|
San Frangisk - grajjiet |
|
|
<<|werrej|>>Il-Laqgha ma' Ohtu l-MewtFrangisku jiftah idejh biex jghannaq lil Ohtu il-mewt mill-kitbiet ta' San Bonaventura u tal-Beatu Tumas minn Celano Il-Laqgha ma' Ohtu l-Mewt
Mill-kitbiet ta' San Bonaventura Legenda Maior XIV, 5
Meta qorbot is-siegha tal-mewt tieghu, talab li jissejhu madwaru l-patrijiet kollha li kienu hemm, u filwagt li tennielhom kliem ta' farag ghall-mewt tieghu li kienet waslet, b'ghozza tassew ta' Missier heggighom biex ihobbu 'l Alla; tkellem fit-tul fuq il-pacenzja, fuq il-faqar u fuq il-fedelta li kellu jkollhom lejn il-Knisja Mqaddsa Rumana, b'ghozza kbira lejn il-Vangelu li ghalih kien jigi qabel kollox.
Imbaghad sallab u firex idejh fuq il-patrijiet migburin madwaru u bis-setgha u fl-Isem ta' l-Imsallab berikhom ilkoll, dawk li kienu hemm u dawk tal-boghod. U ssokta jghidilhom: "Uliedi, zommu shih fil-biza' tal-Mulej u ibqghu fih dejjem. U billi t-tentazzjoni ma ddumx ma ggarrabkom, henjin intom jekk tissuktaw f dak li bdejtu. Jien stess sejjer ghand Alla u lilkom ilkoll nerhikom fil-grazzja tieghu".
Hekk kif temm din it-twissija helwa, il-bniedem bil-bosta ghaziz ghal Alla, ried li jingieb il-Ktieb tal-Vangelu u talab li tinqralu dik is-silta ta' San Gwann li tibda: " Qabel il-festa tal-Ghid". Imbaghad hu, mill-ahjar li seta', infexx b'lehen gholi fi kliem is-Salmi "B'lehen qawwi fill-Mulej insejjah" u ssokta jghidu sa l-ahhar kliem" madwari jduru l-gusti, ghax int timxi tajjeb mieghi".
Hekk mitmuma fiha l-misteri kollha, dik ir-ruh il-qaddisa bil-bosta, mahlula mill-gisem, giet milqugha fid-dija tas-sebh ta' Alla, u dan ir-Ragel qaddis raqad fil-Mulej.
Mill-Kitbiet tal-Beatu Tumas minn Celano Vita II, 8
Gara li l-kelma tal-Mulej, li kienet mgharrfa minn zmien qabel lil Fra Frangisk, kienet waslet biex issehh. Ghalhekk, kif kien qieghed jistrieh ghal ftit jiem f’imkien ghaziz bil-bosta, xhin hass il-mewt, sejjah lil tnejn minn hutu u wliedu gheziez fost il-bqija, u talabhom jghannulu bi spirtu ta' ferh u b'lehen shih ghanjiet il-Mulej ghall-mewt fil-qrib u ghall-hajja li kienet ga fegget. U hu, kif seta', infexx jghanni s-salm ta' David: "B'lehen qawwi lilt-Mulej insejjah, b'lehen qawwi lill-Mulej nitlob".
Wiehed mill-ahwa li kienu madwaru, li l-Qaddis kien ihobb b'imhabba kbira, xhin gharaf li t-tmiem tieghu kien fil-qrib qallu: "Missier twajjeb, l-ulied sa jibqghu bla missier, sa jinsterqilhom dawl ghajnejhom. Ftakar ghalhekk, fl-ulied iltiema li sa thalli warajk, ahfrilhom htijiethom kollha u farraghom ilkoll, 'l dawn ta' madwarek u 'l-bqija tal-boghod, bil-barka qaddisa tieghek”. Ghal dan il-kliem, il-Qaddis wiegeb: "Ara ibni, Alla qieghed isejjahli; lill-ahwa tieghi kollha, tal-boghod bhal dawn hawn migbura, nahfrilhom kull nuqqas u htija, u kif nista', inhollhom minn kull rabta; u int filwaqt li tgharrafhom b'dan, berikhom ilkoll f'ismi".
Talab fl-ahhar li jingieb il-Ktieb ta' l-Vangelu u ried li tinqralu dik is-silta ta' San Gwann li tibda hekk: "Sitt ijiem qabel il-Ghid, billi kien jaf Gesù li kienet waslet is-siegha tieghu biex jghaddi minn din id-dinja ghal ghand il-Missier". Talab imbaghad li jqeghduh fuq hasira u jroxxu l-irmied fuqu, hu kien qorob biex jerga' jsir trab u rmied. Sadattant ingabru ftit ftit il-patrijiet kollha, li taghhom hu kien Missier u Mexxej, ilkoll jistennew fis-skiet it-tluq qaddis u t-tmiem hieni tieghu, meta r-ruh tieghu l-izjed qaddisa, mehlusa mill-irbit tal-gisem, inhatfet f'dija ta' dawl, fil-wagt li gismu raqad fil-Mulej.
Valletta 13.9.2006 |
Frangisku jiftah idejh biex jghannaq lil Ohtu il-mewt
|
|