San Frangisk  - artikli  

 

 werrej|>>


Frangisku - Mudell tad-Dixxiplu


Kitba ta' Fr Thomas Calleja OFMConv


Frangisku:

Bniedem ta’ Penitenza


Il-Mulej tani l-grazzja li nibda naghmel il-penitenza

(Testment, 1)

 

Wara l-esperjenza ta’ zghozija mqallba u girja shiha wara x-xewqa ghas-success, ghana u l-gid li joffru l-hwejjeg tad-dinja, Frangisku kien imnebbah mill-Ispirtu biex jiskopri l-misteru ta’ l-Imhabba ta’  Alla.

 

Wara l-laqgha tieghu ma’ l-imgiddem, saret bidla kbira fih.  Sar qiesu bniedem iehor.  Beda l-mixja tieghu wara Kristu,  ma baqax jadura lilu nnifsu, imma beda jfittex li jkun dak il-bniedem li Alla riedu jkun.  Wara li neza’ minn kollox, beda l-avventura tieghu bhala dixxiplu fl-iskola ta’ l-Imghallem Gesù.  Hajtu kollha issa saret mixja wahda, immexxija minn xewqa wahda – dik li jsir jixbah lil Kristu f’kollox.


Frangisku:

Bniedem tal-Vangelu


Il-Mulej innifsu nebbahni li kelli nghix skond il-Vangelu

(Testment, 14)

 

Li jghix il-hajja tal-Vangelu kienet il-karizma specjali li Frangisku rcieva minghand il-Mulej.  Il-Vangelu sar il-pedament tal-hajja Frangiskana kollha kemm hi.  Matul il-hajja tieghu “ta’ penitenza”, Frangisku fittex li jkollu familjarità ma’ Gesù permezz tal-Vangelu.  Fil-Vangelu Frangisku sab l-ispirazzjoni, d-direzzjoni u l-iskop ta’ l-istess hajja tieghu.  Fuq kollox fil-Vangelu Frangisku ltaqa’ ma’ l-istess persuna ta’ Alla-Bniedem – Gesù Kristu.

 

Ferhan b’din is-sejba, Frangisku ppropona l-Vangelu bhala “r-regola u l-hajja” ghalih nnifsu u ghall-fraternità tieghu.  Il-Vangelu sar it-triq jew ahjar il-rigla tal-hajja,  Ir-rizultat ta’ din il-laqgha mal-Bxara it-Tajba ghal Frangisku kien il-hajja tal-Perfezzjoni Evangelica li beda jghixu hu u dawk li hallew kollox biex jimxu fuq il-passi tieghu.

 


Frangisku:

Bniedem fqir u umli


Thabtu biex timxu fuq l-umiltà u l-faqar

tal-Mulej taghna Gesù Kristu.

(Regola mhux Bullata, 9)

 

L-imitazzjoni ta’ Kristu fqir u umli li wettaq Frangisku hija mfissra u migbura fl-istess isem li ried li bih jissejjhu l-ahwa –“fratrum minorum” (= l-ahwa z-zghar).  L-ahwa li huma msejha biex ighixu f’ghaqda shiha ma’ Alla, ma’ huthom irgiel u nisa, mad-dinja u maghhom innfushom.  Fil-fatt Frangisku ghallem lil hutu x’inhi l-minorità bil-hajja tieghu stess u bil-mod li gabu ruhu u ghex fosthom.  Riedhom isiru ahwa ta’ xulxin, qaddejja ta’ dawk li huma inqas u ifqar minnhom, bla ma jixtiequ setghat jew unuri, imma bil-maqlub billi jfittxu li jkunu zghar u qaddejja li jaqdu u jaqsmu kollox u jghixu fl-ghaqda shiha bejntiehom u ma’ kulhadd.

 

Waqt li bla jaqta’ kien jimmeditat fuq il-kliem tal-Mulej, li huma “spirtu u hajja”, Frangisku beda jifhem li l-hajja u l-missjoni tal-Mulej Gesù fid-dawl tal-misteru tal-kenosis – jigifieri fic-cokon u fl-umiltà li ghazel Gesù meta sar bniedem bhalna. 

 

Fil-misteru u fl-umiltà ta’ l-Inkarnazzjoni Frangisku tghallem l-imhabba kbira ta’ Alla lejn il-bnedmin meta taghna lil Ibnu biex isir bniedem bhalna.  U mhux biss, imma li ried jiftaqar u jsir l-ifqar fost il-fqar. 

 

Fil-misteru tal-Passjoni, imbaghad Frangisku tghallem il-lezzjoni ta’ l-ubbidjenza ta’ Gesù,li kien ubbidjenti sal-mewt anzi sal-mewt tas-Salib.  Gesù li ma warrabx wiccu ghat-tajjir, ghall-ugigh, ghall-umiljazzjoni u ghall-abbandun, imma li ghannaq dan kollu ghall-Fidwa taghna.

 

Minn dan kollu Frangisku tghallem u fehem li din l-imhabba ta’ Alla hija dejjem prezenti f’kull celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija fejn il-Mulej ta’ l-Univers kollu jinheba taht id-dehra umli tal-Hobz ghas-salvazzjoni taghna.

 


Frangisku:

bniedem ta’ talb.


Ixxenqu li jkollkom l-Ispirtu tal-Mulej

u l-mod qaddis li bih kien jahdem

u li titolbuh dejjem b’qalb safja

(Regola Bullata, 10)

 

Waqt li jimxi wara Kristu, li b’mod umli u b’tant imhabba sar wiehed bhalna, Frangisku skopra xi jfisser tkun iben ta’ Missierna tas-sema.  Kif jghid: “O kemm hija haga glorjuza! Kemm hija haga qaddisa u kbira li jkollok Missier fis-sema!”.  Frangisku aktar ma kien jahseb li kien mahluq minn Alla, aktar kien jara kollox bhala don, rigal u grazzja minghand il-Hallieq. Aktar ma kien konxju minn dan aktar kien ihoss li ghandu jfahhar lil Alla.

 

Hajtu saret bhal storja ta’ Missier li stieden lil Frangisku biex jaqsam mieghu l-istess hajja flimkien ma’ l-Iben u ma’ l-Ispirtu s-Santu.  Kienet storja ta’ hajja fl-ghaqda mat-Trinità. Hajja ta’ talb, ta’ djalgu u ta’ ghaqda ma’ Alla, li sejjahlu.  Frangisku sar protagonist ta’ din l-istorja.  Sar bniedem ta’ talb, anzi aktar minn hekk: sar hu stess talba.

 

Aktar ma kien maghqud ma’ Alla, aktar kienet tikber fih l-imhabba lejn hutu l-bnedmin – kemm irgiel u kemm nisa u kienet tikber fih ix-xewqa tas-salvazzjoni ghal kull wiehed u wahda minnhom, B’dan il-mod Frangisku kien imhejji biex jintbaghat, kif intbaghat Gesù stess, mill-Missier biex ikun lehen profetiku fil-Knisja u fis-socjetà ta’ zmienu.

 


Frangisku:

Bniedem ta’ kulhadd


Il-Mulej tani l-ahwa

(Testment, 14)

 

Frangisku kien ikejjel kollox bir-riga ta’ l-Imhabba tal-Vangelu.  Ghalhekk bhalma ghamel Gesù, Frangisku kien iwissi u jheggeg lill-ahwa biex ihobbu wiehed lill-iehor, biex jistmaw u jirrispettaw ‘l xulxin, biex juru mhabbithom ghal xulxin bil-fatti u biex f’kull post u f’kull sitwazzjoni, ikollhom tassew u juru spirtu ta’ ahwa u hbieberija bejniethom. B’dan il-mod dawk kollha li jmorru ghandhom jkunu milqughha bl-imhabba.

 

F’kull bniedem Frangisku skopra x-xbieha ta’ Gesù, li fl-inkarnazzjoni tieghu ghamel lilu nnifsu huna.  Frangisku kien miftuh ghal kulhadd u sar fi zmienu l-appostlu tal-paci u tal-fraternità.  Hadem flimkien ma’ hutu l-patrijiet biex jaqdi lil  imgiddma fid-djar u l-isptarijiet taghhom, hadem fl-eghlieqi biex jaqla’ l-hobzna ta’ kuljum b’xoghol idejh.  Gieb il-paci bejn il-mexxejja civili u ekklesjastici ta’ zmienu u habbar il-paci, il-fraternità u r-rikonciljazzjoni shiha fil-Mulej ma’ kullimkien.  Frangisku qies lil kull hlejjaq bhala hutu, mhux il-bnedmin biss, imma sahansitra l-holqien kollu. Infatti lix-Xemx, il-qamar, il-kwieken, in-nar u l-ilma sejhilhom hutu.

 


Frangisku:

Bniedem kattoliku.


Kunu dejjem suggetti u ghamlu

dak li trid il-Knisja mqaddsa

(Regola Bullata, 12)

 

Sa mill-bidu ta’ l-esperjenza religjuza tieghu Frangisku wera’ li kien “Kattoliku u tassew bniedem appostoliku”.  Ried jghix bis-shih l-ghaqda tieghu mal-Knisja, l-Papa u l-isqfijiet. Ried li r-Regola tieghu tkun mwettqa mill-Knisja, kien jghid l-Ufficcju Divin skond ir-riti tal-Knisja Rumana, u rcieva l-mandat mill-Knisja  biex ihabbar l-indiema u l-konverzjoni lil kulhadd.  Bl-umiltà kollha Frangisku wieghed rispett lil awtorità ta’ Knisja u qabel miet mill-gdid talab lill-hutu l-patrijiet biex jibqghu dejjem fidili lejn il-Knisja, lejn il-Papa u lejn il-Vangelu.

 

Frangisku fehem li kien ircieva “il-kliem ifewwah tal-Mulej” u l-Ewkaristija minghand il-Knisja. Kien iweggah u jqim lit-teologi tal-Knisja bhala dawk li jaghtina “spirtu u hajja”. Kellu imhabba ghamja lejn is-sacerdoti. Sa mill-bidunett Frangisku, “l-Habbâr tas-Sultan il-Kbira” flimkien ma’ hutu l-patrijiet mhux biss kienu jiehdu sehem fil-hajja tal-komunità ekklezzjali, izda wkoll kienu jippartecipaw bil-hegga u b’dedikazzjoni fil-hidma appostolika tal-Knisja u jkomplu b’sehemhom il-hidma ta’ Kristu nnifsu.

 


Frangisku:

Bniedem Appostoliku


Il-Mulej ma sejhilnix ghalina nnfusna biss

imma wkoll ghas-salvazzjoni ta’ l-ohrajn.

(Furetti, XVI)

 

Frangisku fehem is-sejha tieghu mis-smiegh tal-Kelma ta’ Alla meta kien qed jiehu sehem fil-quddiesa fil-knisja ckejka tal-Porziuncola.  “Id-diskors missjunarju” li sama’ dak in-nhar fil-Vangelu tah l-imbuttatura biex imur mad-dinja kollha biex ixandar l-indiema bi ftit kliem u semplici.

 

Fil-herqa li kellu biex ixandar it-tjieba tal-Mulej lil kulhadd, Frangisku sar tassew appostlu itineranti tal-Vangelu b’mod li ma kienx ihossu tassew habib ta’ Alla kemm-il darba ma jhobbx l-erwieh ta’ dawk li huma mahbubin mill-Mulej innifsu. Kif ghamel Gesù, Frangisku baghat il-patrijiet tieghu tnejn tnejn fid-dinja biex ixandru l-Bxara t-Tajba u meta l-ghadd ta’ l-ahwa kiber kiber ukoll l-appostolat u l-patrijiet ta’ Frangisku qasmu l-bahar u marru ‘l hinn mill-muntanji ta’ l-Italja biex ixandru l-Vangelu bhala l-appostli l-godda ta’ Kristu.

 

Frangisku ghal aktar minn darba pprova jmur qalb is-Saraceni u fost dawk li ma jemmnux sakemm fl-ahhar irnexxilu jasal quddiem is-Sultan ta’ l-Egittu biex jitkellem mieghu dwar Kristu u l-Vangelu tieghu.

 

Frangisku ppropona lill-patrijiet li b’ispirazzjoni divina jitolbu biex imorru fl-artijiet tal-missjoni zewg modi kif ihabbru l-Vangelu: l-ewwel permezz ta’ l-ezempju u bix-xhieda ta’ hajja taghhom billi jhobbu lil xulxin u jevitaw li jkollhom xi jghidu bejniethom u t-tieni permezz tat-thabbir billi jitkellmu kull meta l-Mulej Alla jghatihom il-grazzja li jaghmlu dan.

 


Frangisku:

Bniedem ta’ l-Ispirtu, u Bin Marija


Lejn Omm Gesù, Frangisku kellu imhabba li ma titfissirx,

ghax Marija kienet dik li ghamet lil Mulej tal-Glorja huna.

(2 Celano, 198)

 

Il-hajja ta’ Frangisku ma kienetx biss bandla bejn it-talb u l-azzjoni, bejn zmien ghall-Mulej u zmien ghas-servizz appostoliku, imma kien hajja kollha kemm hi mghaquda ma’ Alla u dejjem miftuha ghall-Ispirtu.  L-ispirtu kien ghal Frangisku “l-Gharus tar-ruh”. Frangisku fehem dan aktar ma kienet tikber fih id-devozzjoni lejn Marija Omm Gesù.

 

Frangisku kien isejjah lil Marija bhala “l-Gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu”.  Marija kienet tghin lil patrijiet biex jiskopru l-istess misteru divin gewwa fihom permezz tat-talb u l-kontemplazzjoni.  Frangisku kien jghid lill-hutu u lill-fidili kollha bil-fomm u bil-kitba, li bhalma Marija nislet lil Binha Gesù bil-hidma ta’ l-Ispirtu s-Santu hekk ukoll huma jsiru ommijiet tal-Mulej Gesù Kristu meta jgorruh fil-qalb taghhom u f’gisimhom permezz ta’ l-imhabba u permezz ta’ kuxjenza safa u sincera u jnissluh permezz ta’ l-opri tajba taghhom.

 

 werrej|>>


Kitba ta’ Fr Thomas Calleja migbura mid-Direttorju Generali ghall-Formazzjoni tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali


Frangisku

Mudell

tad-Dixxiplu