San Frangisk - grajjiet |
|
|
Il-Ferh Perfett Frangisku jirrakkont dwar il-Perfetta Letizia mill-Fjuretti ta' San Frangisk Kienet ix-xitwa u san Frangisk flimkien ma Fra Leone kienu mexjin minn Perugia lejn Santa Maria degli Angeli. Il-ksieh kien ixoqq il-ghadam, u t-tnejn kienu mahqura bih. San Frangisk sejjah lil fra Leone, li kien miexi ftit ‘il quddiem u qallu hekk: “Fra Leone, ukoll kieku l-Ahwa z-Zghar tad-dinja kollha kellhom jaghtu ezempju kbir ta’ qdusija u jkunu ta’ edifikazzjoni: b’danakollu, ikteb u nnota tajjeb li l-ferh perfett ma jinstabx f’dan.”
“O fra Leone, li kieku xi hadd mill-Ahwa z-Zghar kellu jaghti d-dawl lill-ghomja, s-smiegh lit-torox u il-mixi liz-zopop, il-kelma lill-muti u haga aktar ta’ l-ghageb, iqajjem ghall-hajja mejtin li jkun ilhom erbat ijiem fil-qabar: ikteb, li l-ferh perfett ma jinstabx f’dan”.
Wara ftit passi ohra, san Frangisk ghajjat aktar qawwi: “O fra Leone, li kieku xi hadd mill-Ahwa z-Zghar kellu jkun jaf l-ilsna kollha, u jkun jaf ix-xjenzi kollha u l-Kotba Mqaddsa, hekk li jkun kapaci jaghmilha ta’ profeta u jaghti taghrif car mhux biss dwar dak li ghandu jigri fil-gejjieni, imma wkoll jaqra fil-kuxjenza u l-imhuh tal-bnedmin: ikteb li lanqas f’dan ma jinstab il-ferh perfett”.
“O fra Leone, harufa ckejkna ta’ Alla, imqar li xi hadd mill-Ahwa z-Zghar kellu jitkellem b’lehen ta’ anglu, u jkun jaf il-mixja tal-kwiekeb u l-qawwa medicinali tal-hxejjex, u jikseb taghrif dwar it-tezori kollha ta’ l-art, u jkun jaf il-kwaliitajiet ta’ l-aghsafar u tal-hut u ta’ l-annimali kollha u tal-gebel u ta’ l-ilmijiet: ikteb li mhux f’dan kollu jinsab il-ferh perfett”.
Terga’ wara ftit san Frangisk sejjah b’ghajta qawija: “U fra Leone, li xi hadd mill-Ahwa z-Zghar kellu jkun jaf jippriedka tant tajjeb, hekk li jdawwar ghall-fidi ta’ Kristu lil dawk kollha li m’ghandhomx fidi fih: ikteb lanqas f’dan ma hemm il-ferh perfett”.
Sadanittant lahqu mxew zewg mili, jitkellmu l-hin kollu b’dan il-mod u fra Leone, mghaggeb ghall-ahhar, staqsieh u qallu: “Missier, nitolbok f’gieh Alla, li tghidli fejn jinsab il-feh perfett”. U san Frangisk tah din it-twegiba: “Meta naslu Santa Maria degli Angeli, mxarrbin ghasra bix-xita u ngazzati bil-kesha u kollna tajn u hama, u mejtin bil-guh, immorru u nhabbtu fuq il-bieb tal-kunvent u l-purtinar kollu rabja jigi u jghidilna: “Min intom?’ U ahna nghidulu: ‘Ahna tnejn minn hutkom’ u hu jghidilna: ‘M’intomx tghidu l-verità, intom zewg brikkuni li dduru u tingannaw id-dinja, u tisirqu l-karità li jaqilghu l-foqra, itilqu minn hawn’. U jibqa’ ma jifthilniex, u jhallina barra ghall-borra u l-ilma, u jkollna nghaddu l-lejl fil-kesha u bil-guh. Imbaghad, kemm-il darba ahna jirnexxilna nsofru bis-sabar dawn l-offizi u dik il-mohqrija u l-imgieba hazina maghna, minghajr ma nithawdu u minghajr ma noqghodu nilmintaw kontrih, u nahsbu bl-umiltà kollha li dak il-purtinar lilna gharafna sewwa min ahna, u li kien Alla li gieghlu jitkellem kontra taghna: O fra Leone, ikteb li hawn jinsab il-ferh perfett.
U li kellna nibghu inhabbtu u hu johrog barra kollu mhawwad u jkeccina bi kliem iebes u daqqiet ta’ harta bhallikieku konna xi nies li ma ahna tajbin ghalxejn hlief biex indejqu ‘l haddiehor u jghidilna: ‘Itilqghu minn hawn, hallelin mill-aghar, morru sibu kemm fil-lazzarett, ghax hawn la se tieklu u lanqas se torqdu’, li kellna nsofru dan kollu bis-sabar u bil-ferh u nibqghu bit-tbissima: o Fra Leone, ikteb li hawn jinsab il-ferh perfett…”
mill-Fjuretti ta' San Frangisk, Kap.VIII Dan ir-rakkont huwa mehud mill-Kapitlu VIII ta’ Il-Fjuretti ta’ San Frangisk, traduzzjoni ta’ P. Guzepp B. Xuereb OFM, Edizzjoni TAU, Malta 1990. Assisi - Dicembru 2002
|
Dan hu l-aktar wiehed maghruf fost il-Fjuretti. Huwa certament dak li l-aktar jesprimi l-esperjenza evangelika ta’ Frangisku, centrata fuq wiehed mill-aktar aspetti karatteristici ta’ hajtu: il-ferh minkejja n-nuqqes ta’ komprensjoni u t-tribulazz-jonijiet li kellu jiltaqa` maghhom, ghall-imhabba ta’ Kristu.
|