|
San Frangisk - Rabta ma' Madonna Povertà |
|
|
<<|werrej|>>...ikompli fit-tieni parti >>Ir-rabta ta’ San Frangiskma’ Madonna Povertà (1)Sacrum Commercium Sancti Francisci Cum Domina Paupertate traduzzjoni ta' Patri Edmund Teuma OFMConv Hija kitba allegorika medjevali, li ma nafux min kitibha u meta kitibha, izda li aktarx li nkitbet xi darba bejn l-1260 u l-1270. Hija mizghuda b’siltiet mehudin mill-Kotba mqaddsa, mil-liturgija u mit-tradizzjoni tal-Knisja. Il-kitba turina l-hsieb ta’ San Frangisk ta’ Assisi dwar il-faqar tal-Vangelu, kif ghexuh hu u l-ewwel dixxipli tieghu b’mod radikali, u kif xtaq li jghixuh dawk li gew warajh. Il-faqar jiehu ghamla ta’ persuna f’Madonna Povertà, li fl-opra hi mfissra bhala sies u harriesa ta’ kull virtu’ u sultana ta’ qawwa kbira li lilha l-Mulej wieghed is-saltna tas-smewwiet. Fil-kitba naraw car kif San Frangisk u shabu gabu ruhhom ta’ veri kavalieri ma’ din id-dama ta’ qalbhom. Din il-bicca xoghol influwenzat mhux biss lil xi kitbiet ohra li llum nghodduhom mal-ghejjun Frangiskani, izda sahansitra lil Dante Alighieri (1265-1321) f’certi partijiet tad-Divina Commedia.
Fil-qosor l-allegorija ggibilna quddiem ghajnejna lil San Frangisk li, flimkien ma’ shabu, johrog ifittex lill-faqar (= Madonna Povertà), u jibda jistaqsi ghalih lil kull min jara ghaddej. Izda hadd ma jrid jghidlu xejn. Hadd ma jrid jaf bil-faqar, la l-ghonja u lanqas l-ghorrief, li mohhhom biss f’zaqqhom u fil-pjaciri tad-dinja. Zewgt ixjuh foqra jaghtuhom parir jibqghu mexjin u telghin lejn il-quccata ta’ gholja li fuqha kien jghammar il-faqar. Hekk kif jiltaqa’ maghhom il-faqar jirrakkontalhom l-istorja ta’ hajtu minn Adam sa Kristu, u minn Kristu sat-twaqqif ta’ l-ordnijiet monastici li issa thassru ghax tilfu l-ispirtu taghhom tal-bidu. Fl-ahharnett il-faqar, dejjem ippersonifikat f’Madonna Povertà, ihalli lil San Frangisk u ’l shabu jehduh fejn jghammru u hemm huwa joqghod ghall-ikel maghhom u jheggighom biex jibqghu jiehdu hsieb il-grazzja li qalghu.
Sacrum Commercium Sancti Francisci Cum Domina Paupertate Prologu1. Fost il-hafna virtujiet kbar u maghrufa, li fil-bniedem ihejju post xieraq fejn jghammar Alla u juru triq ahjar biex wiehed jimxi fiha, li twassal b’aktar heffa lejn il-Mulej, il-Povertà mqaddsa, min-natura taghha, toghla ’l fuq mill-ohrajn kollha u tisboq il-merti taghhom. Ghax il-povertà hija s-sies u l-harriesa ta’ kull virtù u bil-jedd kollu isimha jigi fl-ewwel post fost il-virtujiet imsemmija fil-Vangelu. Il-virtujiet l-ohra kollha, meta huma msejsa fuq il-povertà, ma ghandhom xejn minn xiex jibzghu: u la mix-xita, la jekk ifuru x-xmajjar, u lanqas jekk jonfhu l-irjieh b’sahhthom kollha.
2. U dan bir-ragun, ghax l-Iben ta’ Alla, il-Mulej ta’ l-ezercti u s-Sultan tal-glorja, meta gie fid-dinja biex jaghti s-salvazzjoni, mar ifittex il-Povertà, sabha u habbha fuq kull haga ohra. U meta beda jippriedka huwa qieghed sewwa sew il-Povertà bhala torca f’idejn dawk li kienu sa jimxu fit-triq tal-fidi, u lilha qieghed bhala l-ewwel gebla fis-sisien tad-dar. U filwaqt li lill-virtujiet l-ohra ghamlilhom biss il-weghda tas-Saltna tas-smewwiet, lill-Povertà tahielha minghajr ma qaghad jitlajja. Hu qal: “Henjin il-foqra fl-ispirtu ghax taghhom hija s-saltna tas-smewwiet.”
3. Bil-jedd kollu s-saltna tas-smewwiet hija ta’ dawk li ghax iridu, b’fehma safja u b’xewqa li jiksbu l-hena ta’ dejjem, jichdu ghal kollox il-gid ta’ din id-dinja. Hu mehtieg li min ma jqis xejn il-gid tad-dinja jghix bil-gid tas-sema, li min iqis bhala hmieg kull haga materjali u jichad il-gid kollu tad-dinja sa minn dan it-turufnament iduq il-hlewwa tal-frak li jaqa’ mill-mejda ta’ l-angli mqaddsa, u b’hekk ikun jixraqlu jduq kemm hu helu u tajjeb il-Mulej. Dan hu tabilhaqq id-dhul fis-saltna tas-smewwiet. Minn dan wiehed ikun zgur li sa jiret is-saltna ghal dejjem. Din hi t-tgawdija minn qabel tal-qdusija fil-hena taz-zmien li gej.
4. Ghalhekk San Frangisk, bhala imitatur u dixxiplu tal-Feddej, fil-bidu tal-konverzjoni tieghu ntafa’ jfittex lill-imqaddsa Povertà b’imhabba kbira. Hu kien imxennaq li jsibha u jaghmilha tieghu ghal kollox bla ma jibza’ minn xkilijiet u perikli, bla ma jahrab jew jistmell it-tbatijiet tal-gisem. Kellu tama li fl-ahhar jasal hdejn dik li lilha l-Mulej taha l-imfietah tas-Saltna tas-smewwiet.
San Frangisk Jitgharraf dwar il-Povertà 5. Bhal kixxief biezel u attent, beda jdur fit-triqat u l-pjazez, ifittex il-mahbuba ta’ qalbu. Beda jistaqsi lil dawk li kienu fit-triq u jghid lil min kien ghaddej: “Rajtuha xejn lill-mahbuba ta’ qalbi?” Imma dak it-tahdit ma fehmuhx, bhallikieku kien b’ilsien barrani. U ghalhekk qalulu: “Sieheb, m’ahniex nifhmu x’int tghid. Kellimna b’ilsienna u nwegbuk.”
F’dak iz-zmien ulied Adam la kellhom lehen u la rieda biex jitkellmu bejniethom dwar il-povertà. Kienu joboghduha b’qalbhom kollha, bhalma jaghmlu llum ukoll, u ma kellhom hila lanqas jghidu kelma tajba wahda lil min jistaqsi ghaliha. Ghalhekk wegbuh bhalma jwiegbu lil xi gharib, u qalulu li ma jafu xejn dwar dak li staqsiehom.
6. “Ha ndur lejn il-kbar u l-ghorrief,” qal imbaghad San Frangisk, “u nkellem lilhom. Ghax huma jafu triq il-Mulej u l-ligi ta’ Alla tagghhom u ghandu mnejn li l-ohrajn huma baxxi u boloh u ma jafux triq il-Mulej u l-ligi ta’ Alla taghhom.”
Izda meta ghamel hekk, dawk wegbuh b’ton aktar iebes: “Dan x’taghlim stramb gejt issemmghalna? Jalla l-povertà li qieghed tfittex tibqa’ mieghek u ma’ wliedek u ma’ nislek warajk! Ahna nixtiequ ngawdu l-pjaciri sal-ahhar u rridu l-ghana bil-kotra, ghax hajjitna qasira u kollha niket, u meta l-bniedem imut m’hemm ebda post ghalih fejn jiehu r-ruh. Ahna ma sibna xejn ahjar milli nkunu ferhanin, nieklu u nixorbu tul iz-zmien kollu ta’ hajjitna.”
7. Meta San Frangisk sema’ dal-kliem staghgeb bejnu u bejn ruhu u radd hajr lil Alla u qal: “Imbierek int, Mulej Alla, ghax inti dawn il-hwejjeg hbejthom lil min ghandu l-gherf u d-dehen u wrejthom lic-ckejknin! Iva, Missier, ghax lilek hekk ghogbok! Mulej, missier hajti u sidha, titlaqnix xhin insib ruhi quddiem gemghathom u thallinix naqa’ fil-misthija, imma bi grazzja tieghek hallini nsib dak li qed infittex, ghax jien qaddej tieghek u iben il-qaddejja tieghek.”
8. Hareg, mela, San Frangisk, mill-belt u b’pass imghaggel wasal f’qasam, fejn mill-boghod lemah zewgt irgiel xjuh bilqieghda. Kienu milqutin b’ghaja kbira. Wiehed minnhom qal: “Fuq min sa nitfa’ harsti, jekk mhux fuq il-fqir u fuq min ghandu l-indiema f’qalbu u min jitrieghed ghal kelmti?” U l-iehor wiegeb: “Xejn ma gibna maghna f’din id-dinja, u xejn ma nistghu niehdu maghna. Mela jekk ghandna x’nieklu u x’nilbsu, nikkuntentaw b’li ghandna.”
San Frangisk jitlobhomJuruh fejn toqghod il-Povertà9. Kif wasal hdejhom, San Frangisk qalilhom: “Nitlobkom, uruni fejn toqghod Madonna Povertà, fejn tmur tirgha, fejn tistrieh f’nofsinhar, ghax imhabbti ghaliha qed tifnini.”
Imma dawk wiegbu: “Ghaziz huna, ahna ilna bilqieghda hawn ghat-tul ta’ zmien, zewg zminijiet u nofs zmien4, u sikwit rajnieha ghaddejja, ghax bosta kienu dawk li fittxewha. Kultant kienu jkunu hafna dawk li jsehbuha, izda dlonk kienet terga’ tghaddi wahedha u gharwiena, bla zina, bla shab li jwegghuha, bla lbies li jostorha. U kienet tibki biki ta’ mrar u tghid: ‘Ulied ommi tqabdu kontrija.’ U ahna konna nghidulha: ‘Stabar ftit, ghax it-tajba jhobbuk’.”
10. “U issa, ghaziz huna, telghet fuq muntanja kbira u gholja, fejn Alla waqqaf l-ghamara tieghu; hi toqghod fuq il-gholjiet imqaddsa ghax Alla jhobbha aktar mill-ghamajjar kollha ta’ Gakob. Il-gganti ma sehhilhomx imissu l-atar ta’ riglejha, lanqas l-ajkli ma sehhilhom itiru sa ghonqha. Il-povertà hi haga li kull bniedem ikasbarha, ghax hi ma tinsabx f’art dawk li jghixu fil-fsied. Ghaldaqstant tinsab mohbija minn ghajnejhom; l-ghasafar ta’ l-ajru ma jafux biha; Alla biss jaf it-triq, hu biss jaf fejn tinsab.”
11. “Ghalhekk, ghaziz huna, jekk int trid tilhaqha, inza’ l-hwejjeg tal-pjaciri tad-dinja u warrab dak kollu li jtaqqlek u d-dnub li qed jaghlqek, ghax jekk ma tinzax gharwien ma tistax titla’ sa hdejha f’dak l-gholi. Izda billi hi twajba, malajr jarawha dawk li jhobbuha, u jsibuha dawk li jfittxuha. Li tahseb fuqha, ghaziz huna, hu l-aqwa tal-gherf, u min jishar ghaliha malajr jehles mill-hemm. Hu mieghek, mela, xi hbieb fidili, li jistghu jaghtuk xi parir u jghinuk titla’ l-muntanja, ghax miskin hu min hu wahdu! Jekk jaqa’, ma jkollux min iqajmu. Jekk wiehed jaqa’, siehbu biss jista’ jqajmu.”
San Frangisk iheggeg lil hutu12.San Frangisk ghazz il-parir ta’ dawk in-nies setghana, u mar ghazel xi whud li fihom kien jafda bhala shab. Maghhom huwa wasal bla telf ta’ zmien f’riglejn il-muntanja. U qal lil hutu: “Ejjew, ha nitilghu fuq il-gholja tal-Mulej, lejn id-dar ta’ Madonna Povertà, biex tghallimna triqatu u nimxu fil-moghdijiet tieghu.”
U kif uhud minnhom raw li dik il-muntanja kienet wieqfa u gholja qatigh, bdew jghidu wiehed lil iehor: “Min jista’ jitla’ fuq din l-gholja u min qatt jista’ jasal sal-quccata?”
13. San Frangisk fehem kollox u qalilhom: “Dejqa hija triq, j’ahwa, u dejjaq il-bieb li jiehu ghall-hajja, u ftit huma dawk li jsibuha. Twettqu fil-Mulej, u ssahhu bil-qawwa tieghu, ghax kull haga tqila ssir hafifa ghalina. Armu l-gewlaq li fih ir-rieda taghkom u warrbu minn fuqkom it-toqol tad-dnubiet u thazzmu bhala rgiel qawwija. Insew l-imghoddi kollu, garsu ’l quddiem b’sahhitkom kollha lejn il-gejjieni. Jiena nghidilkom li kull post mirfus taht riglejkom ikun taghkom. L-Ispirtu sa jimxi quddiemkom, u Kristu l-Mulej sa jgorrkom sal-quccata tal-muntanja b’rabtiet ta’ mhabba. Haga tal-ghageb, j’ahwa, min jikseb b’xortih il-Povertà. Sa jkun ghalina hafif li nhaddnuha, ghax sidt il-gnus saret issa bhal armla, is-sultana tal-virtù kulhadd ikasbarha u jmaqdarha. Hadd fuq l-art ma jkun hemm li jazzarda jgholli lehnu, hadd ma jqum kontra taghna, hadd bil-jedd ma jista’ jholl din ir-rabta ta’ salvazzjoni. Kasbruha hbiebha kollha u sarulha ghedewwa.” Wara dan il-kliem ilkoll flimkien bdew mexjin wara San Frangisk.
Madonna Povertà tistaghgebB’liema heffa bdew telghin14. Waqt li b’pass tabilhaqq hafif bdew resqin lejn il-quccata tal-muntanja, Madonna Povertà minn fuq nett xirfet u harset ’l isfel lejn il-gnub. U xhin rat lil dawk l-irgiel telghin itiru b’sahhithom kollha, baqghet mistaghhba bil-kbir u qalet: “Min huma dawn li bhal shab jittajru, bhal hamiem lejn il-bejta taghhom? Ili zmien twil ma nara ’l xi hadd bhalhom, u qatt ma rajt lil hadd daqshekk hafif li jtajjar minn fuqu kull toqol. Irrid ghalhekk nghidilhom dak li ghandi f’qalbi, biex ma jisghobbihomx, bhalma gralu haddiehor, li telghu daqshekk fil-gholi bla ma qiesu d-daghbien li jdawwarhom. Naf li ma jistghux jiksbuni minghajr ir-rieda tieghi, izda jkolli xi mertu quddiem Missieri tas-sema jekk naghtihom xi parir li jwassalhom lejn is-salvazzjoni.” U nizel lejha lehen mill-gholi u qal: “La tibzax, bint Sijon, ghax huma nisel li l-Mulej bierku u ghazlu b’imhabba safja.”
15. Ghalhekk, Madonna Povertà mielet mit-tron tal-ghera taghha, laqghethom bil-barka u qaltilhom: “Ghiduli, j’ahwa, x’kien li gejtu ’l hawn, u ghala tlajtu b’daqshekk heffa mill-wied tal-hemm lejn il-gholja tad-dawl? Jaqaw gejtu tfittxu lili, li kif taraw, jien fqajra, imhabbta mill-irwiefen u minghajr ebda farag?”
San Frangisk ifahhar lil Madonna Povertà16. Huma wiegbu: “Ahna gejna ghandek, ja sidtna; nitobuk, ilqaghna bis-sliem. Ahna nixtiequ nsiru qaddejja tal-Mulej tal-qawwa, ghax hu s-Sultan tal-glorja. Smajna ’l min jghid li inti s-sultana tal-virtujiet, u minn dak li naraw dan nistghu nwettquh kull hin. Ghalhekk, mixhutin f’riglejk, nitolbuk bl-umiltà tibqa’ maghna u tkun ghalina wkoll triq li twassalna ghand is-Sultan tal-glorja, hekk bhalma kont triq ghalih, meta hu, ix-xemx tielgha mill-gholi, ried jigi jzur lil dawk li qeghdin fid-dlam u f’dell il-mewt. Nafu tajjeb li tieghek hi l-qawwa u tieghek hi s-saltna, ghax is-Sultan tas-slaten hatrek sultana u sidt tal-virtujiet kollha. Urina biss sinjal tas-sliem u nkunu salvi, u ‘ha jilqaghna dak li bis-sahha tieghek fdiena!’ Jekk taqtaghha li ssalvana, ahna dlonk inkunu hielsa. Ghax l-istess Sultan tas-slaten u Sid tas-sidien, hallieq tas-sema u l-art, tghaxxaq b’wiccek u bi gmielek. Waqt li s-Sultan intasab mal-mejda, ghani u msebbah f’saltnatu, telaq daru, halla wirtu: ghax gieh u ghgana ghandu f’daru. U hekk nizel minn fuq it-tron irjali, u ried imur ifittxek.”
17. “Kbir, ghalhekk, huwa giehek, bla qjies il-gholi tieghek, jekk l-istess Mulej halla l-ordnijiet kollha ta’ l-angli, li minnhom hemm kotra kbira fis-sema, u nizel fl-inhawi baxxi tad-dinja biex ifittex lilek, li kont mixhuta fil-hama u t-tajn, fid-dlamijiet u f’dell il-mewt. Kull bniedem kien joboghdok bil-kbir, kulhadd kien jaharbek, kulhadd jara kif jaghmel biex ikeccik. U ghalkemm xi whud ma sehhilhomx jaharbu minnek ghal kollox, dan ma jfissirx li kienu joboghduk anqas jew li kienu jgerrghuk.”
18. “Izda meta gie l-Mulej ta’ kollox, huwa habrek f’dirghajh u ghollielek rasek ’il fuq fost ir-razez kollha tal-gnus, zejnek b’kuruna bhal gharusa u refghek ’il fuq mis-shab. U ghalkemm bla ghadd huma dawk li joboghduk ghax ma jafux il-qawwa u s-sebh tieghek, int izda ma ghandek xejn x’titlef, ghax int tghammar fuq il-gholjiet imqaddsa, f’imkien fiz-zgur fejn hemm il-glorja ta’ Kristu.” Titli li jwegghu lil Madonna Povertà
19. “Ghalhekk l-Iben tal-Missier l-aktar gholi ha grazzja ma’ gmielek u mieghek biss inghaqad sfiq f’din id-dinja, garrbek u gharaf li inti f’kull haga mill-izjed fidila. Qabel ma nizel fid-dinja mis-sebh ta’ pajjizu, int hejjejt ghalih ghamara xierqa: tron biex joqghod fuqu u sodda fejn jistrieh, jigifieri l-Vergni mill-aktar fqira li minnha twieled biex jixhet id-dija tieghu fuq id-dinja. U hekk kif twieled, int bla telf ta’ zmien mort u lqajtu, biex huwa fik mhux fit-tmellis isib imkien joghgbu. L-Evangelista jgghid: ‘Qeghduh f’maxtura, ghax ma kienx hemm post ghalih fil-lukanda.’ Hekk ukoll, minghajr qatt ma nfridt minnu, dejjem qghadt mieghu, tant li matul hajtu kollha, meta deher fuq l-art u ghammar fost il-bnedmin, ghad li l-volpijiet kellhom l-gherien taghhom u l-ghasafar ta’ l-ajru l-bejtiet taghhom, hu izda ma kellux fejn iserrah rasu. Imbaghad meta hu, li darba kien fetah fomm il-profeti, fetah fommu biex jghallem, lilek l-ewwel wahda ried ifahhar, lilek qabel kulhadd ried isebbhek bil-kliem: ‘Henjin il-foqra fl-ispirtu, ghax taghhom hija s-saltna tas-smewwiet.’”
20. “Meta mbaghad ried jaghzel ghas-salvazzjoni tal-bnedmin xi xhieda tat-taghlim imqaddes tieghu u tal-mod glorjuz ta’ hajtu, ma ghazilx xi negozjanti ghonja, izda ghazel sajjieda foqra, biex b’hekk juri li lilek kulhadd ghandu jhobbok. Fl-ahharnett, sabiex quddiem kulhadd jidhru tjubitek, il-kobor tieghek, il-qawwa u d-dinjità tieghek, u sabiex jintwera li int l-ewwel fost il-virtujiet, u li ebda virtu’ ma tista’ tezisti minghajrek, u li s-saltna tieghek m’hijiex ta’ din id-dinja, izda tas-sema, int biss bqajt maghquda mas-Sultan tal-glorja meta dawk kollha li hu kien ghazel u habb bezghu u telquh. Izda int, gharusa mill-aktar fidila u mahbuba, lanqas ghal waqt wiehed ma tbeghidt minnu. Anzi dak il-hin iggranfajt mieghu b’aktar qawwa, meta rajtu mzeblah bil-kbir minn kulhadd. Kieku inti ma kontx mieghu, qatt ma kienu jzebilhuh daqshekk.”
21. “Int kont mieghu fost iz-zeblih tal-Lhud, it-tkasbir tal-Farizej, ic-canfir tal-qassisin il-kbar; kont mieghu fost id-daqqiet ta’ harta, mieghu xhin bezqulu, mieghu taht is-sawt. Kienet tisthoqqlu l-qima ta’ kulhadd, izda kulhadd dahak bih: int biss farragtu. Inti bqajt mieghu sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib. U sahansitra fuq is-salib - il-gisem gheri, id-dirghajn miftuha, l-idejn u r-riglejn imsammrin mal-ghuda - int batejt mieghu, u xejn ma kellu fih li jaghtih glorja aktar minnek. U fl-ahharnett, meta tela’ s-sema, f’idejk halla s-sigill tas-saltna tas-smewwiet biex taghzel bih lill-mahturin. Biex kull min jixxennaq ghas-saltna ta’ dejjem, jigi ghandek u jitlobhielek, u bis-sahha tieghek ikun jista’ jidhol, ghax hadd ma jista’ jidhol fis-saltna jekk ma jkunx immarkat bis-sigill tieghek.”
22. “Ghalhekk, sinjura, ikollok hniena minna u itbogh fuqna s-sigill tat-tjieba tieghek. Min hu dak l-iblah nieqes mill-ghaqal li ma jhobbokx b’qalbu kollha, int li b’mod dinjituz l-Aktar Gholi ghazlek u hejjiek sa minn qabel iz-zmien? Min jista’ ma jqimekx, ma jaghtikx gieh, jekk Dak li hu meqjum mill-Virtujiet kollha tas-smewwiet libbsek b’gieh daqshekk kbir? Min jista’ ma jqimx bil-ferh l-atar ta’ riglejk, jekk il-Mulej tal-glorja b’umiltà bla tarf resaq lejk, u bi hbiberija kbira nghaqad mieghek, u b’imhabba bla qjies ghamlek tieghu? Ghalhekk nitolbuk, sinjura, ghalih u ghall-imhabba tieghu: f’din il-htiega la tistmellx it-talb taghna, izda ehlisna dejjem minn kull tigrib, inti glorjuza u mbierka ghal dejjem.”
...ikompli fit-tieni parti >>
|
San Frangisk f'rabta ma' Madonna Povertà
|
|