Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
San Bonaventura ta' Bagnoregio (1221-1274) 15 ta’ Lulju Bonaventura twieled Bagnoregio fil-Lazio, l-Italja tan-nofs, fl-1221. Meta kien ghadu tarbija marad sewwa izda jinghad li fieq b’mod mirakuluz bit-talb u l-intercessjoni ta’ San Frangisk. Ghalhekk baqa’ devot lejh u meta sar zaghzugh dahal fl-Ordni tieghu. Studja f’Parigi taht il-majjistru Frangiskan Alessandru ta’ Hales, imbaghad sar hu stess majjistru fl-istess studju teologiku. Fl-1257 Bonaventura nhatar Ministru General ta’ l-Ordni li, tul il-ftit ghexieren ta’ snin li kien ilu mwaqqaf, kien kiber b’mod tal-ghageb. Huwa dam sbatax-il sena General tal-Frangiskani. Il-gvern tieghu tant kien tajjeb, tant mexa bil-ghaqal, u tant halla marka sabiha fuq it-tradizzjoni ta’ l-Ordni, li dan il-qaddis huwa meqjus bhala t-tieni fundatur tal-Frangiskani. Wiehed mill-atti principali tal-generalat tieghu kien il-hrug tal-kostituzzjonijiet “Narbonizi” li fuqhom inbnew il-kostituzzjonijiet kollha li gew wara. Kiteb ghadd kbir ta’ trattati filosofici, teologici u mistici. Fost l-ohrajn kiteb ukoll wahda mill-aqwa hajjiet ta’ San Frangisk li ígib l-isem ta’ “Legenda Maior” (= ir-Rakkont il-Kbir). Bhala Kardinal u Isqof ta’ Albano, Bonaventura ha sehem fil-koncilju ta’ Lyon li, bil-hidma tieghu, mexxa lil-Latini u lill-Griegi pass iehor lejn il-ghaqda. Miet fil-belt ta’ Lyon fil-15 ta’ Lulju 1274, assistit mill-Papa Girgor X, li kien f’dik il-belt góall-koncilju. Il-qdusija, il-gherf u l-ispiritwalità ta’ San Bonaventura, u mhux anqas l-imhabba li kellu ghall-misteru ta’ Kristu, hallew marka li ma tithassarx fuq it-tjieba Nisranija, u qalghulu t-titlu ta’ Duttur Serafiku.
Il-Mexxej ta’ l-Erwieh mill-kitbiet tal-qaddis
Mill-opra tal-qaddis bit-titlu “Is-Sitt Gwienah ta’ Anglu Serafin” ittiehdet is-silta li gejja. Fiha jinghad li l-mexxej ta’ l-erwieh ghandu jkollu virtujiet specjali u jkun jixbah lil Serafin b’sitt gwienah.
Dawk li jridu jmexxu ’l ohrajn fit-tajjeb jehtieg li jkollhom hafna virtujiet: uhud minnhom biex huma nfushom jghixu hajja tajba, ohrajn biex bihom jobdu lis-superjuri kif imiss, u ohrajn biex bihom imexxu lil haddiehor mit-tajjeb ghall-ahjar.
Bniedem li jrid imexxi lil haddiehor fit-triq tal-virtujiet, suppost li jkun huwa nnifsu mzejjen b’kull virtu’. Izda billi n-numru sitta huwa l-ewwel wiehed perfett, nistghu nghidu li l-mexxej ta’ l-erwieh, l-aktar jekk ikun religjuz, ghandu jkun jiddi b’certi virtujiet specjali u mzejjen b’sitt gwienah, kif jikteb Isaija dwar is-Serafini li ghandhom l-ewwel post fil-gerarkija ta’ l-ispirti tas-sema.
Aktarx li meta l-Mulej deher lil Missierna San Frangisk f’ghamla ta’ Serafin u stampa fuq gismu l-gerhiet tal-passjoni, dan ghamlu biex juri lil dawk li huma msejhin biex imexxu lil haddiehor fil-familja Frangiskana, li hekk ghandhom jilbsuhom il-gwienah spiritwali taghhom.
Is-sitt gwienah ta’ Anglu Serafin huma simbolu ta’ dawn il-virtujiet: il-hegga gh-haqq, ghat-tjieba, ghas-sabar, ghall-ezempju t-tajjeb tal-hajja, ghall-prudenza, u ghall-qima ta’ Alla. Kull religjuz, skond il-htiega tieghu, ghandu jizzejjen b’dawn il-gwienah, ghax kull religjuz ghandu jmexxi lilu nnifsu u fl-ahhar jaghti kont ta’ ghemilu lil Alla. Ir-religjuz ghandu joghla ’l fuq biex izid il-hegga ghall-haqq, biex ikun hanin mal-proxxmu ghall-imhabba ta’ Alla, biex ikollu s-sabar fit-tigrib, biex ikun ta’ ezempju tajjeb ghall-ohrajn u prudenti f’kull qaghda li jigi fiha. Imma fuq kollox, ir-religjuz ghandu jfittex il-ghaqda ta’ ruhu ma’ Alla permezz ta’ talb bla heda. B’hekk Alla jharsu dejjem, imexxih, iheggu ghat-tajjeb, u fl-ahhar itellghu ghall-kisba tal-glorja tal-genna, li ghogbu jaghtina Gesu’ Kristu. Amen.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Bonaventura ta' Bagnoregio
|