San Frangisk - L-Ghanja tal-Hlejjaq

 

<<|werrej|

<< mur lura ghal ta' qabel - 2...ikompli ara li jmiss - 4  >>


Cantico delle Creature - 3

L-Ghanja tal-Hlejjaq

maqluba ghall-Malti minn diversi awturi


maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMConv.


L-Ghanja tal-Hlejjaq

 

L-Aktar gholi, Mulej twajjeb, li tista' kollox

tieghek is-sebh, il-glorja u l-gieh u kull barka.

Lilek biss, l-Aktar gholi, jixirqu

u l-ebda bniedem mhu dehen imqar ilissen.

 

Tifhir lilek, Mulejja, mal-hlejjqa kollha,

l-aktar m'Ohtna x-Xemx,

li twelled il-jum u biha ttina d-dawl

u hija sbejha u tghammex b’dija sfieqa!

Tixbah lilek, l-Aktar Gholi.

 

Tkun imfahhar,

Mulejja, f’Huna l-Qamar u l-Kwiekeb.

li fis-sema sawwarthom ileqqu, ghonja u sbieh.

 

Tkun imfahhar,

Mulejja, f’Huna r-Rih,

u fl-ajru msahhab, fil-bnazzi u f’kull xorta ta’ temp,

li bihom Int tghajjex kull mahluq.

 

Tkun imfahhar,

Mulejja,  f’Huna l-Ilma,

hekk mehtieg u umli, siwi u safi.

 

Tkun imfahhar,

Mulejja, f’Huna n-Nar,

li bih, Int, iddawwal il-lejl,

hu sbejjah u laghbi, robust u qawwi.

 

Tkun imfahhar,

Mulejja, f’Ohtna Ommna l-Art,

li tghajjixna u tmexxina,

u taghti kull xorta ta’ frott ma’ ward u hxejjex imlewwna.

 

Tkun imfahhar, Mulejja,

f’min lest jahfer ghal imhabbtek,

u f'min igarrab mard u tbatija.

Hienja dawk iggarrbu kollox fis-sliem

ghax minnek, l-Aktar Gholi, jkunu nkurunati.

 

Tkun imfahhar,

Mulejja, f’Ohtna l-Mewt tal-gisem,

li minnha l-ebda haj ma jista' jahrab.

Hazin ghal min imut fid-dnub il-mejjet.

Hienja dawk li l-mewt issibhom

jaghmlu r-rieda mqaddsa tieghek,

ghax il-mewt l-ohra ma taghmlilhom l-ebda hsara.

 

Fahhru u bierku, l-Mulej, u roddlu hajr

u aqduh bl-akbar umiltà.

 

Assisi: Dicembru 2003

 


Assisi 11.7.2003


Cantico delle Creature

maqlub

ghal Malti

minn

Fr Thomas Calleja OFMConv.