San Frangisk - Rabta ma' Madonna Povertà

<<|werrej|>>

<< lura lejn it-tieni parti

Ir-rabta ta’ San Frangisk

ma’ Madonna Povertà (3)

Sacrum Commercium Sancti Francisci

Cum Domina Paupertate

 traduzzjoni ta' Patri Edmund Teuma OFMConv

Ir-Religjuzi mirbuha mill-Ghazz

47. “Bdew ghalhekk jibku biki ta’ mrar ghal dak kollu li kienu hallew warajhom fl-Egittu u regghu telqu jfittxu dak kollu li b’qalb generuza kienu kasbru.  Kienu mnikktin mexjin fit-triq tal-kmandamenti ta’ Alla, huma u jilqghu b’ruh bierda kull amar li jsirilhom.  Ma baqghux jifilhu t-toqol, in-nifs beda jonqsilhom u bdew jilhgu.  L-indiema taghhom xejn ma kienet sfiqa, is-soghba ma kinitx tinhass, l-ubbidjenza mfawra bit-tgemgim, bla lgiem il-ferh mhux f’waqtu, in-niket taghhom hiereg biss mill-biza’, kliemhom ardit, id-dahk irhis.  F’wicchom kienet tixghel l-allegrija, superficjali wisq il-mixja taghhom, ilbieshom fin u artab, maqtugh bis-sengha u mehjut b’hila kbira, irqad kotran, ikel u xorb bla razan.  Ilissnu l-hmerijiet, ftahir, kliem fieragh.  U kienu jhobbu hafna jqassu l-hrejjef, ibiddlu l-ligijiet, jindahlu fil-politika, u jdeffsu mnehirhom fl-affarijiet tan-nies.  Ma kien jimpurtahom xejn mill-veru gid, qatt ma ghamlu sforz favur sahhet ir-ruh, il-gid tas-sema rari jigi f’mohhhom, u x-xewqa taghhom bierda tabilhaqq ghall-gid ta’ dejjem.”

48. “B’qalbhom imwebbsa b’dan il-mod, bdew jghiru u jisfidaw lil xulxin, u billi ma kellhomx sabar jahkmu wiehed lill-iehor, bdew jixlu lill-ahwa bi xnighat hziena.  Kellhom habta jharsu ruhhom minn dak kollu li seta’ jnikkithom, waqt li kienu jfittxu l-farag fi hwejjeg fiergha.  Ma kienx baqghalhom hila jhossu l-ferh veru.  B’danakollu kienu jzommu minn barra dehra ta’ qdusija biex l-isem tajjeb ma jitilfuhx.  Huma u jithaddtu fuq hwejjeg qaddisa kienu jostru minn min ma jafhom xejn il-hajja msejkna li kienu qeghdin jghixu.  Izda hekk bla tarf kienet it-telqa taghhom li fl-ahhar ma setghux jibqghu jostruha, u din bdiet tidher car anki minn barra.”

49. “Fl-ahhar bdew ihufu u jduru man-nies li jafu d-dinja, sakemm issiehbu maghhom bil-ghan li jizvojtawlhom il-bwiet taghhom.  B’hekk setghu jkabbru u jwessghu l-bini taghhom u jkattru l-gid, li darba kienu cahdu.  Kienu jbighu l-kliem lill-ghonja u t-tifhir lin-nisa taghhom.  Saru midhla sew tal-qrati tar-renjanti u l-princpijiet, biex b’hekk izidu dar ma’ dar u jghaqqdu ghalqa ma’ ghalqa.  U issa saru kbar, ghonja u qawwija fuq din l-art, ghax minn hazen ghal hazen ghaddejjin u le ma gharfu huma lill-Mulej.  Waqghu huma u jqumu, intefghu fl-art qabel ma twieldu, u b’danakollu jghiduli: ahna hbieb tieghek.”

Il-Foqra mistaghnin jahqru lil Madonna Povertà

50. “Kont imnikkta bla tarf l-aktarnett minhabba xi whud.  Dawn, ghad li fid-dinja kienu foqra u ta’ ftit siwi, xhin gew ghandi staghnew.  Kibru u hxienu, u aktar mill-ohrajn tawni biz-zewg u ghaddewni biz-zufjett.  Dawn, li ma kienx jisthoqqilhom imqar jghixu, kienu mifnija bil-ghaks u bil-guh, ilaqqtu minn qalb l-ghollieq il-haxix mielah, u jiehdu b’ikilhom gheruq il-gummar; kienu mkasbra minn xortihom, milquta bl-ghakkarija.  Issa, izda, m’humiex kuntenti bil-hajja komuni, imma jwarrbu fil-genb, jirghu lilhom infushom bla ebda razan.  L-istil tal-hajja taghhom, tiftix herqan ta’ gid u hwejjeg zejda, qed jibda jdejjaq lil kulhadd.  Ghaliex iridu l-gieh fost id-dixxipli ta’ Kristu dawn li fid-dinja hadd ma kien jghoddhom lanqas min jafhom.  Dawn, li qajla kellhom biex jitrejqu b’hobú tax-xghir u boqqa ilma, li lussu kien ghalihom jekk joqoghdu taht xi tina, razza tal-boloh u nies bla isem, li fid-dinja mkien ma kienet tidher, issa qamu ghalija biex igarrfuni, jistmerruni u jwarrbu minni, u xejn ma jzommhom milli jobzquli f’wicci.  Minghandhom hadt tmaqdir, twerwir u biza’.  Ghajruni hbiebi stess u dawk li kienu jhobbu joqoghdu hdejja.  Bdew jisthu minhabba fija, u aktar cahduni aktar ma gharfu kemm daqu mill-gid tieghi.  Sakemm waslu biex jitmezmzu sahansitra li jisimghu ismi.”

Madonna Povertà twiddibhom jergghu ghal ghandha

51. “Jien hassejtni mnikkta u ghidtilhom: ‘Ergghu lura, ulied ribelli, jiena nfejjaqkom mill-hsara tat-telfa taghkom.  Harsu ruhkom minn kull xorta ta’ reghba, li hi idolatria ghaliex ir-rghib qatt ma jixba’ mill-flus.  Ftakru f’dawk l-ewwel jiem: lanqas biss ilhaqtu ddawwaltu bit-taghlim, li ma garrabtux bis-sabar taqbida harxa.  Tkunux ulied li jergghu lura, biex jintilfu, izda wlied li jemmnu, biex issalvaw irwiehkom. Jekk wiehed iwarrab il-Ligi ta’ Mose’ jinghata ghall-mewt bla ebda hniena fuq il-kelma ta’ tnejn jew tliet xhieda.  Ahsbu ftit x’kastig aktar ahrax haqqu dak li jkasbar lil Bin Alla, li jnigges id-demm tal-patt li bih tqaddes, u li jmaqdar l-Ispirtu tal-grazzja!  Ghalhekk, ergghu idhlu fikom infuskom, ja nies xewwiexa, ghax il-hajja ta’ kull wiehed ma tiddependix mill-kotra tal-gid li jkollu.’

Izda dawk wiegbu bil-ghadab: ‘Mur, itlaq ’l hinn, ja zvinturata, tbieghed minna, ma rridux naghrfu triqatek.’

U jien wegibt: ‘Hennu ghalija, ikollkom hniena minni, ghallanqas intom, hbieb tieghi!  Ghaliex qeghdin tahqruni, ghal xejn b’xejn?  Jewwilla ma ghidtilkomx li l-mod kif tghixu ma jaqbel xejn ma’ tieghi?  Ara, jisghobbija sahansitra li rajtkom!’”

Il-Mulej ikellem lil Madonna Povertà

52.     “Imbaghad waslet ghandi din il-kelma tal-Mulej: ‘Erg’ejja, erg’ejja, Sulamija; erg’ejja, erg’ejja, halli nharsu lejk!  Uliedek stess huma xewwiexa u ma jridux jisimghu minnek ghax ma jridux jisimghu minni.  Qalbhom saret ma temminx, saru rvellati; tawni daharhom u telquni; mhux lilek warrbu izda lili.  Int tabilhaqq rawwimthom biex jaghmlu l-hsara lilek stess u ghallimthom kontra l-kap tieghek, ghax kieku ma ghazlux lilek qatt ma kienu jistaghnew. Kienu jhobbuk taparsi, sabiex jitilqu ’l hinn hekk kif xi haga jiehdu.  Ghalhekk dawrulek daharhom b’xenqiet kontra dawk tieghek, u zammew shih fil-qerq, ma jridux jergghu lura.  La temminx izjed kliemhom, anki jekk bit-tjieba jkellmuk, ghax lilek zebilhuk u ’l hajtek qed ifittxu.  Titlobx u terfax talb ghalihom, ghaliex ma nisimghekx. Jien issa beghedthom minni, ghax lili zebilhuni!’”

Madonna Povertà tkellem lil San Frangisk

dwar il-mixi ‘l quddiem u lura fil-hajja religjuza

53. “Gheziez huti, ara, qassastilkom grajja twila.  Ha jaslu ghajnejkom qabel riglejkom, biex taghrfu x’ghandkom taghmlu.  Jekk tharsu lura u b’Alla tghaddu z-zmien hi haga tabilhaqq perikuluza.  Ftakru fil-mara ta’ Lot u temmnux lil kull xorta ta’ spirti.  B’danakollu, jien ghandi tama fikom, gheziez tieghi, ghaliex fikom, aktar milli f’ohrajn, jien nilmah hwejjeg tajba li jqarrbukom lejn is-salvazzjoni, u jidher car armejtu kollox darba ghal dejjem u hlistu minn kull toqol.  U l-prova l-aktar cara ghalija hi li tlajtu dil-muntanja, li fl-imghoddi ftit kienu dawk li lahqu l-quccata taghha.  Imma jien nghidu lilkom ukoll, hbieb tieghi, ghax il-hazen ta’ hafna ghamilni nithasseb sahansitra mill-virtu’ tat-tajbin.  Sikwit taht l-ilbies ta’ nghag jien sibt ilpup hattafa.”

54.  “Nixtieq tabilhaqq li kull wiehed minnkom igib ruhu bhall-qaddisin, li lili kellhom b’wirt fil-fidi u fis-sabar.  Izda biex ma jigrix lilkom dak li gara lil haddiehor, sa naghtikom parir siewi: tahsbux li sa tilhqu mill-ewwel l-aktar hwejjeg gholja u qaddisa, imma jekk timxu ’l quddiem bil-mod il-mod, taht it-tmexxija ta’ Kristu, fl-ahhar tilhqu l-oghla quccata.  Ifhmu sewwa: jekk wara li tqieghed madwar gheruqkom id-demel tal-hwejjeg mistmerra, issibu ruhkom bla frott, xejn ma jmisskom hlief il-mannara.  Isserrhux raskom wisq bil-hegga li ghandkom issa, ghax is-sensi tal-bniedem huma migbudin aktar lejn il-hazin milli lejn it-tajjeb, u l-mohh malajr jerga’ jdur ghad-drawwiet tas-soltu, anki jekk ikun tbieghed minnhom qatigh.  Naf sewwa li, minhabba l-hegga zejda, intom qed tahsbu li kollox sa jsehh bil-heffa; izda ftakru f’dak li hemm miktub: lanqas il-qaddejja tieghu ma jafda, u sa l-angli tieghu jsib xi jghid fihom.”

55. “Ghall-bidu kollox tibdew thossu hafif, izda wara ftit taz-zmien, meta tibdew isserrhu fuqkom infuskom, tibdew ma taghtux kas tal-gid li giekom. Tibdew tahsbu li meta jfettlilkom sa tergghu lejn il-hajja ta’ l-ewwel zmien u fiha ssibu l-farag, izda la tkun dahlet u xenxlet gheruqha t-traskuragni, bil-mod biex din titqaccat.  Imbaghad qalbkom tmil lejn hwejjeg ohra, u ftit ikunu d-drabi li ssejhilkom b’lehen gholi lejn dawk ta’ qabel.  B’hekk jehodkom in-nghas u jirbahkom l-ghazz tar-ruh, u tibdew toholqu l-iskuzi bi kliem fierag u tghidu: ‘Ma nistghux inkunu qawwijin bhalma konna fil-bidu; dawk kienu zmenijiet ohra.’  U ma taghtux kas ta’ dak li hemm miktub: xhin bniedem jasal fit-tmiem, ikun ghadu fil-bidu.  Izda f’qalbkom tibqghu tisimghu lehen li l-hin kollu jghidilkom: ‘Ghada, ghada nergghu lura ghand l-ewwel zewgna, ghax konna ahjar f’dak iz-zmien minn issa.’

Araw, j’ahwa, jien ghidtilkom minn qabel bosta hwejjeg u ghandi hafna ohrajn xi nghidilkom, li intom ghalissa ma tifilhux igorruhom.  Izda jigi z-zmien li fih infissrilkom fil-miftuh dak kollu li ghidtilkom iss’issa.”

It-twegiba ta’ San Frangisk u l-patrijiet tieghu

56. Wara dan il-kliem, San Frangisk radd hajr lil Alla u, flimkien mal-patrijiet tieghu, xtehet gharkobbtejh fl-art u qal: “Ja Sidtna, dak li ghidtilna hu minnu u lanqas kelma wahda milli ghidt ma nistghu ahna mmaqdru.  Tassew minnu dak li smajna f’artna fuq kliemek u fuq gherfek.  Tabilhaqq, l-gherf tieghek hu akbar milli smajna.  Henjin in-nies tieghek, henjin il-qaddejja tieghek, li qeghdin mieghek u jisimghu dejjem l-gherf tieghek.  Ikun imbierek ghal dejjem il-Mulej, Alla tieghek, li tghaxxaq bik.  Hu habbek minn dejjem u ghamlek sultana biex turi hniena u taghmel haqq mal-qaddejja tieghek.  Kemm hu tajjeb u helu l-ispirtu tieghek, li jsejjah lil dawk li zbaljaw u jwiddeb lill-midinbin!”

57.     “Sinjura, f’gieh l-imhabba li s-Sultan ta’ dejjem ghandu lejk u f’gieh l-imhabba li int ghandek lejh, nitolbuk, la tmurx kontra xewqitna, izda uri maghna l-hlewwa tieghek u hnientekKbar huma l-ghemejjel tieghek u tqal biex nifhmuhom; ghalhekk jitbieghdu minnek dawk li ma joqoghdux ghat-taghlim.  U billi int timxi ’l quddiem bhal ezerctu mhejji ghat-taqbida fuq art mimlija bix-xkilijiet, il-boloh ma jistghux jghixu mieghek.  Izda ahna qaddejja tieghek u nghag tal-mergha tieghek.  Ahna nahilfu li ghal dejjem ta’ dejjem inharsu d-digrieti gusti tieghek.”

Il-kunsens ta’ Madonna Povertà

58. Ghal dan il-kliem, Madonna Povertà hasset il-gewwieni taghha jitqanqal, u billi hi dejjem tinsab lesta biex thenn u tahfer, ma setghetx izzomm aktar lilha nfisha u telqet b’girja lejhom, ghannqithom, tat lil kull wiehed il-bewsa tal-paci, u qalet: “Araw, jien gejja ghandkom, gheziez huti u wliedi, ghaliex naf li permezz taghkom hafna huma dawk li jien sa nirbah.”

San Frangisk, li bil-ferh kien donnu mahrug minnu nnifsu, gholla lehnu biex ifahhar lil dak li jista’ kollox, li ma jitlaqx lil dawk kollha li jittamaw fih.  Qal: “Bierku l-Mulej, intom ilkoll maghzulin tieghu, aghmlulu festa u semmghu t-tifhir tieghu, ghaliex hu tajjeb, ghax ghal dejjem it-tjieba tieghu.”

U nizlu mill-muntanja u hadu lil Madonna Povertà fil-post fejn kienu jghammru.  Kienet il-habta ta’ nofsinhar.

Madonna Povertà mistiedna ghall-ikel mal-patrijiet

59. Hejjew kollox u stednuha toqghod tiekol maghhom.

Izda hi qalet: “Uruni l-ewwel il-post fejn titolbu, is-sala tal-kapitli, il-kjostru, ir-refettorju, il-kcina, id-dormitorju, l-istalla, il-pultruni s-sbieh, l-imwejjed illustrati, u d-dar kbira li ghandkom.  Ghax minn dan kollu m’jiena nara xejn.  Izda qed nara li intom ferhanin, mimlijin bil-hena u l-farag, bhallikieku sa jaghtukom kollox hekk kif taghmlu sinjal ckejken.”

Huma wiegbu: “Ja sidtna, ahna l-qaddejja tieghek ninsabu ghajjenin wara dak il-vjagg twil, u inti ukoll, la gejt maghna, ma thabatx ftit.  Mela jekk trid, l-ewwel nieklu, imbaghad, imsahhin bl-ikel, meta tghidilna naghmlu dak kollu li trid.”

60. “Naqbel ma’ dan,” wiegbet hi, “mela gibu l-ilma biex nahslu idejna u x-xugamani biex nixxottawhom.”  Minnufih dawk gabu buqar tal-fuhhar nofsu mkisser mimli bl-ilma.  Hemm ma kellhomx buqar shih!  Imbaghad kif lestew bdew iharsu ’l hawn u ’l hinn biex jaraw jilmhux xi xugaman, izda ma sabux. Ghalhekk wiehed minnhom tahom it-tonka li kien liebes biex jimshu idejhom fiha.  Hi qabditha, radditlu l-hajr, u f’qalbha kabbret ’l Alla li ried li hi tkun siehba ta’ rgiel daqshekk tajba.

61. Imbaghad haduha fil-post fejn kienet imhejjija l-mejda.  Kif waslet bdiet thares madwarha, izda ma rat xejn ghajr tlieta jew erba’ kisriet hobz tax-xghir u l-granza mqeghdin fuq il-haxix.  Ghalhekk, milquta bil-ghageb, bdiet tghid bejnha u bejn ruhha: “Min qatt ra hwejjeg bhal dawn fi zmenijiet il-qedem?  Imbierek int, Mulej Alla, li tiehu hsieb ta’ kollox; kollox jista’ jkun meta tridu int.  B’dan il-mod int ghallimt lill-poplu tieghek kif ghandu joghgbok.”  U lkoll qaghdu bil-qieghda flimkien u raddew hajr lil Alla tad-doni kollha tieghu.

62.  Madonna Povertà tat ordni biex jibdew iservu l-ikel fil-platti.  U, ara, gabu skutella wahda mimlija bl-ilma kiesah, biex kulhadd ibill il-hobz fiha.  Hemm ma kellhomx kotra ta’ skutelli u lanqas varjetajiet ta’ ikel.

Talbithom biex ghallanqas igibulha xi hxejjex aromatici friski.  Izda billi ma kellhomx gennien u lanqas biss kienu jafu x’inhu gnien, marru jigbru mill-bosk xi hxejjex selvaggi u qeghduhomlha quddiemha.

Qalet Madonna Povertà: “Gibuli ftit melh ghal fuq il-haxix, ghax morr.” “Sinjura,” wegbuha, “stenna ha mmorru sal-belt u ngibulek, jekk xi hadd jaghtina.”  “Aghtuni sikkina,” qalet hi, “biex biha nqatta’ l-haxix u naqta’ l-hobz ghax iebes u niexef.” Wegbuha: “Sinjura, ma ghandniex haddied biex jahdmilna s-sjuf; mela ghalissa minflok sikkina uza snienek, imbaghad ingibulek.” “U jekk ghandkom, gibuli ftit inbid,” talbithom. Wiegbu: “Sinjura, inbid ma ghandnçx, ghax il-hwejjeg ewlenija tal-hajja huma l-hobz u l-ilma.  U lanqas m’hu sew li int tixrob l-inbid, ghax l-gharusa ta’ Kristu ghandha tahrab l-inbid daqslikieku kien velenu.”

63. U meta mill-glorja ta’ dan l-ghaks kollu kielu aktar milli kieku kellhom il-kotra ta’ kollox, huma fahhru ’l-Mulej, li quddiemu sabu grazzja daqshekk kbira.  Imbaghad lil Madonna Povertà haduha f’post il-mistrieh ghax kienet ghajjiena.  U hemm hi mteddet gharwiena fuq il-qiegha ta’ l-art.

Talbithom ukoll imhadda ghal rasha.  U dawk minnufih gabulha gebla u qeghduhielha taht rasha.

U hi, wara raqda mistrieha mehlusa mit-toqol ta’ l-ikel u x-xorb, qamet hafifa u talbithom juruha l-kjostru.  Haduha fuq gholja u wrewha l-art kollha ta’ l-inhawi sa fejn twassal l-ghajn. Qalulha: “Dan hu, sinjura, il-kjostru taghna.”

Madonna Povertà tbierek lill-patrijiet

u theggighom jibqghu shah fil-grazzja li qalghu

64. Imbaghad ordnatilhom joqoghdu lkoll bil-qieghda u qaltilhom dan il-kliem tal-hajja:     “Uliedi, kunu mberkin mill-Mulej Alla li halaq is-sema u l-art, ghax ilqajtuni f’darkom b’imhabba mill-aktar shiha.  Il-lum, jien u qieghda f’nofskom, hsibtni qieghda fil-genna ta’ Alla.  ghalhekk ninsab imfawra bil-ferh u kollni farag, u nitlobkom tahfruli ghax iddawwart ma gejt ghandkom.  Tabilhaqq il-Mulej jinsab maghkom, u jien ma kontx naf.  Ara, dak li tant fittixt issa qed narah, dak li tant xtaqt issa ksibtu, ghaliex fuq l-art jiena nghaqadt ma’ bnedmin li nqishom xbieha perfetta ta’ Dak li fis-sema tgharrast.  Ibierek il-Mulej qlubitkom u jilqa’ xoghol idejkom.”

65. “Nitlobkom u nheggigkom b’herqa kbira bóhala wliedi l-aktar gheziez, li tibqghu mexjin fit-triq li qbadtu mnebbhin mill-Ispirtu s-Santu, u li ma thallux nofs lehja l-hidma tal-perfezzjoni taghkom, bhalma xi whud soltu jaghmlu.  Izda intom u taharbu n-nases tad-dlamijiet, habirku biex tibqghu telghin dejjem ’il fuq. Gholja ferm hi l-ghamla ta’ hajja li pprofessajtu, ’il fuq minn kull sforz u virtu’ tal-bnedmin.  Hi ghandha hila turi f’dawl leqqien il-perfezzjoni tan-nies tal-qedem.  Toqoghdux tiddubitaw li intom imsejhin biex tiksbu s-saltna tas-smewwiet, ghax ga ghandkom f’idejkom ir-rahan tal-hajja ta’ dejjem u l-garanzija ta’ l-Ispirtu.  Intom ghandkom mitbugh fuqkom is-sigill tal-glorja ta’ Kristu, u bil-grazzja tieghu qeghdin turu li hajjitkom taqbel ma’ dik ta’ l-ewwel dixxipli li hu gabar madwaru meta gie fid-dinja.  Ghaliex dak kollu li huma ghamlu meta hu kien maghhom, intom qeghdin taghmluh fi zmien meta hu mhux qieghed hawn.  Ghalhekk tistghu tghidu bla ebda biza’: Ara, ahna hallejna kollox u gejna warajk.”

66. “Ma ghandhiex tbezzaghkom il-glieda sfiqa jew il-kobor bla qjies tat-tahbit, ghax hlas kbir sa jinghatalkom.  Zommu ghajnejkom merfugha lejn Gesu’, li minnu jibda u fih jintemm kull gid; hu li, flok l-hena li kellu quddiemu, qaghad ghas-salib bla xejn ma qies l-ghajb tieghu.  Zommu shih fl-istqarrija qawwija tat-tama taghkom.  Igru bl-imhabba t-triq li ghandkom quddiemkom.  Igru bis-sabar, li ghalikom hu mehtieg aktar minn kull virtu’ ohra, biex taghmlu r-rieda ta’ Alla u tiksbu dak li hu wieghed.  Tabilhaqq, Alla ghandu s-setgha jgib fit-tmiem bil-heffa, bil-grazzja qaddisa tieghu, dak kollu li intom bdejtu, anki jekk dan hu aqwa minn hilitkom, ghax hu fidil fil-weghdiet tieghu.”

67. “Dak l-ispirtu li bhalissa qieghed jahdem fost l-ulied li ma jisimghux ma ghandu jsib fikom xejn li joghgbu, ebda dubju, ebda infedeltà, bçiex ma jehux, sewwa sew minghandkom, il-lala li jhaddem kontrikom il-hazen tieghu.  Hu mkabbar ghall-ahhar u tkabbiru u qilltu huma akbar minn qawwitu.  Hu ghandu ghadab kbir ghalikom, u fuqkom sa jdawwar l-armi tal-hjiena tieghu u jipprova jfawwar il-velenu ta’ hzunitu.  Ghax wara li temm il-gwerra billi xejjen u waddab fl-art lill-ohrajn, issa mhux sa joqghod bi kwietu huwa u jarakom rebbieha u weqfin fuq riglejkom.”

68. “Meta intom qbadtu din it-triq, gheziez tieghi, ic-cittadini tas-sema ferhu bil-kbir u ghannew ghanjiet godda quddiem is-Sultan ta’ dejjem.  L-angli jifirgu fikom u bikom, ghax waqt li hafna bis-sahha taghkom sa jghixu fil-vergnità u sa jiddu bis-safa, sa tissewwa l-herba tal-belt tas-sema, fejn lill-vergni jmiss post mill-aktar glorjuz, ghax dawk li ma jizzewgux ikunu bhall-angli ta’ Alla fis-sema.  Jifirhu l-Appostli xhin jaraw li hajjithom sa terga’ tinghax, li taghlimhom sa jerha’ jixxerred, u li fikom sa jidhru l-ezempji tal-qdusija tal-qedem.  Jithennew il-martri huma u jarawkom ixxerrdu demmkom biex bih tergghu taghmlu wirja mill-fedeltà taghhom.  Jaqbzu bil-ferh il-konfessuri ghax jafu li fikom sikwit sa tkun iccelebrata t-tifkira tar-rebha taghhom fuq il-ghadu.  Jghollu lehinhom f’ghanjiet ta’ ferh il-vergni li jmorru wara l-Haruf kull fejn imur, xhin jaraw l-ghadd taghhom jikber kull jum bis-sahha taghkom.  U fl-ahharnett, timtela bil-ferh u l-hena l-qorti kollha tas-sema, li kull jum sa ticcelebra l-festa tat-twelid ta’ cittadini godda, u sa tkun il-hin kollu mraxxa bit-talb qaddis li jitla’ minn dal-wied.”

69. “Ghalhekk inheggigkom, j’ahwa, ghall-hniena ta’ Alla, li minhabba fiha intom sirtu daqshekk foqra, wettqu l-ghan li ghalih gejtu u tlajtu mix-xmajjar tal-Babilonja.  Ilqghu bl-umiltà l-grazzja li nghatatilkom, haddmuha dejjem u f’kollox kif jixraq, ghat-tifhir, is-sebh u l-gieh ta’ dak li miet ghalikom, Sidna Gesu’ Kristu, li flimkien mal-Missier u ma’ l-Ispirtu s-Santu jghix u jsaltan, jghix u jahkem, Alla ghal dejjem imsebbah, ghal dejjem ta’ dejjem. Amen.”

Tmiem

◄◄ lura lejn it-tieni parti

Maqlub ghall-Malti minn Patri Edmund Teuma OFMConv

San Frangisk  f'rabta ma' Madonna Povertà