambejnti tan-naha ta’ wara tal-knisja llum hemm wirja permanenti ta’ presepji differenti.  Hawn fi Greccio kollox ifakkar fil-grajja ta’ Frangisku u l-ewwel presepju li sehh f’dan il-post.

 

 

 

Greccio baqa` marbut mal-grajja tal-lejl tal-Milied

tas-sena 1223. 

Kien go ghar

ckejken imxabbat ma’ din l-gholja mdawwra

bil-boskijiet

li Frangisku

holoq

il-presepju haj.

 

Dak il-lejl

Greccio sar

Betlem mill-gdid. .

 

Parti mill-ghar fejn Frangisku ccelebra

l-Milied fl-1223. 

Fil-post hemm altar u warajh affresk

ta’ Giotto li juri

x-xena tal-presepju. 

 

Fil-kappella hemm kwadru qadim tassew, jinghad li kien ta’

Jacopa dei Sottesoli,

il-benefattrici

tal-qaddis.

Fl-inkwadru Frangisku huwa ppresentat jixxotta id-dmugh minn ghajnjeh.