San Frangisk - artikli |
|
San Frangisk – Ballarin tal-Mulej Kitba ta' Fr Thomas Calleja OFMConv Fil-bidu ta’ Jannar kull sena, l-ufficcju ta’ l-informazzjoni tas-Sacro Convento f’Assisi jaghti lista bin-numri tal-gruppi u pellegrini li jkunu zaru l-Bazilka ta’ San Frangisk matul is-sena li tkun ghaddiet. Din l-istatistika taghti stampa ta’ kemm gew u minn fejn ikunu gejjin il-pellegrini. Cert li in-numri jkunu gholjin. Madanakollu dawn ic-cifri ma tistax toqghod wisq fuqhom minhabba li jghoddu biss dawk il-gruppi li jkunu ghaddew permezz ta’ dan l-ufficcju jew inkella ghax ikunu nizzlu isimhom f’wiehed mir-registri li hemm fis- sagristija tal-Bazilka.
F’Assisi jigu numru bla ghadd ta’ nies. Ghadd ta’ turisti, pellegrini u vizitaturi jigu Assisi ghar-rashom jew inkella ma’ xi grupp. Dawn jigu u jmorru bla ma jhallu l-ebda informazzjoni. Fost dawn ghadd ta’ familji mill-Italja stess li fi tmiem il-gimgha jew fil-festi jzuru bl-eluf il-Belt ta’ Assisi. Liema ufficcju jista` jghodd jew ighid tassew kemm jigu nies matul is-sena f’Assisi? Cert mhux facli!
Assisi - “Mekka” ta’ pellegrini Xi hadd darba sejjah il-Belt ta’ Assisi bhala l-“Mekka” tal-pellegrini. Assisi bla dubbju hija belt li ssahhar lil kull minn izurha. Hija wahda mill-bliet medjevali flimkien mal-bliet ta’ Perugia, Foligno, Spoleto, Todi, Gubbio u ohrajn li jsebbhu r-regjun ta’ l-Umbria fil-qalbha ta’ l-Italja. Assisi hija wahda mill-gawhar ta' l-hannieqa ta' dan ir-Regjun.
Bhall-bliet ohra ta’ l-Umbria, Assisi hija mizjuda b'kuntrasti, bi sbuhija u b'xenarji wiehed mhux bhall-iehor: gholjiet, widien, xmajjar u nixxighat, ghelieq tal-qamh u art xaghrija, boskijiet, sigar taz-zebbug, dwieli, u sigar tac-cipress, li jaghtu kenn lil ghadd ta' kappelli u monasteri fil-wita u fuq l-gholiet. Assisi hija mlaqqat b'xitwa umda u b'sajf xott u shun, b'harifa u b'rebbiegha b'ilwien u sfumaturi wiehed isbah mill-iehor.
Assisi hija ghanja mhux biss minhabba s-sbuhija naturali tieghha, imma hija rikka wkoll b'tant arkitettura: palazzi, kastelli, torrijiet, bibien, arkati, pjazzez, knejjes, santwarji monasteri, abbaziji, kappelli u mkejjen ta' qima. Assisi hija sinjura b'tant kapolavuri u b’opri ta' pitturi kbar bhal Giotto u Cimabue. Imma dawk li jzuru Assisi jigu biex jaraw is-sbuhija ta’ din il-belt medievali?
Frangisku biddel l-istorja Sa l-ewwel nofs tas-seklu XIII Assisi kienet belt bhall-bliet tal qrib li ghal sekli shah ma kellha l-ebda tibdil. Id-djar antiki mibnija bil-gebel lewn tipiku roza fuq it-toroq imzerzqa ma' l-gholja li fuqha tinsab il-belt, ghadhom wieqfa sallum. Gara izda, li wara li deher Frangisku, bin Pietro di Bernardone u Madonna Picca l-belt bidlet l-istorja taghha.
Infatti wara l-mewt ta’ Frangisku fl-1226 Assisi bidlet il-bixra ta’ wiccha. Sentejn biss wara il-mewtu, l-Fqajjar ta’ Assisi gie ddikkjarat Qaddis mill-Papa Girgor IX. L-ghada, fis-17 ta’ Lulju 1228, l-istess Papa qieghed u bierek l-ewwel gebla ta’ Bazilka li kellha tilqa’ fiha l-fdalijiet tal-Qaddis. Il-gisem ta’ San Frangisk nhar il-25 ta’ Mejju 1230 ingieb mill-knisja ta’ San Gorg, fejn dam midfun ghal kwazi erbgha snin, ghall-Bazilka li nbiet ghall-unur tieghu. Dak in-nhar Assisi, kif jghidulna l-istorici, kienet mahnuqa bin-nies li gew biex jaghtu qima lil dan il-Qaddis tal-Paci.
Illum ghaddew madwar tmien mitt sena. Minn dak iz-zmien il-hitan tal-belt tkabbru u nbnew aktar djar u mkejjen ohra biex jilqghu l-ghadd ta' pellegrini li minn wara il-mewt ta' San Frangisk fl-1226 sallum ma waqfu qatt gejjin f'din il-Belt ta' Assisi.
F’tarf il-Belt hemm il-Sacro Convento mibni fuq ix-xewqa tal-Papa Gorgor IX li jhaddan iz-zewg Bazilki wahda fuq l-ohra li jharsu l-Qabar ta’ San Frangisk, li bhal dubbju huwa il-qalbha ta’ Assisi.. Il-Bazilka ta’ fuq bl-istil gotiku hija mdawwla u gholja tistiednek biex terfa' qalbek ‘l fuq lejn il-Mulej. Il-Bazilka t’isfel bi stil romaniku hija aktar mistika, tistiednek tinxtehed gharrobbtejk fis-skiet quddiem il-qabar tal-qaddis. Wahda tistiednek tifrah u tfahhar lil Alla, l-ohra tistiednek tingabar, thaseb u timmedita fis-skiet. It-tnejn izda, huma espressjoni ta’ l-misteru wiehed tal-fidi taghna. Il-Bazilka t’isfel “thabbar il-mewt”, waqt li il-Bazilka ta’ fuq “ixxandar bil-ferh il-Qawmien tal-Mulej sa ma jigi fil-Glorja”.
Dan is-Santwarju Frangiskan, wiehed fi tnejn, imlewwen bi lwien li hargu mill-pniezel ta’ mghallmin kbar, mhux biss joffri armonija ta’ kuluri imma wkoll joffri lok biex nitlaqghu mal-qdusija ta’ Frangisku u biex immissu b’idejna il-qalb spiritwali ta’ dan il-bniedem li ghex f’ghaqda shiha u f'armonija m’Alla, mieghu nniffsu, ma’ huti l-bnedmin u mal-hlejjaq kollha.
Frangisku Kalamita Bla dubju Assisi hija l-mira ta’ hafna nies. X’jigu jaghmlu dawn in-nies kollha? Il-motivi li jigbdu lin-nies jistghu ikunu differenti. Cert li hafna, bhal l-ghadd ta’ gruppi gappunizi, jigu Assisi minhabba li din il-belt tkun wahda mil-waqfiet fil-programm tal-vjagg turistiku taghhom. Cert ukoll li ghadd ta’ ohrajn jigu Assisi biex jammiraw is-sbuhija ta’ din il-belt. Waqt li whud jigu biex izuru s-santwarji u l-monumenti, ohrajn jigu minhabba l-interess taghhom ghall-arti u biex jammirraw l-kapolavuri ta’ l-imghallim il-kbar bhal Giotto u Cimabue. Izda cert li l-bicca l-kbira tan-nies li jzuru Assisi, jigu biex jiltaqghu ma’ San Frangisk.
San Frangisk huwa l-kalamita li jigbed dawn in-nies bla ghadd minn kull rokna tad-dinja. Jigu nies ta’ kull tip, nies tal-knisja: isqfijiet, sacerdoti u religjuzi u sorijiet. Jigu lajci: irgiel u nisa, tfal, zghazagh, nies avvanzati fiz-zmien, ghonja u fqar, nies f’sahhiethom u morda, zghar u kbar, nies minn popli, ilsien u twemmin differenti.
Profeta tal-Paci Il-Papa Gwann Pawlu II tul il-pontifikat tieghu gie Assisi sitt darbiet. L-ahhar darba gie fil-24 ta Jannar 2002. Gie hu u gieb mieghu l-kapijiet tar-religjonijiet kollha tad-dinja biex flimkien jitlobu ghal paci fid-dinja. Ghalfejn minn tant postijiet ohra l-Papa jaghzel kull darba li jigi Assisi? It-twegiba jaghtiha l-Papa nnifsu: “Niltaqghu Assisi ghax hemm kollox jitkellem dwar il-Profeta tal-Paci wahdieni li jismu Frangisku!”
Iva n-nies tigi Assisi biex tiltaqa’ ma’ dan “il-Profeta tal-Paci”. Frangisku huwa il-profeta li jitkellem linwagg kumuni li jista’ jifhmu kulhadd. Jitkellem b’mod semplici u prattiku, kliem mimli fidi, mimli tama, mimli mhabba, Kliem imhawwar bil-ferh u l-paci lejn Alla, lejn il-bniedem u lejn il-holqien kollu. In-nies tigi Assisi biex idduq ftit minn din il-paci li joffri dan il-Profeta tal-Paci.
Darba Fra Masseo, wiehed mill-ahwa tal-bidu li inghaqad ma’ Frangisku stqasa lil qaddis: “Imma ghalfejn in-nies tigri warajk?” X’inhu s-sigriet?! Naghmlu mistoqsija ahna wkoll: “X’inhu is-sigriet tal-paci li kellu Frangisku?”
Is-Sigriet ta’ Frangisku F’dan il-ftit spazju li fadal nipprova naqsam maghkom dak li fl-opinjoni tieghi kien is-sigriet li skopra Frangisku. Nipprova nghidilkom dan is-sigriet bi kliem semplici u melodjuz bit-tama li jkun jista` jifhmu kulhadd.
Is-sigriet tal-Paci hu fil-fatt li Frangisku pprova jizfen f’sintonija mal-muzika li daqqu il-Mulej. Fil-qosor dan huwa s-sigriet tal-paci u ta’ l-armonija ta San Frangisk.
Matul iz-zghozija tieghu Frangisku kien mohhu mtajjar mhedi fil-holm u l-progetti li bihom xtaq jaghmel isem u jikseb success. Kien aljenat jizfen il-muzika li kien jaghzel hu, bir-rezultat li ma kienx kwiet, lanqas kellu serhan jew paci fil-qalb tieghu bil-maqlub kien ihoss vojt u dwejjaq kbir f’qalbu. Kellu kull ma xtaq: flus, ilbies, hbieb, xalar u festi kemm ried, izda xorta kien ihoss xi haga nieqsa fil-hajja tieghu. Meta beda inqata` minn ma’ l-hbieb u biex ifittex imkejjen ta’ gabra u hin ta’ skiet wahdu beda jintebah b’muzika differenti, muzika aktar kalma, aktar sabiha u aktar armonjuza. Kienet il-Muzika tal-Mulej, li kienet hierga mill-Vangelu. Frangisku fehem mill-ewwel li dik kienet il-muzika ghalih u b’konvinzzjoni u mimli hegga ghajjat: “Dan hu li qed infittex, dan hu li rrid, din hu li nixtieq naghmel (nizfen) b’qalbi kollha!” (ara 1 Cel, 22).
Ballarin tal-Mulej Minn dak il-waqt Frangisku bidel il-pass u l-movument u beda jizfen bil-ferh u bl-imhabba f’sintonija ghar-ritmu ta’ din il-muzika gdida. Frangisku zifen u kompla jizfen bla ma jghejja b’impenn u b’fedelta`u jwettaq dak li ried Alla minnu. Bil-mod il-mod u pass wara pass Frangisku sar il-“ballarin tal-Mulej”.
Frangisku zifen hekk f’sintonija ma’ din il-musika li sar bniedem ta’ paci u ta’ armonija, qabel xejn ma’ Alla, li kien kien qed idoqqu l-muzika, mbaghad sar bniedem ta’ paci mieghu nnifsu. Aktar ma kien f’armonija ma’ Alla u mieghu nnifsu aktar beda jikseb paci ma’ hutu l-bnedmin u mal-holqien kollu, tant li kien jistieden il-Ohtu ix-Xemx u Hutu l-Qamar u l-Kwiekeb u l-hlejjaq l-ohra biex ifahhru u jizfnu mieghu ghar-ritmu tal-muzika tal-Hallieq. Bhalma Marija, il-Vergni ta’ Nazaret, li ghazlet tkun “ballarina” u li tizfen skond il-muzika tal-Mulej (ara Lq 1:38), Frangisku ghazel li jizfen kemm meta l-muzika kienet sabiha u ferrieha u kemm meta l-muzika kienet difficili u doloruza. Bhal Marija, qatt ma tilef is-serenita` u l-paci tal-qalbu. Iva dan hu is-sigriet tal-Paci ta’ San Frangisk: is-sintonija tieghu ma’ Alla.
F’sintonija mal-Mulej Il-pellegrini u n-nies li jzuru l-Qabar ta’ San Frangisk jigu biex isibu ftit farag u jiksbu ftit mill-paci ta’ dan il-qaddis. Dawn barra mill-kotba jew minn jispjegahom il-Bazilki b’mod competenti, ghandhom bzonn xi haga aktar importanti. Dawn in-nies ghandhom bzonn minn jigwidahom u jghejnhom isibu dak li qeghdin ifittxu – li hafna drabi lanqas huma stess ma jafu ezatt x’ikun qed ifittxu. Ghandhom bzonn minn jghejnhom joholqu u jsibu spazju ghas-silenzju interjuri. Huwa f’dan is-silenzju, kif gara fil-hajja ta’ Frangisku, li jistghu jisimghu s-sinfonija tal-Mulej.
Aktar ma qed jghaddi zmien aktar qed nikkonvinci ruhi li l-Mulej, id-“Direttur tal-Muzika” li daqq il-muzika lil Frangisku tmien mitt sena ilu, huwa l-istess “DJ” – biex nuza kliem li nafuh – li jdoqq il-muzika ghal kull wiehed u wahda minna llum. Din il-muzika hija muzika personalizzata.
Aktar ma qed ikolli kuntatt dirett ma’ hafna minn dawn il-pellergrini li jersqu ghas-sagrament tal-qrar jew biex jisimghu kelma ta’ farag, aktar qed ikolli cans naqsam din il-konvizzjoni maghhom. Iva kull wiehed minna huwa mistieden li jizfen il-muzika tal-Mulej. Jekk tassew noholqu dan l-ispazju u dan is-silenzju nistghu nisimghu ahna wkoll il-muzika li jridna nizfnu l-Mulej. U jekk nizfnu din il-muzika f’sintonija ma’ Alla, allura ahna wkoll insiru irgiel u nisa ta’ Paci bhal Frangisku.
Hafna drabi, izda, jigri li ahna wisq b’mohhna mifrux, stressati, nervuzi, ghejjiena u bla sahha, jonqsuna mhux biss il-paci, is-serenita` u l-armonija, imma wkoll il-hegga u l-hajra li komplu nghixu. Il-dwejjaq u l-malinkonija jsiru qieshom l-kumpanji ta’ hajjietna. Mill-hajja taghna donnhom jisparixxu l-kuluri u kollox jibda jidher griz jew iswed! Hekk gralu wkoll frangisku meta pprova jizfen ghar-rasu l-muzika li ghazel hu. Jigrilna hafna drabi li minghajr ma nintebhu inkunu qed nizfnu, imma ghal muzika zbaljata, dik mghazulha minna jew minn haddiehor, muzika li zgur mhix f’sintonija ma dik tal-Mulej. Jekk il-Mulej biex naghti ezempju, qed idoqqi t-tango u jien qed nizfen ir-rock ‘n roll, iva nkun qed nizfen imma certament mhux qed nizfen f’armonija mal-muzika tieghu. Jekk inhu hekk, bilfors li nhossuna ghajjiena! Bir-ragun kollu li nhossuna bla sahha!
Hawn is-sigriet. Jekk irridu li jkollna il-paci f’qalbna rridu bhal San Frangisk nissintonizzaw mal-muzika li qed idoqqilna l-Mulej, irridu naghmlu dak li Hu jrid minna. Din hija l-muzika personalizzata.
Kif naghraf il-Muzika? Hafna jistaqsu: “Imma kif inkun naf il-muzika li rrid nizfen?” Hija mistoqsija f’lokha! It-twegiba hija semplici. Ahna ghandna habbta li nikkomplikaw l-affarijiet. Semplici, l-muzika personalizzata tikkonsisti f’dak kollu li ghandi naghmel matul il-gurnata. Dak li ghandi naghmel minnu niftah ghajnejja filghodu sakemm nerga` naghlaqhom biex norqod bil-lejl hija l-Muzika. Dak li naghmel tul dan l-ispazju ta’ hin, flimkien ma’ dak li jigri bla ma nkun qed nistenna, huwa dak li jkun irid minni l-Mulej. Is-sigriet qieghed li dak li naghmel irid naghmlu f’ghaqda mal-Mulej u rrid naghmlu bl-ingredjanti kollha mehtiega: jigifieri bl-imhabba, b’impenn, bil-fedelta`, b’lejalta` u b’sens ta’ dover u servizi lejn l-ohrajn. Jekk dan mbaghad ikun inhawwruh bi ftit entuzjazmu u hegga, bi ftit ferh u tbissim u bi ftit cajt ikollna cert kull ma hu mehtieg biex dak li naghmlu jhalli toghma tajba – il-paci tal-qalb.
Jien nemmen li jekk tassew kull wiehed u wahda minna jimpennja ruhiu u jipprova jizfen il-muzika tieghu b’dan il-mod, allura ahna wkoll insiru strumenti tal-paci fi zmienna bhalma San Frangisk kien strument tal-Paci fi zmienu.
Minndu skoprejt dan is-sigriet, skoprejt li ma nistax inzommu ghalija wahdi. Qed nipprova naqsmu ma’ kull pellegrin li jigi hawn f’Assisi. Qed nipprova nistieden lil kull minn niltaqa` mieghu biex jizfen f’armonija mal-muzika li jdoqqlu l-Mulej. Niehu l-okkazjoni biex nistieden lilek ukoll. Izfen inti wkoll! Nixtieq u nitlob ghalik biex inti u tizfen thoss il-Paci tal-qalb li hass Frangisku ta’ Assisi. Il-Mulej jaghtik il-Paci. Fr Thomas Calleja OFMConv. huwa Membru tal-Komunità tas-Sacro Convento f’Assisi. Dan l'artiklu deher fil-Habbâr ta' Sant'Antnin Nru 10 ' Frar 2003 |
Frangisku Ballarin tal-Mulej
Is-sigriet tal-Paci ta’ San Frangisk hu li pprova jizfen f’sintonija mal-muzika li daqqu il-Mulej. Fil-qosor dan huwa s-sigriet tal-paci u ta’ l-armonija ta' Frangisku.
|