|
San Frangisk - L-Ghanja tal-Hlejjaq |
|
|
<<|werrej|...ikompli ara li jmiss - 2 >> Cantico delle Creature - 1L-Ghanja tal-Hlejjaq maqluba ghall-Malti minn diversi awturi maqlub minn Patri Albert Sammut OFMConv. L-Ghanja tal-Hlejjaq
- Mulej Hanin, Int l-oghla, tista' kollox ghalik hu t-tifhir kollu Ngholluk, il-gieh naghtuk mal-barkiet kollha
- Dawn lilek biss jixirqu, l-iktar Gholi; u hadd l-bnedmin, kollha ma jisthoqqlu li jsemmik
- Mulej, kun imfahhar mal-holqien, l-iktar m'ohti x-Xemx li taghmel in-nhar, u li Inti tiddi fuqna.
- Ghax hija sbejha , u theggeg bl-isfaq dawl; naraw fiha, l-aktar Gholi x-xbieha tieghek.
- Mulejja, kun imfahhar f'hija l-Qamar u fil-Kwiekeb; ghamilthom Inti fis-smewwiet; leqqiena, b'tizjin u gmiel is-sema Inti frixthom.
- Mulejja, kun imfahhar f'hija r-Rih, fiz-ziffa, s-shab u d-difa, u f'kull ajru, li minnu Inti tnewwel 'il hlejqietek l-ghaxa li jghaddu bih.
- Mulejja, kun imfahhar f'hija l-Ilma; huwa mehtieg qatigh, siefel, ta' siwi u safi.
- Mulejja, kun imfahhar f'hija n-Nar, li Inti ddawwal bih dalmet il-lejl; hu sbejjah u harkien, qawwi u fernieq.
- Mulejja, kun imfahhar f'ohti l-Art; hi ommna, hija zzommna u tmexxina, hi ttammar il-ghelejjel u ssajjarhom, hija tlewwen bil-ward u tnibbet l-ahdar.
- Mulejja, kun imfahhar f'dawk li jahfru ghax ihobbuk, u li fil-mard u l-ghali isibu x'igarrabhom; imberkin dawk li jgerrghu l-hbit bis-sliem, ghax minnek, l-iktar Gholi, jiehdu l-klila bi hlas.
- Mulejja, kun imfahhar f'ohtna l-mewt tal-gisem; li ma thallix haj wiehed jaharbilha.
- Hazin ghal dawk illi mill-mewt jinqabdu fid-dnubiet mejta; imberkin dawk li jkunu marbutin mar-rieda mqaddsa tieghek, ghax il-mewt l-ohra ma taghmlilhomx hsara.
- Fahhru u bierku 'l Mulejja; u izzuh hajr, ilkoll; kunu gwejdin, aqduh!
Ruma: 1969 Dan ir-rakkont huwa mehud mill-ktieb ta' Albert Sammut OFMConv., San Frangisk t'Assisi, Hajtu, Qdusitu u l-Wirt li halla id-dinja, Religjon u Hajja, Hajjiet 2, 1969; 63-66. Assisi 11.7.2003 |
Cantico delle Creature maqlub ghal Malti minn Patri Albert Sammut OFMConv.
|
|