Santwarji Frangiskani |
|
|
Fontecolombo
Xi hames kilometri boghod minn Rieti hemm l-eremitagg ta’ Fontecolombo. L-isem tal-post gej minn ghajn ta’ ilma li jinsab fil-wied, li skond it-tradizzjoni San Frangisk sejhilha Fons Columbarum – l-Ghajn tal-Hamiem, aktarx l-ewwel darba li gie f’dan il-post fl-1217.
Dan il-post baqa’ maghruf bhala is-“Sinai Frangiskan”, minhabba li kien hawn li fl-1223 San Frangisk irtira biex jikteb ir-regola. Din ir-Regola Bullata aktar tard giet approvata mill-Papa Onorju III fid-29 ta’ Novembru 1223.
Grajja ohra marbuta ma dan il-post kienet l-operazzjoni li Frangisku ghamel f’ghajnejh ghal habta ta’ Jannar ta’ 1226. Certament ma kienetx operazzjoni bil-laser kif isir illum, kienet operazzjoni li saret b’hadida tikwi. Frangisku waqt l-operazzjoni beda jitlob lil “frate Fuoco” biex ma jahqrux hafna. Il-kittieba ta’ hajja tal-qaddis ighidu li “Frate Fuoco” naqqas il-qawwa tieghu b’mod li Frangisku seta` jgarrab l-operazzjoni. Kemm it-tobba u kemm il-patrijiet baqghu mistaghgbin bil-qawwa li wera Frangisku waqt l-operazzjoni. Fl-ahhar mill-ahhar l-operazzjoni ma rnexxitx tant li kellu jaghmel operazzjoni ohra ftit xhur wara fi Siena.
Dan il-post kien proprjetà tal-Monaci ta’ l-Abbazija Benedettina ta’ Farfa, dawn mbaghad offrewh lil patrijiet. Malli tasal f’dan l-eremitagg ta’ Fontecolombo ssib pjazza u bil-knisja quddiemek. Il-knisja li giet konsagrata fid-19 ta’ Lulju 1459, hija ddedikata lil San Frangisk u lil San Bernardin ta’ Siena. Fil-knisja hemm ghadd ta’ opri ta’ l-arti li juri episodi mill-hajja ta’ San Frangisk, l-aktar dawk li huma marbuta mal-post.
Mill-genb tax-xelluq barra l-knisja tghaddi ghall-eremitagg fejn kien jghix Frangisku u l-ahwa il-patrijiet. Kien hawn fejn Frangisku ghamel l-operazzjoni f’ghajnejh. Aktar tard il-post tkabbar u San Bernardin ha hsieb il-bini ta’ kunvent zghir.
Aktar l-isfel hemm il-Cappella della Maddalena. F’din il-kappella San Frangisk kien jingabar fit-talb flimkien ma’ Frate Leone. Fil-genb tax-xellug f’din il-kappella hemm impingi Tau, li hija ittra “T” is-sinjal bibliku tas-salvazzjoni u li Frangisku kien juzah biex jiffirma. Aktar tard f’din il-kappella saru xi affreski, fosthom dak ta’ Santa Chiara bl-Ewkaristija f’idejha.
Wara li thalli il-Cappella tal-Maddalena tasal fis-Sacro Speco. Matul il-moghdija hemm Via Sacra li giet maghmula minn San Leonardu minn Porto Maurizio fl-1745.
Is-Sacro Speco huwa post mill-isbah qalb il-blat u mdawwar bis-sigar. Qalb il-blat hemm passagg dejjaq b’salib maghmul miz-zkuk tas-sigar. Frangisku kellu d-drawwa li jitlob quddiem is-salib. Dan huwa il-post fejn Frangisku ngabar ghal erbghin jum fi spirtu ta’ talb biex jikteb ir-Regola. Hawnhekk issib il-Cappella di San Michele. Quddiem il-kappella hemm il-Grotta di Frate Leone, fejn dan is-shieb ta’ Frangisk kien jingabar jitlob. Fil-post ghad hemm fdalijiet tas-sigra li jinghad li fuqha deher Kristu biex jaghti ir-regola lil San Frangisk.
Jekk wiehed jibqa’ nizel lejn fejn hemm il-Fonte delle Colombe, matul il-moghdija qalb il-bosk hemm tlett kappelli: l-ewwel wahda mibnija fis-seklu XVIII ddedikata lit-Tlugh fis-Sema ta’ Gesù. Xi mitt metru l-isfel hemm kappella dedikata lil Sant’ Antnin ta’ Padova, li nbniet xi snin wara. Aktar l-isfel hemm it-tielet kappella li hija aktar antika mibnija fis-seklu XVII dedikata lir-Regola ic-ckejkna. |
|
Malli tasal f’dan l-eremitagg ta’ Fontecolombo ssib pjazza u knisja. Il-knisja li giet konsagrata fl-1459, hija ddedikata lil San Frangisk u lil San Bernardin ta’ Siena.
Il-Kamra fejn Frangisku ghamel l-operazzjoni f’ghajnejh ghal habta ta’ Jannar ta’ 1226.
Il-Cappella della Maddalena fejn San Frangisk kien jingabar fit-talb flimkien ma’ Frate Leone.
Fil-genb tax-xellug f’din il-kappella hemm impingi Tau.
Is-Sacro Speco huwa post qalb il-blat fejn Frangisku ngabar ghal erbghin jum fi spirtu
ta’ talb
biex jikteb ir-Regola.
|