|
San Frangisk - grajjiet |
|
|
<<|werrej|>>Mahfra ta' AssisiFrangisku jixtieq jibghat lil kulhadd fis-Sema
Il-Mahfra ta' Assisi Mohh Frangisku kien dejjem fit-midinbin u fil-mahfra ta' dnubiethom. Darba minnhom waqt li kien qed jitlob fil-Pozjunkola, Frangisku kellu vizjoni li fiha talab lil Gesù u Marija l-mahfra tad-dnubiet ghall-midinbin niedma. Gesù laqa' t-talba ta' Frangisku u naqraw li baghtu ghand il-Papa biex dan jaghti l-indulgenza plenarja lil dawk il-midinbin li jindmu u jaghmlu zjara fill-kappella tal-Porzjunkola. Id-data ta' din il-grajja ma nafuhiex sewwa, imma aktarx li kien ftit wara l-Koncilju Lateran IV u ftit qabel il-mewl tal-Papa Innocenz li grat f"Perugia fis-16 ta' Lulju 1216.
Frangisku fehem li kif il-Krucjati setghu jaqilghu l-indulgenza plenarja billi jiggieldu ghall-postijiet imqaddsa, hekk ukoll setghu jaqilghuha l-midinbin meta jindmu u jaghmlu penitenza. Il-Papa kien f'Perugia u kien marid mejjet, imma Frangisku mar hemm minn Assisi ma' Masseo, bla ma ghamel l-ebda talba lil Papa ghax dan kien wasal fl-ahhar ta' hajtu. Wara il-mewi ta' Innocenz lahaq Papa gdid jumejn wara, u dan kien Onorjo III, habib kbir u antik ta' Frangisku.
Il-fatti juru li Frangisku kellu personalità kbira u ma kien jaqta' qalbu minn xejn. Malli sar il-Papa gdid, Frangisku mar fil-palazz ta' San Lorenzo f'Perugia u ghamel it-talba tieghu ghalkemm kien jaf li hafna Kardinali kienu kontra l-indulgenza li ried. L-opposizzjoni ta' xi Kardinali kienet kbira, imma fl-ahhar Frangisku gieb kollox fejn ried. L-indulgenza giet moghtija darba fis-sena, fl-anniversarju tad-dedikazzjoni tal-knisja u minghajr ebda offerta ta' flus. Din l-indulgenza li tintrebah nhar it-2 ta' Awissu ta' kull sena baqghet sal-lum maghrufa bhala l-Mahfra ta' Assisi.
|
Frangisku jixtieq jibghat lil kulhadd fis-Sema
|
|