San Frangisk - grajjiet

 

<<|werrej|>>


L-Ghanja tal-Hlejjaq

Frangisku jistieden il-holqien biex ifahhar 'il Alla


mill-kitba ta' Patri Albert Sammut OFMConv.


Il-faqgha ta' l-hena u l-Ghanja

X'ma ferahx il-Qaddis bil-bxara tal-Mulej? Mhux ghax hajtu kienet waslet fit-tmiem, izda ghax ftit kien ghad baqaghlu biex jinghaqad m'Alla ghal dejjem. Ta' poeta li kien, ried jinqeda b'ilsien il-hlejjaq biex jgholli l-kobor tal-Mulej u jizzih hajr f'isem il-holqien kollu. U r-rhieb fehmu li Missierhom kien ghadu dak li huma kienu jafu. B'kemm kien itih lehnu u bil-kisra li sata' johrog minn fommu, beda jinseg u jghanni. l-kobor t'Alla fil-mahluq:

 

- Mulej Hanin, Int l-oghla, tista' kollox

ghalik hu t-tifhir kollu

Ngholluk, il-gieh naghtuk mal-barkiet kollha

 

- Dawn lilek biss jixirqu, l-iktar Gholi;

u hadd l-bnedmin, kollha

ma jisthoqqlu li jsemmik

 

- Mulej, kun imfahhar mal-holqien,

l-iktar m'ohti x-Xemx

li taghmel in-nhar,

u li Inti tiddi fuqna.

 

- Ghax hija sbejha ,

u theggeg bl-isfaq dawl;

naraw fiha, l-aktar Gholi x-xbieha tieghek.

 

- Mulejja, kun imfahhar f'hija l-qamar

u fil-kwiekeb;

ghamilthom Inti fis-smewwiet; leqqiena,

b'tizjin u gmiel is-sema Inti frixthom.

 

- Mulejja, kun imfahhar f'hija r-rih,

fiz-ziffa, s-shab u d-difa, u f'kull ajru,

li minnu Inti tnewwel 'il hlejqietek

l-ghaxa li jghaddu bih.

 

- Mulejja, kun imfahhar f'hija l-ilma;

huwa mehtieg qatigh,

siefel, ta' siwi u safi.

 

- Mulejja, kun imfahhar f'hija n-nar,

li Inti ddawwal bih dalmet il-lejl;

hu sbejjah u harkien, qawwi u fernieq.

 

- Mulejja, kun imfahhar f'ohti l-art;

hi ommna, hija zzommna u tmexxina,

hi ttammar il-ghelejjel u ssajjarhom,

hija tlewwen bil-ward u tnibbet l-ahdar.

 

- Mulejja, kun imfahhar f'dawk li jahfru

ghax ihobbuk,

u li fil-mard u l-ghali

isibu x'igarrabhom;

imberkin dawk li jgerrghu l-hbit bis-sliem,

ghax minnek, l-iktar Gholi,

jiehdu l-klila bi hlas.

 

- Mulejja, kun imfahhar f'ohtna l-mewt tal-gisem;

li ma thallix haj wiehed jaharbilha.

 

- Hazin ghal dawk illi mill-mewt jinqabdu

fid-dnubiet mejta;

imberkin dawk li jkunu marbutin

mar-rieda mqaddsa tieghek,

ghax il-mewt l-ohra ma taghmlilhomx hsara.

 

- Fahhru u bierku 'l Mulejja;

u izzuh hajr, ilkoll;

kunu gwejdin, agduh*!

 

Frangisk firex b'dal-kliem hieles il-ghana ta' go fik. Far bil-ferh u ferra' il-kobor ta' qalbu bi kliem li jhaddan is-smewwiet ma' l-art. Ahna ma nfissruhx, ghax nibzghu li bi kliemna ntaqqluh jew nghajbulu s-safa ta' hsebijietu. Inheg'gu l-qarrej jghaddih bil-mod il-mod u jixxieghel bi hsiebu biex jifhmu fil-wesgha u fit-tul.

 

nota * Il-Ghanja tal-hlejjaq qlibnieha kif tinsab miktuba fil-Kodici 338, t'Assisi. Gibnieha kollha f'daqqa, bla ma qsamnieha fi tlieta: I. Il-veres li jghollu l-Mulej fil-hlejjaq; II. Il-veres tal-mahfra; u III. Il-veres dwar il-mewt. Hemm min jahseb li din il-Ghanja kellha tliet waqtjiet fin-nisel taghha, u mhux kulhadd jaqbel fuq l-imkien li nkitbet fih. Ahna nxaqilbu ghal San Damjan, ghalkemm it-tieni u t-tielet bicca aktarx inkitbu band'ohra.

 

Dwar l-Ghanja tal-Hlejjaq ara wkoll:

  L-Ghanja tal-Hlejjaq

Cantico delle Creature - maqlub ghal Malti minn awturi differenti (1-7)

 

<<|werrej|>>


Dan ir-rakkont huwa mehud mill-ktieb ta' Albert Sammut OFMConv., San Frangisk t'Assisi, Hajtu, Qdusitu u l-Wirt li halla id-dinja, Religjon u Hajja, Hajjiet 2, 1969;  63-66.

Assisi: 10.7.2003


Frangisku

jistieden

il-holqien biex ifahhar

'il Alla

 

- Mulej,

kun

imfahhar mal-holqien.