|
San Frangisk - Rabta ma' Madonna Povertà |
|
|
<< lura lejn l-ewwel parti ...ikompli fit-tielet parti >> Ir-rabta ta’ San Frangiskma’ Madonna Povertà (2)Sacrum Commercium Sancti Francisci Cum Domina Paupertate traduzzjoni ta' Patri Edmund Teuma OFMConv It-twegiba ta’ Madonna Povertà
23. Ghal din it-talba Madonna Povertà bil-ferh f’qalbha, bil-hena f’wiccha u bil-hlewwa f’lehinha, wiegbet: “Nistqarrilkom, j’ahwa u hbieb gheziez, li sa mill-ewwel kliem taghkom hassejtni mimlija bil-ferh u mfawra bil-hena, xhin qist il-hegga taghkom u gharaft il-ghan qaddis taghkom. Kliemkom hu ghalija eghzez mid-deheb u minn hagra l-aktar prezzjuza, ohla minn xehda ghasel. Tant li mhux intom qeghdin titkellmu, imma hu l-Ispirtu s-Santu li qieghed jitkellem fikom. Id-dilka tieghu ghallmitkom dak kollu li ghidtu dwar is-Sultan l-Aktar Gholi. Hu bi grazzja ghazilni bhala l-mahbuba tieghu, waqt li nehhieli l-ghajb tieghi mill-art u sebbahni fost il-princpijiet tas-sema.”
24. “Nixtieq, ghalhekk, jekk ma tiddejqux tisimghuni, nghidilkom il-grajja twila, izda mhux fiergha, tal-qaghda tieghi, biex titghallmu kif iggibu ruhkom fid-dinja u toghgbu ’l Alla, intom u taghmlu minn kollox biex ma tharsux lura la ridtu tmiddu idejkom ghall-mohriet.
M’iniex, bhalma hafna jahsbu, horra u nieqsa mit-tahrig, izda ghanja bizzejjed fil-jiem u s-snin biex naghraf id-dinja, il-kotra diversa tal-hlejjaq, u l-bidla taz-zmenijiet. B’tahrig fit-tul, b’dehen mill-aktar fin, u bi grazzja xierqa jien naghraf it-tahrik ta’ qalb il-bniedem.”
Il-Grajja ta’ Madonna Povertà fil-Genna ta’ l-art
25. “Darba kont nghammar fil-genna ta’ Alla tieghi, fejn kien hemm il-bniedem gheri, anzi fil-bniedem u mal-bniedem gheri kont nimxi ’l hawn u ’l hinn madwar dak il-gmiel tal-genna, minghajr bezghat jew incertezzi jew hsieb ta’ xi zvintura. Kelli f’mohhi li nibqa’ mieghu dejjem, ghax l-Aktar Gholi halqu gust, tajjeb, gharef, u qieghdu f’imkien ta’ gmiel bla tarf li jghaxxaq. Kont imfawra bil-ferh u kienet l-ghaxqa tieghi quddiemu l-hin kollu, ghax billi ma kellu xejn, kien kollu kemm hu ta’ Alla.”
26. “Izda, b’xorti hazina, inqalghet minn taht ir-rih dizgrazzja li qatt ma nstemghet bhalha mill-holqien tal-bniedem. Dak il-hajjen, li darba minhabba l-gmiel tieghu tilef gherfu ghal dejjem u tkecca mis-sema, dahal f’serpent u bil-qerq garrab lill-bniedem biex jaghmel bhalu u jikser il-ligi ta’ Alla. Dak l-iblah emmem lil min tah parir hazin u tah widen. Huwa nesa lil Alla, il-hallieq tieghu, u mexa fuq l-ezempju ta’ l-ewwel qarrieq li kiser il-ligi. Fil-bidu kien gharwien, tghid dwaru l-Kitba mqaddsa, izda ma kienx jisthi, ghax l-innocenza tieghu kienet shiha. Izda hekk kif dineb, intebah li kien gharwien, u bil-misthija mar jigri jaghmel l-ihzma mill-weraq tat-tin.”
27. “Ghalhekk kif rajt lil siehbi rvellat u miksi bil-weraq, ghax xejn aktar ma kellu, jiena tbeghidt minnu u qghadt narah mill-boghod bid-dmugh f’ghajnejja. Qghadt nistenna ’l min jigi jehlisni mid-dwejjaq tar-ruh u minn tempesta qalila.
F’daqqa wahda gie mis-sema hoss bhal ta’ rih qawwi li hezhez il-genna, u mieghu dawl ghammiex li hareg mis-sema. U harist u rajt il-Mulej tal-glorja jitlajja fil-genna ghaz-ziffa tal-jum. Kien hekk jiddi bil-glorja li hadd ma jista’ jfisser. Mieghu kien hemm qtajja’ kbar ta’ anzli li kienu jfahhruh b’lehen gholi u jghidu: Qaddis, Qaddis, Qaddis, il-Mulej Alla ta’ l-ezercti, l-art kollha mimlija bis-sebh tieghek. Eluf ta’ eluf kienu jaqduh u miljuni qaghdu madwaru.”
28. “Imbezzgha u mrieghda, dan nistqarru, beda jhossni hazin bil-ghazeb u l-biza’, u bir-roghda u b’qalbi ttaqtaq, ghollejt lehni mill-qiegh nett u ghajjatt: ‘Mulej, hniena; Mulej, hniena. Tressaqx ghall-haqq lill-qaddej tieghek, ghax ebda bniedem ma hu gust quddiemek.’ U hu qalli: ‘Mur inheba ghal ftit, sa ma jghaddi l-ghadab tieghi.’ U minnufih sejjah lil siehbi u qallu: ‘Adam, fejn int?’ U wiegeb: ‘Smajt lehnek, Mulej, u bzajt ghax jien gharwien u nhbejt.’ Kien tabilhaqq gharwien ghax huwa u niezel lejn Geriko minn Gerusalem, qabzu fuqu l-hallelin u nezzghuh minn kull gid tan-natura, u tellfulu x-xebh li kellu mal-Hallieq. Imma s-Sultan l-Aktar gholi, mimli tjieba u hniena, stennieh jindem u halaqlu l-okkazjoni biex idur lejh.”
29. “Izda l-imsejken halla ’l qalbu ddur ’il boghod mit-triq u ntilef fi kliem fahxi, biex jara mnejn isib xi skuza fiergha ghal dak li ghamel. B’dal-mod kabbar htijitu u l-piena kibret maghha, u gemma’ l-ghadab fuqu ghal jum il-korla u l-ghajb tal-gudizzju rett ta’ Alla. La helisha hu u lanqas nislu warajh; ghabba ’l kulhadd bis-sahta qerrieda tal-mewt. B’sentenza li semaghha kull min kien hemm, il-Mulej keccieh ’il barra mill-gnien tal-Gheden, b’digriet gust izda mimli bil-hniena. U biex jerga’ lejn l-art li minnha ttiehed, hu hareg kontrieh, izda bla sahna, is-sentenza mishuta. U ghamlilhom hwejjeg tal-gild. B’hekk wera li l-bniedem ghandu jmut, ghax tilef l-ilbies ta’ l-innocenza.”
30. “U jien, kif rajt lil siehbi miksi bil-glud ta’ bhejjem bla gajja, tbeghidt minnu, ghax issa hu beda jithabat kemm jiflah biex jistaghna. Tlaqt mahruba nitlajja fuq l-art b’hafna dmugh u tnehid. Minn dak iz-zmien qatt ma sibt imkien fejn inserrah rigli, ghax anki lil Abraham, lil Izakk, lil Gakob u lil ohrajn saritilhom weghda ta’ ghana u ta’ art li tnixxi halib u ghasel. F’dawn kollha jien fittixt il-mistrieh bla ma sibtu, waqt li Kerubin, b’sejf tan-nar f’idu, qaghad quddiem il-bieb tal-genna, sakemm minn hdan il-Missier nizel fid-dinja l-Aktar Gholi, li ried jigi jfittixni.”
Ix-xhieda ta’ Kristu
31. “Meta hu gab fit-tmiem dawk il-hwejjeg kollha li dwarhom thaddittu, u ried jerga’ lejn Missieru li kien baghtu, lili hallieni b’wirt lill-fidili u l-mahturin tieghu. Dan hu wettqu bis-shih u qal: ‘Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram. Tehdux maghkom la borza, la horga, la hobz, la hatar, la qorq u lanqas zewg tonok kull wiehed. Lil min ikun irid itellghek il-qorti u jehodlok il-libsa, hallilu wkoll il-mantar. U jekk xi hadd igaghlek timxi mieghu mil wiehed, mur mieghu tnejn. Tgeddsux ghalikom tezori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-hallelin jinfdu u jisirqu. Toqoghdux tinkwetaw ruhkom u tghidu: -X’sa nieklu? jew: - X’sa nixorbu? jew: - X’sa nilbsu? Toqoghdux thabblu raskom ghall-ghada, ghax il-jum ta’ ghada jhabbel rasu hu ghalih innifsu. Bizzejjed hu ghall-jum it-tahbit tal-gurnata. Min ma jitlaqx gidu kollu ma jistax ikun dixxiplu tieghi’... u hwejjeh ohra miktuba f’dan il-ktieb.”
L-Appostli
32. “L-Appostli u d-dixxipli l-ohra harsu dawn il-hwejjeg kollha b’reqqa kbira, u lanqas ghal waqt wiehed ma hallew kelma wahda milli semghu minghand il-Mulej u Mghallem taghhom. Bhala suldati qalbiena u mhallfin ta’ l-art kollha, huma qdew l-amar tas-salvazzjoni u marru jxandruh ma’ kullimkien, waqt li l-Mulej kien jahdem maghhom u jwettaq il-kelma bil-mirakli li kienu jsehbuha. Kienu mheggin bl-imhabba u mimlijin bit-tjieba. Ghalhekk intefghu ghall-qadi tal-htigiet ta’ kulhadd u qaghdu ghassa li ma jmurx jinghad fuqhom: ‘Dawn kliem biss ghandhom imma fatti xejn.’ Ghalhekk wiehed minnhom seta’ jghid b’wiccu minn quddiem: ‘Ma nissogra nsemmi xejn, jekk mhux dak li ghamel Kristu permezz tieghi bil-kelma u bl-ghemil, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu.’ U iehor qal: ‘Ma ghandi xejn tieghi, la fidda u lanqas deheb.’ U lkoll kemm huma, f’hajjithom u f’mewthom, xehtu fuqi tifhir mill-aqwa.
Dawk li semghuhom, imbaghad, ghamlu hilithom biex jghixu dak kollu li xandrulhom l-imghallmin taghhom. Huma bieghu gidhom u kull ma kellhom u qassmu d-dhul bejn kulhadd, skond il-htiega ta’ kull wiehed. Kienu haga wahda u kienu jaqsmu kollox bejniethom, huma u jfahhru ’l Alla; u l-poplu kollu kien igibhom. Ghalhekk minn jum ghal iehor il-Mulej kien izidilhom maghhom lil dawk li jkunu salvi.”
Id-dixxipli ta’ l-Appostli
33. “Ghal zmien twil dawn il-kelmiet baqghu hajjin fil-qalb ta’ hafna, aktarx ghax id-demm ta’ l-Imsallab kien ghadu jbaqbaq f’tifkirithom u l-kalci glorjuz tal-passjoni tieghu kien jhennilhom qalbhom. U jekk f’xi waqt uhud minnhom giethom it-tentazzjoni li jitilquni ghax ma felhux aktar il-hruxija tieghi bla qjies, dlonk kienu jiftakru fil-griehi tal-Mulej, li huma bhal twieqi miftuha fuq hnientu, u kienu jghakksu lilhom infushom biex jeghlbu dik it-tentazzjoni, u kienu jintrassu mieghi b’aktar sahha u jhaddnuni b’hegga mgedda. Jien kont maghhom u kont infakkarhom il-hin kollu fin-niket tal-passjoni tas-Sultan ta’ dejjem. Ghalhekk huma sabu farag kbir fi kliemi u laqghu bl-imhabba s-sejf li kien jinfdilhom gisimhom. Bla xejn biza’ raw id-demm imqaddes hiereg minn lahamhom.
Din ir-rebha baqghet tittenna ghal zmien twil, u ta’ kull jum eluf u eluf ta’ nies hadu fuqhom is-sinjal tas-sigill tas-Sultan l-aktar gholi.” Il-Paci ghadu ta’ Madonna Povertà
34. “Izda b’xorti hazina, wara ftit giet il-paci, izda kienet paci li ghamlet hsara aktar minn kull gwerra, ghaliex fil-bidu taghha dawk bis-sigill kienu ftit, fin-nofs naqsu sew, u fit-tmiem ftit wisq kienu baqghu. U issa nista’ nghid, ara, bis-sliem imrari zdied, ghax ilkoll jaharbuni, ilkoll ikeccuni, hadd ma jfittixni, kulhadd telaqni. Ghandi s-sliem jien mal-ghedewwa izda mhux ma’ dawk ta’ gewwa, mal-barranin izda mhux ma’ wliedi. B’danakollu, ulied rabbejt u kabbart, izda huma zebilhuni.”
35. “F’dak iz-zmien, meta kienet tiddi fuq rasi l-imnara tal-Mulej, u fid-dawl tieghu kont nofroq id-dlam, ix-xitan kien mghaddab ghal hafna minn dawk li kienu mieghi, id-dinja kienet ixxennaqhom, il-gisem kien ihajjarhom b’xewqatu. Ghalhekk hafna bdew ihobbu d-dinja u l-hwejjeg tad-dinja.”
Il-Persekuzzjoni oht Madonna Povertà
36. “Izda l-perfezzjoni ta’ kull virtu’, jigifieri Madonna Persekuzzjoni, li bhalma ghamel mieghi lilha Alla taha s-saltna tas-smewwiet, kienet mieghi f’kull cirkustanza. Kienet hi li ghenitni bil-fedeltà, li hadmet mieghi b’qawwitha, li tatni pariri ghorrief. U jekk xi darba kienet tara ’l xi hadd jibred fl-imhabba, jinsa anki ghal ftit il-hwejjeg tas-sema, jingibed b’xi mod ghall-gid ta’ l-art, dlonk kienet tgholli lehinha, tqajjem l-ezerctu, u tghatti bil-misthija wicc uliedi biex jergghu jibdew ifittxu isem il-Mulej. Izda issa ohti hallietni wahdi u dawl ghajnejja ma ghadux aktar mieghi, ghax minn dak il-waqt li fih il-persekuturi ghamlu paci ma’ wliedi, dawn aktar heggu l-kefrija fi glied bejn l-ahwa. Jghiru ghal xulxin u jgarrbu lil xulxin biex jahtfu l-ghana u jfittxu l-pjaciri.”
Tifhir lill-fqar tajbin
37. “Izda wara ftit taz-zmien uhud bdew gejjin f’taghhom u minn jeddhom regghu qabdu t-triq id-dritta, li ohrajn fl-imghoddi mxew minnha minhabba l-htiega. Dawn ilkoll gew ghandi u talbuni, bit-talb u bid-dmugh, naghmel maghhom ghal dejjem ftehim ta’ paci u ngib ruhi maghhom bhal fi zmien zghoziti, meta Dak li jista’ kollox kien ghadu mieghi u wliedi kienu madwari.
Dawn kienu rgiel twajba, ihobbu l-paci, bla ghajb quddiem Alla, jghixu l-hin kollu fl-imhabba ta’ l-ahwa, sakemm kienu ghadhom jghixu fid-dinja. Kienu foqra fl-ispirtu, ma kellhomx gid materjali, kienu ghonja biss fil-qdusija u mimlijin sew bid-doni tas-sema. Kienu mheggin fl-ispirtu, ferhanin bit-tama, qawwijin fil-hemm, helwin u umli fil-qalb. Dejjem ihabirku biex izommu l-paci f’ruhhom, ir-razan fid-drawwiet, il-ghaqda tal-qlub, u r-rabta hienja f’hajjithom. Fi kliem iehor, kienu rgiel devoti lejn Alla, milqughin mill-angli, mahbubin mill-bnedmin, ibsin maghhom infushom, jafu jbatu ma’ l-ohrajn, religjuzi fi mgibithom, irzina b’mixjithom, b’wicchom ferhan, b’qalbhom imrazzna, umli fir-rizq it-tajjeb, qalbiena fir-rizq il-hazin. Kienu nies li joqoghdu lura mill-ikel, imliggmin f’ilbieshom, jorqdu bil-kemm, jafu x’inhi l-misthija, x’inhu l-biza’, nies moghnija bid-dija ta’ kull opra tajba. Ruhi kienet marbuta sfiq maghhom, u konna maghqudin bi spirtu wiehed u b’fidi wahda.
Il-Foqra Foloz
38. “Imbaghad fl-ahhar qamu fostna whud li ma kinux minn taghna, ulied Beljal, kollhom kliem fieragh u ghemejjel hziena, li bdew jghidu li kienu foqra ghad li ma kinux. U waqt li l-irgiel imsebbha li semmejt kienu jhobbuni b’qalbhom kollha, dawn kasbruni u zebilhuni. Dawn qabdu t-triq ta’ Balgham bin Bosor, li ghazel qligh il-hazen. Kienu nies b’mohhhom maqlub u nieqsa mill-verità; u minghalihom it-tjieba qieghda ghal qligh il-flus. Kienu nies li libsu l-ilbsa mqaddsa tar-religjon, izda li ma libsux il-bniedem il-gdid imma hbew il-qadim. Huma waqqghu fil-ghajb lil ta’ qabilhom u fil-mohbi maqdru l-hajja u d-drawwiet ta’ dawk li waqqfu din il-ghamla ta’ hajja qaddisa, billi qisuhom bla prudenza, kiefra u bla hniena. Lili wkoll, ghad li huma kienu ghazluni, sejhuli ghazziena, goffa, bla grazzja, selvagga, hadra mewt. F’dan xewxithom b’hegga li ma bhalha wahda ghadu tieghi, li ghalkemm tidher liebsa ta’ haruf, minnn taht ghandha l-hjiena hattafa tal-lupu.”
Ir-reghba
39. “Din kienet ir-Reghba, li hi xenqa bla lgiem fil-bniedem li jikseb u jhid il-ghana. Huma, izda, isejhulha b’isem li jigbed aktar qima, biex ma jurux li lili telquni ghal kollox. Ghax kont jien li rfajthom mit-trab u qajjimthom mill-hmieg. Fuqha kellmuni bis-sliem, izda minn taht nisslu qerq aghar mill-ghadab. U ghalkemm il-herba ta’ belt qieghda fuq gholja ma tistax tinheba, dawn xorta wahda tawha isem: ‘Ghaqal’ jew ‘Hsieb ghal quddiem’, ghad li ghaqal bhal dan aktar ghandu jissejjah tahwid, waqt li l-hsieb ghal quddiem inessi l-qdusija ta’ kull virtu’.
Lili mbaghad qaluli: ‘Tibzax, tieghek il-qawwa, tieghek is-saltna. Hi haga tajba li ninghataw ghall-ghemejjel tal-hniena u li nithabtu biex nigbru kotra ta’ frott, nghinu lill-imsejknin, u naghtu xi haga lill-foqra.’”
Madonna PovertàTwiddib lir-Relijuzi foloz
40. “Jiena wegibt: ‘Ma nichadx, gheziez huti, li gidtu haga tajba, izda nitlobkom, aghrfu s-sejha taghkom. La ddurux biex tharsu lura. Tinzlux minn fuq il-bejt biex iggibu xi haga mid-dar. Tergghux lura mill-ghalqa biex iggibu xi lbies. La tinhakmux mill-hidmiet tad-dinja. Tergghux tidhlu fit-tahsir hajjari tad-dinja, li minnu hrabtu meta gharaftu l-Feddej. Dawk kollha li jergghu jinhakmu minn dawn il-hwejjeg zgur li sa johorgu tellifin, u l-qaghda ahharija taghhom tkun aghar mill-ewwel wahda. Ghax huma jkunu taw daharhom lill-amar imqaddes li nghataw bl-iskuza tat-tjieba.’”
It-twegiba taghhom
41.“Waqt li kont infissrilhom dan kollu, ma qablux bejniethom. Uhud qalu: ‘Din tajba u qed tghid sewwa.’ Ohrajn qalu: ‘Le, din trid tqarraq bina, biex ahna nimxu warajha; hi fqira u msejkna ghall-ahhar u trid li ahna lkoll inkunu bhala.’”
Madonna PovertàTitkellem dwar ir-religjuzi tajbin
42. “Dik li hi l-ghadu tieghi dakinhar ma setghetx tkeccini ‘l barra, ghax fosthom kien ghad hemm hafna rgiel fil-bidu tal-konverzjoni, mimlijin b’hegga kbira u b’imhabba herqana, li kienu qeghdin ihabbtu bl-ghajat il-bieb tas-sema u hemm jidhlu b’talb ma jaqta’ xejn, huma u joghlew ’il fuq fil-kontemplazzjoni u jkasbru kull haga tad-dinja. Dak il-hin il-Hallieq ta’ kollox tani ordni, u l-Mulej li halaqni qalli: ‘Tella’ l-gharix tieghek f’Gakob, iret sehmek f’Israel u xenxel gheruqek fost il-maghzulin tieghi.’ Jiena mbaghad ghamilt dan kollu b’reqqa li ma bhalha. U waqt li kont maghhom ahna u mexjin flimkien fit-triq ewlenija, bija kienu msebbhin qalb il-gmieghi u l-kbarat staghgbu bihom; il-bnedmin tawhom gieh u qaddisin sejhulhom. Izda huma ma gerrghuhx l-isem ta’ ‘qaddisin’. Giethom f’mohhhom il-kelma ta’ l-Iben ta’ Alla: Jiena ma niehu ebda glorja mill-bnedmin, u ghalhekk ma laqghu bl-ebda mod il-glorja li tawhom.”
Ir-rebgha tissejjah “Ghaqal”
43. “Issa huma u mexjin ’il quddiem imkebbsin bl-imhabba ta’ Kristu, ir-Reghba, li hadet l-isem ta’ ‘Ghaqal’, bdiet tghidilhom: ‘Tkunux daqshekk ibsin mal-bnedmin, lanqas ma ghandkom tkasbru daqshekk il-gieh li jaghtukom, imma kunu dhulin maghhom, u l-glorja li tinghatalkom tichduhiex minn barra, l-aqwa li dan taghmluh bir-reqqa minn gewwa. Haga tajba tkunu hbieb tas-slaten, u li mal-princpijiet tkunu maghrufa u midhla tas-setghana, ghaliex meta jwegghukom u jqumu b’qima u jghagglu biex jilqghukom, hafna minn dawk li jaraw jibqghu milqutin u jduru b’akbar heffa lejn Alla.’”
44. “Meta dawk raw il-vantagg laqghu l-parir, izda billi ma tawx kas tan-nassa, spiccaw biex haddnu mill-gdid u bla razan is-sebh u l-gieh tad-dinja. Minn gewwa zammew ruhhom hekk kif kien jinghad minn barra, u hallew lill-bnedmin jaghtuhom glorja b’fommhom. Kienu bhal dawk ix-xebbiet boloh li marru ghand il-bejjiegha taz-zejt u bhall-qaddej l-ghazzien li ma riedx jahdem l-art.
Izda l-bnedmin, li hasbuhom daqshekk tajbin f’ruhhom daqskemm kien jidher minn barra, b’rieda tajba bdew ihallulhom gidhom f’idejhom biex b’hekk ipattu ghal dnubiethom. Fil-bidu huma bdew iqisu kollox bhala hmieg u kienu jghidu: ‘Ahna foqra u nixtiequ nibqghu dejjem foqra, gidkom ma rriduhx, irridu lilkom. Sakemm ghandna x’nieklu u x’nilbsu, b’dan ahna kuntenti, ghax frugha tal-frughat, kollox hu frugha.’ Sadattant minn jum ghal iehor bdiet tikber il-qima tal-bnedmin lejhom, tant li hafna minn dawn bdew jinfatmu minn gidhom xhin rawh daqshekk imkasbar mill-qaddisin.”
Il-Bnedmin jahsbu ghal quddiem
45. “Sadattant dik il-halja ta’ ghadu tieghi, meta rat dan kollu, bdiet taghdab u tghazzez snienha, u b’qalbha sewda ghall-ahhar qalet: ‘X’naqbad naghmel? Ara, id-dinja kollha marret warajha.’ U ziedet: ‘Niehu l-isem ta’ Hsieb-minn-qabel, u nkellimhom f’qalbhom; ghandhom mnejn jisimghuni u jaghtu widen.”
U hekk ghamlet. Daret lejhom u qaltilhom kliem mimli bl-umiltà: ‘Ghaliex qeghdin hawn il-jum kollu ma taghmlu xejn, bla ma tahsbu ghal ghada? X’hemm hazin jekk ikollkom il-gid mehtieg biex tghixu, sakemm ma jkollkomx iz-zejjed? Jekk ikollkom dejjem kulma tehtiegu tkunu tistghu tahdmu aktar fis-sliem u b’mohhkom mistrieh ghas-salvazzjoni taghkom u ta’ l-ohrajn. Sakemm ghandkom iz-zmien, ahznu ghalikom u ghal ta’ warajkom, ghax in-nies wara li tkun tatkom l-ewwel rigali aktarx li tibda zzomm idejha.
Kieku tajjeb jekk tibqghu mexjin kif intom, imma mhux sa jsehhilkom tkomplu, ghax kull jum il-Mulej qed izid il-komunità taghkom. Jewwilla ma tkunx haga li toghgob lil Alla jekk ikollkom xi haga x’taghtu lill-imsejkna u tiftakru fil-foqra? Hu nnifsu qal: Min jaghti hu aktar hieni minn min jiehu. Ghaliex ma tilqghux ir-rigali li jaghtukom, halli ma ccahhdux lil min jaghti mill-hlas ta’ dejjem? Ma ghandkomx ghalfejn tibzghu milli tkunu midhla tal-gid, ghax intom issa tghallimtu tqisuh bhala haga ta’ xejn. Id-difett mhux qieghed fil-gid, imma fil-qalb, ghax Alla ra dak kollu li ghamel, u ara, kollox kien tajjeb hafna. Kollox tajjeb ghat-tajbin, kollox qieghed ghall-qadi taghhom, kollox inhalaq biex jaqdihom. Kemm nies ghandhom il-gid u jahluh fil-hazen! Izda jekk dan ikun taghkom, intom tistghu tuzawh tajjeb, ghax qaddis huwa l-ghan taghkom, qaddisa xewqatkom. Intom zgur li ma tridux taghnu lil nieskom, ghax dawn digà huma ghonja bizzejjed. Izda jekk ikollkom bizzejjed daqskemm tehtiegu, tkunu tistghu tghixu hajja aktar dinjituza u aktar ordnata.’
Waqt li dik il-halja kienet qed tghidilhom dan il-kliem u iehor bhalu, uhud minnhom, li kienu digà mhassrin f’ruhhom, mill-ewwel cedew. Ohrajn, izda, b’widnejhom torox, hasbuha mod iehor, u b’argumenti b’sahhithom bdew ikissru r-ragunamenti taghha ghad li bhalha u daqsha bdew isejsuhom fuq ix-xhieda tal-Kotba Mqaddsa.”
Ir-Reghba titlob l-ghajnuna lill-ghazz
46. “Meta r-Reghba rat li wahedha minghandhom ma setghetx tikseb dak kollu li xtaqet, biddlet il-pjan biex tilhaq l-ghan taghha. Sejhet lill-ghazz, li qajla jahseb biex jibda jaghmel il-gid u lanqas biex itemmu meta jibdieh. Mieghu ftiehmet u ntrabtet biex tehodha kontra dawk. Mhux ghax dawn kienu midhla wisq ta’ xulxin, u lanqas qatt ma kellhom ix-xorti li jiltaqghu. B’danakollu ftiehmu bejniethom biex jaghmlu l-hazen, hekk kif ghamlu darba Pilatu u Erodi kontra l-Feddej. Wara li ftiehmu, l-Ghazz beda jattakka bil-qawwa. Dan dahal ma’ dawk li jghinuh fl-oqsma taghhom, gab mieghu l-armi b’sahha kbira, tfielhom il-hegga ta’ mhabbithom u tefaghhom f’bahar ta’ bruda u telqa. U b’hekk kienu ghoddhom inhakmu mill-gjufija tar-ruh, il-mewt dahlet f’qalbhom.”
...ikompli fit-tielet parti >> << lura lejn l-ewwel parti
|
San Frangisk f'rabta ma' Madonna Povertà
|
|