San Frangisk - grajjiet

 

<<|werrej|>>


Ir-Regola u il-Hajja

Frangisku jikteb ir-Regola


mill-kitba ta' Patri Albert Sammut OFMConv.


Ir-Regula ta' l-ewwel Ordni

Ir-rhieb kienu ilhom jokorbulu biex jikteb regula gdida, minhabba li dik il-qasira li kellhom (l-ewwel Gabra mill-Vangelu li kien ta 'l uliedu f'Rivotortu) kienet imqaxqxa zzejjed. Ix-xirka, sakemm kienu ghadhom ftit, iktar kienu jfasslu hajjithom fuq l-imgiba ta' Missierhom, ghax il-kelma mhux billi taqraha jew tismaghha. Issa li zdiedu kienu jehtiegu kitba fit-tul u shiha, li tigbor fiha l-hajja tal-Frati Minuri.

 

Ghid il-lum u erga' ghada, sa fl-ahhar Frangisku nizzilha li jiktbilhom fasla ohra, ghad li din ma setgtietx tkun ghajr il-qalba tal-Vangelu.

 

Fis-sena 1221, bil-ghajnuna ta' Cesarju ta' Spira, temm jikteb ir-Regula li baqghet bla Bolla u ghalhekk tissejjah non bullata. Kien fiha tlieta u ghoxrin kapitlu u kienet tigbor fiha; barra mit-twissijiet tal-Missier, dak li l-Ordni lahaq tghallem mit-tigrib sa dak iz-zmien. Madankollu Frangisk innifsu ma kienx ihossha shiha la fil-hsieb u lanqas fir-rabta.

 

Wara xi zmien ingabar fil-hemda ta' Fontekolombu u heda fit-talb u fis-sawm biex il-Mulej jieqaf mieghu u jdawwallu mohhu. Meta hass li sata' jibda l-kitba ta' regula ohra, sieh 'il Lew (Leone) u beda jghidhielu biex ihattitha. Fiha nfisha kienet dik ta' qabel (ir-Regula non bullata); imma iqsar u mqassma ahjar. Din kienet ir-Regula maghrufa u mwettqa minn Onorju III, bil-Bolla Solet annuere fis-sena 1223, u li baqghet dejjem is-sinsla ta' l-ewwel Ordni Frangiskan sal-lum.

 

Intisgu xi leggendi dwar il-kitba ta' Regula ohra, li r-rhieb qatt ma raw b'ghajnejhom ghax Fra Elija, bi htija tieghu, tilifha. Sahanstra San Bonaventura jsemmi xihaga fuq hekk. Issib li nizzilha kif semaghha! Il-kritika tal-lum, madankollu, ma temminhiex u taf min qalaghha hrafa bhal din! Ma rridux ninsew li dik il-habta kien nibet xi tilwim bejn il-Mexxejja u l-Qaddis fuq id-dixxiplina u l-organizzazzjoni ta' l-Ordni. Il-kittieba Spiritwali tghidx kemm ghaggbuh (u bhalhom Sabatier, fi zmien eqreb lejna)! Inqdew bih biex jilmaw huma u l-ohrajn jiddel'lu! Izda mhux ta' min jinhela fuqhom hawnhekk.

 

<<|werrej|>>


Dan ir-rakkont huwa mehud mill-ktieb ta' Albert Sammut OFMConv., San Frangisk t'Assisi, Hajtu, Qdusitu u l-Wirt li halla id-dinja, Religjon u Hajja, Hajjiet 2, 1969;  51.

Assisi: 10.7.2003


Frangisku

jikteb

ir-Regola

 

Din ir-Regula maghrufa

u mwettqa minn Onorju III, bil-Bolla Solet annuere fis-sena 1223,  baqghet dejjem

is-sinsla ta'

l-ewwel Ordni Frangiskan sal-lum.