|
San Frangisk - grajjiet |
|
|
<<|werrej|>>Operazzjoni f'GhajnejhFrangisku jbierek lil Huh in-Nar waqt l-operazzjoni kitba ta' Padre Fernando Uribe Escobar OFM Wara diversi gimghat u bl-ghajnuna tal-kura li tatu Klara, Frangisku kien lest li jista' jigi mehud fi Rieti fejn kien hemm it-tobba tal-Papa.
Frate Elia organizza it-trasferiment. F'dawk il-granet fil-belt ta` Rieti kien hemm hafna nies minhabba li kien hemm il-Papa. Meta wasal Frangisku, kulhadd ried jara lill-qaddis li kellu l-pjagi. Anke jekk il-Poverello kellu ghajnejh imghammdin biex jipproteguh mid-dawl, il-folol kienu jduru mieghu u ma jhalluhx bil-kwiet. Ghalhekk Frangisku ittiehed fl-eremitagg ta' Fonte Colombo.
Hemmhekk gew izuruh it-tobba. Tawh hafna medicini, minn dawk li kellhom u li setghu ifejquh, imma l-ebda wahda ma halliet l-effett mixtieq. Fl-ahhar, biex jikkuraw il-marda ta' l-ghajnejn, iddecidew li jaghmulu operazzjoni billi japplikaw bicca hadida tikwi bejn ghajnejh u x-xaghar ta' fuq l-ghajnejn. L-ahwa li kienu mieghu harbu 'l barra imwerwrin biex ma jassistux ghal dik l-operazzjoni terribbli, u anke l-istess Frangisku kien jitrieghed bil-biza' meta sar jaf bid-decizjoni tat-tobba.
Imma meta dawn kienu qeghdin ilestu
l-mehtieg ghall-
Jinghad li meta l-operazzjoni intemmet, it-tobba baqghu mistaghgba quddiem il-qawwa tieghu. Frangisku baqa' Rieti ghal diversi xhur. Fil-herga li jmur ghall-ahjar, kienu jittrasportawh minn post ghall-iehor: il-Palazz ta' l-isqof, id-dar tal-qassis ta' San Fabiano u mill-gdid Fonte Colombo. Kullimkien kienu joffrulu l-aqwa kura u attenzjoni, imma ma kienux jinnutaw li gej ghall-ahjar; is-sahha tieghu bdiet tmur ghall-aghar minn jum ghall-iehor.
Tentattivi godda fi Siena Il-Kardinal Ugolino u frate Elia kienu imhassbin meta jaraw li l-qaghda ta' Frangisku ma kienet xejn tajba. Ghaldaqstant, meta c-cirkustanzi kienu jippermettu, lejn il-bidu tar-rebbiegba ta' l-1226, huma ittrasferew lil Frangisku fi Siena fejn kien hemm tabib famuz hafna. Kien mehtieg li huma jippruvaw kollox.
Matul din il-waqfa fi Siena, f'nofs l-ugigh u taqlib kbir ta' l-istonku, Frangisku ghadda lejl li fih kien wasal qrib il-mewt. L-ahwa bdew jibku minghajr farag, ghaliex huma bdew jesperimentaw x'ikun ifisser ghalihom jekk Frangisku jhallihom darba ghal dejjem. Imma malli dan seta' jiftah fommu, kellimhom biex ifarraghom b'lehen miksur u berikhom, filwaqt li wissiehom biex jibqghu dejjem shah fl-imhabba lejn xulxin, fil-faqar li weghdu, u li ma jitbieghdu qatt milli jobdu lil Ommna l-Knisja (dan il-kliem huwa migbur fit-Testment z-zghir imsejjah ta' Siena).
Lanqas fi Siena ma rnexxielu jiehu sahhtu: sadanittant il-jiem ta' hajja ta' Frangisku bdew dejjem jonqsu. In-nies ta' Assisi, li kienu qeghdin isegwu bi preokkupazzjoni l-vjaggi ta' dan sehibhom, baghatu delegazzjoni ta' kavallieri armati biex jiehdu l-gisem tieghu, ghaliex huma riedu jharsu l-fdalijiet tal-qaddis bil-pjagi fi hdan il-hitan taghhom. Ir-ritorn kien mimli tbatija u sar bicca bicca minhabba l-qaghda mill-aghar tieghu. Fuq kollox kien mehtieg li jinstabu postijiet friski biex Frangisku jevita s-shana tas-sajf.
Frangisku qatta' ftit granet fl-eremitagg qrib Cortona, f'dak ta' Bagnara biex imbaghad jigi trasferit fiz-zona ta' Satriano. Minn kullimkien bdew jigu l-persuni biex jarawh u biex jitolbu l-barka tieghu.
Dan ir-rakkont huwa mehud mill-ktieb ta' Fernando Uribe Escobar OFM, Frangisku, Hajja li tisfidak, maqlub ghal Maltin minn Noel Muscat OFM, Edizzjoni Tau, 1995, 117-120. Assisi: 10.7.2003 |
Fl-ahhar, biex jikkuraw il-marda ta' l-ghajnejn, iddecidew li jaghmulu operazzjoni billi japplikaw bicca hadida tikwi bejn ghajnejh u x-xaghar ta' fuq l-ghajnejn.
Frangisku jibierek lil Huh in-Nar waqt l-operazzjoni.
"Hija n-nar: inti kbir u mehtieg: jiena nhobbok. gib ruhek sewwa mieghi; naqqas is-shana tikwi tieghek biex ma tahqarnix u nkun nista' nissapportiha".
|
|