San Frangisk - L-Ghanja tal-Hlejjaq

 

<<|werrej|

<< mur lura ghal ta' qabel - 1...ikompli ara li jmiss - 3 >>


Cantico delle Creature - 2

L-Ghanja tal-Hlejjaq

maqluba ghall-Malti minn diversi awturi


test li jidher fil-Liturgija tas-Sighat, Proprju Frangiskan*


L-Ghanja tal-Hlejjaq

 

Twajjeb Mulej, Int l-oghla, tista' kollox,

ghalik il-barka, s-sebh, tifhir u gieh;

jixirqu lilek biss, u l-ebda bniedem

ma jlissen b'hila l-gmiel t'ismek sabih.

 

Hallihom ifahhruk il-hlejjaq kollha,

u l-aktar id-dawl sfiq ta' Ohtna x-Xemx

li twelled il-jum gdid, u bl-isfa dija

turi, Mulej, li oghla minnek m'hemmx.

 

Mulejja, tkun imfahhar f'Huna l-Qamar,

fil-kwiekeb sbieh go sema kbir, leqqien;

u f'Huna r-Rih, fis-shab, f'taqlib, fi bnazzi

li bihom tghajjex, b'seher, il-holqien.

 

Mulej, ha tkun imfahhar f'Huna l-Ilma,

irzin u safi wisq, mehtieg qatigh;

u f'Huna n-Nar li jaghti d-dawl fl-iljieli,

sbejjah u kollu hajja, qawwi, shih

 

U f'Ohtna l-Art, Mulej, ha tkun imfahhar;

ahna nqisuha wkoll b'Ommna hanina

la hi minn hdanha trodd, biex ahna nghixu,

hxejjex, ilwien ta' ward, u l-frotta bnina.

 

Mulej, ha tkun imfahhar f'dawk li jahfru

u f'dawk li jgarrbu l-mard u kull tbatija

bla jgemgmu xejn, u dejjem ghal imhabbtek;

taghtihom Int kuruna ta' tgawdija.

 

Ha tkun imfahhar f'Ohtna l-Mewt tal-gisem

li jahrab minnha qatt ma jista' l-bniedem;

hazin ghal dak li jmut fid-dnub il-mejjet,

imbierek min imut fis-sliem u niedem.

 

Imbierek min il-Mewt issibu jaghmel

ir-rieda mqaddsa Tieghek bl-akbar hrara,

ghax jigi go Saltnatek; il-mewt l-ohra

titwarrab minnu bla taghmillu hsara.

 

Ejjew infahhru lill-Mulej u Sidna

u nizzuh hajr, ghal dejjem inberkuh;

bla xejn kburija f'qalbna, b'qima kbira

ninxtehtu lkoll f'riglejh sabiex naqduh.



Dan it-test huwa mehud mill-innu tat-Tifhir ta' Sbieh il-Jum fl-Okkazjoni tal-Festa ta' San Frangisk, 4 ta' Ottubru mill-ktieb: Litugija tas-Sighat, Proprju Frangiskan, Malta 1980. * Nota dwar l-awtur: f'dan it-testi tal-litugija mhux indikat min huwa l-awtur ta' l-innu, madankollu minn informazzjoni ta min joqghod fuqha huwa cert li l-awtur mhu hadd hlief Patri Marjan Vella OFM.  Dan it-test deher wkoll fil-ktieb ta' Patri Alexander Bonnici OFMConv, San Frangisk t'Assisi (1182-1226), Religjon u Hajja, Hajjiet 16, Malta 1989, 16-18 u dak ta' Noel Muscat, Bierku lill-Mulej: Nitolbu ma’ Frangisku u Klara t’Assisi, Edizzjoni TAU, Malta 1999, pp. 10-11. U huwa l-istess test li jidher fil-Kanitku numru 9 f'dawn il-pagni ara wkoll in-nota fl-istess Pagna.

Assisi -11.7.2003 


Cantico delle Creature

test li jidher fil-Liturgija tas-Sighat, Proprju Frangiskan