Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Ufficcju tal-Passjoni


Dawn huma s-salmi li Missierna Frangisku, l-aktar qaddis, gabar b’qima, b’tifkira u tifhir tal-Passjoni tal-Mulej. Dawn jinghadu matul kull siegha tal-jum u f’siegha matul il-lejl. Dawn jibdew mill-Kompieta ta’ Hamis ix-Xirka, ghax f’dak

il-lejl il-Mulej taghna Gesù Kristu kien michud u mehud arrestat. San Frangisk kien jghid dan l-Ufficcju b’dan il-mod: l-ewwel kien jghid it-talba li l-Mulej u Mghallem taghna ghallimna: Missierna l-aktar qaddis…" bit-­tifhir  "Qaddis, qaddis qaddis" kif inuma mitkuba. Fi tmiem it-talba ta’ tifhir bit-talb li hemm fl-ahhar, kien jghid din l-antifona:  “Qaddisa Vergni Marija”. L-ewwel kien jghid is-Salmi ta’ Marija qaddisa, imbaghad kien jghid is-salmi l-ohra li kien jaghzel. U fi tmiem ta’ kull salm li kien jghid, kien jghid is-salmi tal-Passjoni. Fi tmiem l-ahhar salm, kien jghid l-antifona: “Qaddisa Vergni Marija” Fi tmiem ta’ l-antifona, l-ufficcju kien jintemm.

 

L-Ewwel Parti:

Ghat-Tridu tal-Gimgha Mqaddsa

u ghall-Jiem ta’ Matul il-Gimgha tul is-Sena Kollha.

 

Kompieta

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (1)

1. O Alla, il-hajja tieghi jien qghedt quddiemek:

int gmajt id-dmugh tieghi quddiemek (Salm 56:8-9).

2. L-eghdewwa tieghi hsiebhom kif jaghmluli l-hsara (Salm 56:8):

u ftiehmu flimkien bejniethom kontrija (Salm 70:10)

3. hallsuni ghal gid bid-deni,

u ghal imhabbti bil-mibeghda (Salm 108:5).

4. Ghad li jien habbejthom, huma jixluni

imma jiena bqajt nitlob (Salm 108:4).

5. Missier Qaddis (Gw 17:11), Sultan tas-sema u l-art,

la titbighedx minni: ghax il-hemm wasal fuqi

u ma hawn hadd min jghinni (Salm 21:12).

6. Ha jerghu lura l-ghedewwa

kull darba li jien insejjahlek:

ghax issa naf li int Alla tieghi (Salm 55:10).

7. Hbiebi u shabi mill-mard tieghi jitgerrxu

qrabati jzommu ’l boghod minni (Salm 38:12).

8. Hadtli ’l hbiebi ’l boghod minni

ghamiltni haga tal-ghajb ghalihom:

ghalquni minn kull naha, ma nistax nohrog (Salm 89:9).

9. Missier Qaddis (Gw 17:11),

twarrabx minni l-ghajnuna tieghek:

Alla tieghi, fittex ghinni (Salm 70:12).

10. Fittex ghinni:

Mulej, Alla tas-salvazzjoni tieghi (S 37,23).

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-­bidu, issa u dejjem u jibqa’ ghal dejjem. Amen.

 

Antifona:

 

1. Qaddisa Vergni Marija

minn fost in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek.

2. Int il-bint u l-qaddejja

tas-Sultan il-Kbir

l-aktar gholi u tal-Missier tas-sema,

int l-omm tal-Mulej Qaddis taghna Gesù Kristu,

int l-gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu.

3. Itlob ghalina

ma’ San Mikiel Arkanglu

u mal-qawwiet kollha tas-sema

u mal-qaddsin kollha

Lill-ghaziz Ibnek l-aktar Qaddis,

Mulej u Mghallem taghna.

Glorja lill-Missier u lill-Iben

u lill-Ispirtu s-Santu,

Kif kien fil-bidu, issa u dejjem,

u jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem

Amen.

 

Innota li din l-antifona tinghad f'kull siegha u tinghad minflok l-antifona, il-kapitlu, l-innu, il-versett u t-talba kemm waqt il-Matutin u kemm fis-sighat l-ohra. San Frangisk ma kienx jghid aktar f’dawn is-sighat, hlief din l-antifona bis-salmi taghha. Fit-tmiem ta’ l-Ufficcju San Frangisk kien jghid din it-talba:

 

Talba

 

Ejjew inbierku ’l-Mulej, Alla haj u veru:

u ejjew naghtuh dejjem

tifhir, glorja, gieh, barka, u kull tjieba.

Amen. Amen. Hekk ikun. Hekk ikun.

Matutin

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (2)

1. Mulej, Alla tas-salvazzjoni tieghi:

bin-nhar u bil-lejl jiena nitniehed quddiemek (Salm 87:2).

2. Ha tasal it-talba tieghi ghandek:

aghti widen ghat-talb tieghi (Salm 87:3).

3. Hu hsieb ruhi u ehlisha:

ehlisni minhabba l-ghedewwa tieghi (Salm 68:19).

4. Ghax int kont li nissiltni minn guf ommi,

inti t-tama tieghi sa minn hdan ommi:

intlaqt f’idejk sa minn guf ommi (Salm 21:10).

5. Sa minn guf ommi, int Alla tieghi:

la titbighedx minni (Salm 21:11).

6. Inti taf bit-tkasbir u l-misthija

u l-ghajb tieghi. (Salm 68:20).

7. Dawk li jhabbtuni jinsabu quddiemek

u qalbi tistenna tkasbir u niket.

8. Stennejt lil xi hadd li jaqsam id-djieq mieghi,

u ma kien hemm hadd:

xi hadd biex ifarragni, u ma sibt lil hadd (Salm 68:21).

9. O Alla, il-hziena qamu ghalija,

u fittxew jeqirduli hajti fil-gemgha tas-setghana

u ma qeghdux lilek quddiem ghajnejhom.

10. Jiena maghdud ma’ dawk li nezlin fil-hofra:

sirt qisni bniedem bla ghajnuna,

niggerra fost il-mejtin (Salm 85:5-6).

11. Inti Missieri l-aktar Qaddis:

Sultan tieghi u Alla tieghi (Salm 43:5).

12. Fittex ghinni:

Mulej, Alla tas-salvazzjoni tieghi (Salm 37:23).

 

Prima

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (3) 

1. Henn ghalija, O Alla, henn ghalija:

ghax fik ittamat ruhi.

2. Ghad-dell ta’ gwenhajk nistkenn

sakemm jghaddi l-hemm minn fuqi (Salm 56:2).

3. Insejjah lil Alla l-gholi,

lil Alla li jiehu hsiebi (Salm 56:3).

4. Jibghat mis-sema jsalvani

u jitfa’ fil-ghajb lil min jghaffigni.

5. Jibghat Alla t-tjieba u l-fedeltà tieghu:

hu hataf lil hajti (Salm 56:4)

mill-ghedewwa l-aktar b’sahhithom

u minn dawk li joboghduni:

ghaliex kienu b’sahhithom aktar minni (Salm 17:18).

6. Hejjew xibka fil-moghdija tieghi:

u lwew lir-ruhi (Salm 56:7).

7. Haffruli hofra quddiemi:

izda huma waqghu fiha (Salm 56:7).

8. Shiha qalbi, o Alla, shiha qalbi:

ha nghanni u ninseg ghanja: (Salm 56::8).

9. Qum, ruh tieghi, qum arpa u cetra:

Ha nqajjem sbih il-jum! (Salm 56:9).

10. Infahhrek, Mulej, fost il-popli:

nghannilek f’nofs il-gnus(Salm 56:10).

11. Ghax sas-smewwiet toghla l-hniena tieghek:

u sas-shab is-­sewwa tieghek (Salm 56:11)

12. Ghax m’oghla s-smewwiet, is-sebh tieghek,

o Alla, uri l-glorja tieghek fuq l-art kollha (Salm 56:12).

 

Innota li dan is-salm jinghad dejjem fil-Prima.

 

Terza

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (4) 

1. Ikollok hniena minni, O Alla,

ghax qed ikasbruni l-bnedmin:

il-jum kollu jaghmlu ghalija u jaghfsu fuqi (Salm 55:2).

2. Il-jum kollu jkasbruni l-ghedewwa tieghi

ghax hafna huma dawk li jehduha mieghi (Salm 55:3).

3. L-ghedewwa tieghi kollha jhasbu dak li hu hazin ghalija:

u fasslu pjan qarrieq kontrija (Salm 40:8-9).

4. Dawk li kienu jharsuli ’l hajti:

qed ixewxu lil xulxin kontrija (Salm 70:10).

5. Johorgu barra:

u jfesfsu bejniethom kontrija (Salm 40:7).

6. Dawk kollha li rawni, jidhku bija:

jghajbuni u jharrku rashom (Salm 21:8) .

7. Jien dudu ta’ l-art u mhux bniedem:

zeblih tan-nies u tkasbir tal-poplu (Salm 21:7).

8. Minhabba l-ghedewwa tieghi kollha,

jien sirt haga ta’ min ikas­barha:

jitwerwru l-girien tieghi

u min jafni jibza’ minni (S 30:12).

9. Missier Qaddis (Gw 17:11),

la tbeghedx minni l-ghajnuna tieghek:

qawwa tieghi fittex ghinni! (Salm 21:20).

10. Fittex aghtini l-ghajnuna:

Mulej Alla tas-salvazzjoni tieghi (Salm 37:23).

 

Sesta

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (5)

1. B’lehen qawwi lill-Mulej insejjah:

b’lehen qawwi lill-Mulej nitlob (Salm 141:2).

2. Inressaq quddiemu t-tnehid tieghi,

id-dwejjaq tieghi quddiemu nqieghed (Salm 141:3).

3. X’hin ruhi go fija tinfena

int tkun taf minn xiex ghaddej (Salm 141:4).

4. Fit-triq li fiha nimxi

huma hbew nassa ghalija(Salm 141:4) .

5. Harist fuq il-lemin biex nara:

jekk hemm xi hadd li jaghti kasi

6. M’hemmx mnejn nista’ nahrab:

m’hemm hadd li jiehu hsiebi (Salm 141:5).

7. Ghaliex minhabba fik qed nilqa’ t-tmaqdir:

u l-misthija tiksili wicci (Salm 68:8).

8. Sirt barrani ghal huti:

ulied ommi ma jaghrfunix (Salm 68:9).

9. Missier Qaddis (Gw17:11),

il-hegga ghal darek fnietni:

u t­-tghajjir ta’ min jghajjar lilek waqa’ fuqi (Salm 68:10).

10. Inghaqdu flimkien jifirhu kontrija:

bla ma naf ghaliex jahbtu ghalija

u bla heda jtertquni (Salm 34:15).

11. Dawk li ghal xejn joboghduni

huma izjed mix-xaghar ta’ rasi.

12. Dawk li bil-gideb jixluni

huma b’sahhithom aktar minn ghadmi,

gaghluni nrodd dak li ma sraqtx (Salm 68:5).

13. Iqumu xhieda qarrieqa kontrija:

jistaqsuni dak li ma nafx (Salm 34:11).

14. Bid-deni ghall-gid ihallsuni, qerduli ruhi (Salm 34:12),

u gidbu fuqi:

u dan ghax nimxi sewwa (Salm 37:21).

15. Int Missieri l-Aktar Qaddis:

Sultan u Alla tieghi (Salm 43:5).

16. Fittex ghinni:

Mulej Alla tas-salvazzjoni tieghi (Salm 37:23).

 

Nona

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (6)

1. Intom ilkoll li ghaddejjin mit-triq:

ieqfu u araw hawnx niket bhan-niket tieghi (Lam 1:12).

2. Ghax qabda klieb daru ghalija,

gemgha nies hziena rassewni (Salm 22:17).

3. B’ghajnejhom fuqi jharsu lejja,

hwejgi jaqsmu bejniethom,

qatghu x-xorti ghall-ilbies tieghi (Salm 22:18-19).

4. Taqqbuli idejja u riglejja:

u nista’ nghodd ghadmi kollu (Salm 22:17-18).

5. B’halqhom miftuh ghal fuqi

bhal iljun li jahtaf u jghajjat (Salm 22:14).

6. Ninsab bhall-ilma msawwab,

ghandi ghadmi maqlugh kollu.

7. Qalbi bhal xemgha,

iddub gewwa fija,

qed tinhall f'nofs il-gewwieni tieghi.

8. Halqi niexef bhal caqqufa,

ilsieni mwahhal ma’ hnieki (Salm 22:15).

9. Tawni b’ikel il-velenu:

sqewni l-hall meta kont bil-ghatx (Salm 22:22).

10. Ninsab mitfuh fuq trab il-mewt (Salm 22:16):

u zdiduli l-griehi man-niket tieghi (Salm 68:27).

11. Jiena rqadt u qomt (Salm 3:6)

u l-Missieri l-Aktar Qaddis laqaghni bil-glorja (Salm 72:24).

12. Missier Qaddis (Gw 17:11),

int irfajt f’idejk leminti:

mexxejtni int skond ir-rieda tieghek (Salm 72:24).

13. Ghax lil minn ghandi fis-sema hliefek,

u meta ghandi lilek x’jonqosnu fuq l-art? (Salm 72:25).

14. Bizzejjed; kunu afu li jiena Alla

gholi fuq il-gnus, gholi fuq l-art (Salm 45:11).

15. Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Israel (Lq 1:68),

li feda ruh il-qaddejja tieghu

b’Demmu l-aktar qaddis tieghu:

u li ma jitlaq qatt lil dawk kollha li jittamaw fih (Salm 33:23).

16. U nafu li jigi: ghax ghad jigi

biex jaghmel il-haqq bil­-gustizzja (S 95:13).

 

Ghasar

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (7)

1. Popli kollha capcpu idejkom:

ghajtu b’lehen ta’ ferh lil Alla! (Salm 47:2).

2. Ghax il-Mulej l-Gholi hu tal-biza’:

Sultan kbir fuq l-­art kollha (Salm 47:3).

3. Ghax il-Missier Qaddis tas-sema,

Sultan taghna qabel iz-zminijiet:

baghat ’l Ibnu l-ghaziz mill-gholi,

u gieb il-fidwa fuq din l-art (Salm 73:12).

4. Ha jifirhu s-smewwiet, u tithenna l-art!

Ha jhabbat il-bahar u kull ma fih!

Ha jifrah ir-raba’ u kull ma fih! (Salm 96:11-12).

5. Ghannu lill-Mulej ghanja gdida:

ghannu lill-Mulej fl-art kollha (Salm 96:1).

6. Ghax kbir il-Mulej, u ta’ min ifahhru hafna:

tal-biza’ aktar mill-allat kollha (Salm 96:4).

7. Aghtu lill-Mulej, familji tal-popli

aghtu lill-Mulej sebh u qawwa:

aghtu lill-Mulej is-sebh ta’ ismu (Salm 96:7-8).

8. Offru ’l gisimkom u gorru s-Salib imqaddes tieghu:

u imxu fuq il-kmandamenti mqaddsa tieghu sa l-ahhar (Lq 14:27; 1Pt 2:21).

9. Ha titrieghed quddiemu l-art kollha:

ha jghidu fost il-gnus li l-­Mulej

saltan minn fuq is-sigra tas-salib (Salm 96:9-10).

 

L-Ufficcju jinghad sa hawn kuljum mill-Gimgha l-Kbira sal-festa ta’ Tlugh il-Mulej fis-Sema. F’din il-Festa ta’ l-Axxensjoni, jizdiedu dawn il-vrus:

10. U tela’ s-Sema:

u qieghed fil-lemin tal-Missier l-aktar qaddis fis-sema,

oghla ’l fuq mis-smewwiet, O Alla!

Uri l-glorja tieghek fuq l-art kollha! (Salm 57:12).

11. U nafu li gie u jerga’ jigi:

biex jaghmel haqq bil-gustizzja.

 

 

Innota li minn Tlugh il-Mulej fis-Sema sa l-Avvent tal-Mulej jinghad kuljum dan is-salm bl-istess mod: jigifieri: ”Popli kollha capcpu idejkom…" bil-versetti ta’ qabel u l-"Glorja l-Missier…" tinghad fit-tmiem tas-salm jigifieri bil-kelmiet "biex jaghmel haqq bil-gustizzja...”

 

Innota li s-salmi ta’ qabel jinghadu mill-Gimgha l-Kbira sa Nhar l-Ghid il-Kbir. Jinghadu bl-istess mod mill-Ottava ta’ Pentekoste sa l-Avvent tal-Mulej, u mill-Ottava ta’ l-Epifanija sa Nhar l-Ghid il-Kbir, minbarra l-Hdud u l-Festi principali, li fihom ma jinghadux. Fil-jiem l-ohra, izda, jinghadu kuljum.

 

It-Tieni Parti

Ghal Zmien l-Ghid il-Kbir

F’Sibt il-Ghid, jigifieri fi tmiem il-jum tas-Sibt

 

Kompieta

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (8) 

1. O Alla, ejja ehlisni:

Mulej, fittex ghinni.

2. Ha jisthu u jinfixlu:

dawk li jridu jnehhuli hajti.

3. Ha jergghu lura mhawda

dawk li jifirhu bid-deni tieghi.

4. Ha jergghu lura kollhom misthija:

dawk li jiddiehku bija.

5. Ha jithennew u jifirhu bik

dawk kollha li jfittxuk:

u jghidu dejjem "Kbir hu Alla,”

dawk li jhobbu s-salvazzjoni tieghek.

6. Imma jien fqajjar u msejken:

o Alla, fittex ghinni!

7. Inti l-ghajnuna u l-hellies tieghi,

iddumx ma tghinni, Mulej (Salm 70:2-6).

 

Dan is-salm jinghad kuljum fil-Kompieta sa l-Ottava ta’ Pentecoste.

 

Matutin ta’ Hadd il-Ghid

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (9)

1. Ghannu ’l-Mulej ghanja gdida:

ghax ghamel hwejjeg tal-­ghageb

2. Il-leminija tieghu u d-driegh imqaddes tieghu:

issagrifikaw l-Iben ghaziz tieghu (Salm 98:1).

3. Il-Mulej gharraf is-salvazzjoni tieghu:

f’ghajnejn il-gnus wera l-gustizzja (Salm 98:2).

4. Dak in-nhar il-Mulej jurini l-hniena tieghu:

u mal-lejl dwiet il­-ghanja tieghu (Salm 42:9).

5. Dan hu l-Jum li ghamel il-Mulej:

ha nifirhu u nithennew fih (Salm 118:24).

6. Imbierek min gej f’isem il-Mulej:

il-Mulej hu Alla, hu d-dawl taghna (Salm 118:26-27).

7. Ha jifirhu s-smewwiet u tithenna l-art;

ha jhabbat il-bahar u kull ma fih,

ha jifrah ir-raba’ u kull ma fih. (Salm 96:11-12).

8. Aghtu lill-Mulej, familji tal-popli,

aghtu lill-Mulej sebh u qawwa,

aghtu lill-Mulej is-sebh ta’ ismu (Salm 96:7-8).

 

L-ufficcju jinghad kuljum sa dan il-punt minn Hadd il-Ghid sal-festa ta’ Tlugh il-Mulej fis­-Sema f’kull siegha barra fl-Ghasar, fil-Kompieta u fil-Prima. Fil-lejl ta’ Tlugh il-Mulej jizdiedu dawn il-versi:

 

9. Slaten ta’ l-art, ghannu lil Alla:

fahhru bid-daqq lill-Mulej tieghi (Salm 68:33).

10. Fahhru bid-daqq lil Alla

lil dak li tela’ ’l fuq mis-smewwiet:

lejn il-Lvant (Salm 68:33-34).

11. Arawh!, sa jsamma’ lehnu, lehen qawwi:

aghrfu l-qawwa ta’ Alla.

Fuq Israel il-kobor tieghu,

fis-smewwiet il-qawwa tieghu (Salm 68:34-35).

12. Tal-biza’ Alla fis-santwarju tieghu,

hu Alla ta’ Israel,

li jaghti l-qawwa u hila lill-poplu tieghu.

Imbierek Alla! (Salm 68:36).

Glorja lill-Missier u lill-Iben

u lill-Ispirtu s-Santu,

Kif kien fil-bidu, issa u dejjem,

U jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem.

Amen.

 

Innota li dan is-salm jinghad kuljum minn Tlugh il-Mulej fis-Sema sa l-Ottava ta’ Pentekoste, u jinghad mal-versetti ta’ hawn fuq fil-Matutin, Terza, Sesta u Nona, il-”Gloria lill-Missier…” tinghad biss wara li jinghad “Imbierek Alla!”

 

Innota wkoll li jinghad bl-istess mod biss waqt il-Matutin tal-Hdud u l-festi principali, mill-Ottava ta’ Pentekoste sa Hamis ix-Xirka, ghax dak in-nhar il-Mulej ghamel l-Ikla tal-Ghid mad-dixxipli tieghu jew jista’ jinghad salm iehor, waqt il-Matutin jew waqt l-Ghasar, kif wiehed jixtieq. Is-salm ikun: "Infahhrek, Mulej…" kif jinstab fis-Salterju,  u dan jinghad minn Hadd il-Ghid sat-Tlugh tal-Mulej fis-Sema. U mhux aktar.

 

Prima 

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

Salm: Jinghad Salm 3 

“Henn ghalija, O Alla, henn ghalija…”

 

Terza, Sesta, Nona 

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

Salm: Jinghad Salm 9

“Ghannu 'l-Mulej ghanja gdida…”

 

Ghasar

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

Salm: Jinghad Salm 7

“Popli kollha capcpu jdejkom…”

 

 

It-Tielet Parti

Ghall-Hdud u l-Festi Principali

 

[Hawn jibdew is-salmi l-ohra li l-Missier Qaddis taghna Frangisku ghazel, u li jinghadu flok is-salmi dawk tal-­Passjoni tal-Mulej, ghall-Hadd u l-festi principali, mill-Ottava ta’ Pentekoste sa l-Avvent, u mill-Ottava ta’ l-Epifanija sa Hamis ix-Xirka. Ma ghandniex xi nghidu dawk jinghadu fil-jum taghhom (Hamis ix-Xirka), billi dak in-nhar issir it-tifkira ta’ l-Ikla tal-Ghid tal-Mulej.]

 

Kompieta

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

Salm: Jinghad Salm 8

“O Alla, ejja ehlisni…”

 

Matutin

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

Salm: Jinghad Salm 9

“Ghannu ’l-Mulej ghanja gdida…”

 

Prima

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

Salm: Jinghad Salm 3

“Henn ghalija, O Alla, henn ghalija…”

 

Terza

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (10)

1. Ghajtu bil-ferh lil Alla,

bnedmin tad-dinja kollha

ghannu s-sebh ta’ ismu:

xandru s-sebh u t-tifhir tieghu (Salm 65:1-2).

2. Ghidu lil Alla: Kemm int tal-biza’ f’ghemilek,

ghall-kobor tal-qawwa tieghek

jitilfu l-hila quddiemek l-ghedewwa tieghek (Salm 65:3).

3. L-art kollha taghtik qima

tghannilek u tghanni lil ismek (Salm 65:4).

4. Ejjew, isimghu, u nghidilkom

intom ilkoll li tibzghu minn Alla

nghidilkom x’ghamel mieghi (Salm 65:16).

5. Lilu sejjah fommi

tifhiru kien fuq ilsieni (Salm 65:17).

6. Hu sama’ lehni mit-tempju tieghu

f’widnejh waslet l-ghajta tieghi (Salm 18:7).

7. Bierku, popli, lil Alla taghna

semmghu l-ghana tat-tifhir tieghu (Salm 65:8).

8. Bih jitbierku l-gnus kollha ta’ l-art;

il-popli kollha jsejhulu hieni (Salm 72:17).

9. Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Israel:

li wahdu jaghmel hwejjeg tal-ghageb (Salm 72:18).

10. Imbierek ghal dejjem l-isem imsebbah tieghu;

timtela l-art kollha b’sebhu (Salm 72:19).

 

Sesta

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (11)

1. Jisimghek il-Mulej fi zmien in-niket;

iharsek l-isem ta’ Alla ta’ Gakobb! (Salm 20:2).

2. Mit-tempju mqaddes tieghu jibghatlek l-ghajnuna

u minn Sijon jaghtik is-sahha (Salm 20:3).

3. Jiftakar fl-offerti tieghek kollha

u jilqa’ bil-qalb is-sagrificcju tieghek (Salm 20:4).

4. Jaghtik dak li tixtieq qalbek

u jtemm hsibijietek kollha (Salm 20:5).

5. Naqbzu bil-ferh ghar-rebha tieghek:

u nghollu l-bnadar f’isem Alla taghna (Salm 20:6).

6. Jaghtik il-Mulej kull ma titolbu!

Jien issa naf li l-Mulej (Salm 20:7)

baghat lil Ibnu, Gesù Kristu,

u jaghmel haqq mill-popli bil-­gustizzja (Salm 10:9).

7. Il-Mulej sar kenn ghall-fqajjar,

ghajnuna fil-ghaks u fid­-dwejjaq:

ha jittamaw fik dawk li gharfu ismek (Salm 10:10-11).

8. Imbierek il-Mulej Alla tieghi (Salm 144:1),

ghax int sirt fortizza ghalija,

kenn tieghi f’jum id-dwejjaq; (Salm 59:17).

9. Qawwa tieghi int, lilek ferhan nghanni:

ghax inti Alla fortizza tieghi,

Alla tieghi u mhabba tieghi (Salm 59:18).

 

Nona

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (12)

1. Fik Mulej, jien nistkenn,

ma jkolli qatt ghax ninfixel (Salm 71:1-2).

2. Aghtini widen u fittex ehlisni (Salm 71:2).

3. Kun sur ta’ kenn ghalija

int weghedt li tigi dejjem issalvani (Salm 71:3).

4. Ghax inti, Mulej, it-tama tieghi,

Mulej, inti l-fiducja tieghi sa minn zghoziti (Salm 71:5).

5. Fuqek serraht sa minn twelidi,

sa minn guf ommi inti hadtni

u inti dejjem it-tifhir tieghi (Salm 71:6).

6. Mimli fommi b’tifhirek,

u nghanni l-glorja tieghek

u sebhek il-jum kollu (Salm 71:8).

7. Wegibni, Mulej, ghax mill-ahjar tjubitek;

dur lejja fil-kobor tal-hniena tieghek (Salm 69:17).

8. Tahbix wiccek mill-qaddej tieghek;

fittex wegibni, ghax ninsab fil-hemm (Salm 69:18).

9. Inbierek lill-Mulej, Alla tieghi (Salm 144:1),

ghax hu jharisni u sar il-kenn tieghi:

f’jum id-dwejjaq tieghi.

10. Qawwa tieghi int, lilek ferhan nghanni:

ghax inti Alla fortizza tieghi,

Alla tieghi u mhabba tieghi (Salm 59:18).

 

Ghasar

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

Salm: Jinghad Salm 7

“Popli kollha capcpu idejkom…”

 

Ir-Raba' Parti:

Ghal Zmien l-Avvent

 

[Hawn jibdew is-salmi l-ohra li l-Missier wisq qaddis taghna, Frangisku gabar biex jinghadu minflok is-salmi tal-Passjoni tal-Mulej mill-bidu ta’ l-Avvent sa Lejlet il-Milied.]

 

Kompieta

Antifona: Qaddisa Vergni Marija.

 

Salm (13) 

1. Mulej ghal dejjem se tinsieni?

Kemm se ddum tahbi wiccek minni?

2. Kemm se ndum b’qalbi ttaqtaq

bl-imrar kuljum f’qalbi?

3. Kemm sa jdum jintrefa’ l-ghadu fuqi?

Hares u wegibni, Mulej, Alla tieghi.

4. Aghti d-dawl lil ghajnejja,

li ma naqax fir-raqda tal-mewt;

li ma jghidx l-ghadu tieghi: “Ghelibtu!”

5. Li ma jifirhux l-ghedewwa ghax jarawni noghtor.

Imma jien fit-tjieba tieghek nitma.

6. Tifrah qalbi ghall-ghajnuna tieghek;

nghanni lill-Mulej ghall-gid li ghamilli! (Salm 13,1-6).

 

Matutin

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

 

Salm (14)

1. Infahhrek, Mulej, Missier l-aktar Qaddis,

Sultan tas-sema u l-art:

ghaliex int farragtni (Is 12:1).

2. Int Alla, is-Salvatur tieghi:

jien fik nittama, m’ghandix ghax nitfixkel

3. Il-Mulej hu l-qawwa u t-tifhir tieghi:

hu sar ghalija s-salvazzjoni (Is 12:2).

4. Lemintek, Mulej, issebbhet fil-qawwa:

lemintek Mulej tfarrak il-ghadu.

Bil-kobor ta’ sebhek ixxejjen ’il min iqum ghalik (Ez 15:6-7).

5. Hekk jaraw l-imsejkna u jifirhu;

u taghmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla (Salm 69:33).

6. Ifahhruh is-sema u l-art,

l-ibhra u kull ma jitharrek fihom (Salm 69:35).

7. Ghax Alla jsalva ’l Sijon:

u jibni l-bliet ta’ Guda.

8. U huma jergghu lura u jghammru fiha (Salm 69:36).

9. Jirtuha wlied il-qaddejja tieghu;

dawk li jhobbu lil ismu joqoghdu fiha. (Salm 69:37).

 

Prima

Antifona: Qaddisa Vergni Marija.

Salm: Jinghad Salm 3

“Henn ghalija, O Alla, henn ghalija…”

 

Terza

Antifona: Qaddisa Vergni Marija.

Salm: Jinghad Salm 10

“Ghajtu bil-ferh lil Alla…”

 

Sesta 

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

Salm: Jinghad Salm 11

“Jisimghek il-Mulej fi zmien in-niket…”

 

Nona

Antifona: Qaddisa Vergni Marija.

Salm: Jinghad Salm 12

“Fik Mulej, jien nistkenn…”

 

Ghasar

Antifona: Qaddisa Vergni Marija

Salm: Jinghad Salm 7

“Popli kollha capcpu idejkom…”

 

Innota wkoll li s-salm jinghad biss sal-versett "ha titrieghed quddiemu l-art kollha…" vers 9, innota li jinghad wara il-versett kollu: "Offru ’l gisimkom…" u fl-ahhar tinghad il-"Gloria lill-Missier…”  Il-Ghasar jinghad kuljum hekk mill-Avvent sa Lejlet il-Milied.

 

Il-Hames Parti

Ghal Zmien il-Milied sa l-Ottava ta’ l-Epifanija

 

Ghasar tal-Milied

Antifona: Qaddisa Vergni Marija.

 

Salm (15)

1. Ghannu bil-ferh lil Alla, qawwa taghna (Salm 81:2):

ghajtu b’lehen ta’ ferh lil Alla, haj u veru, (Salm 47:2).

2. Ghax il-Mulej l-Gholi, hu tal-biza’:

Sultan kbir fuq l-­art kollha (Salm 47:3).

3. Ghax il-Missier l-aktar qaddis tas-sema,

Sultan taghna, sa minn qabel iz-zminijiet (Salm 74:12),

baghat mill-gholi ’l Ibnu l-mahbub:

u twieled mill-Vergni, l-imqaddsa Marija

4. Hu jsejjahli: "Missieri Int"; (Salm 89:27)

u jiena naghmlu l-Iben il-kbir tieghi,

l-oghla fost is-slaten kollha ta’ l-art (Salm 89:28).

5. Dak in-nhar il-Mulej wera l-hniena tieghu:

u mal-lejl dwiet il­-ghanja tieghu (Salm 49:9).

6. Dan hu l-Jum li ghamel il-Mulej:

nifirhu u nithennew fih (Salm 118:24).

7. Ghaliex inghatalna Iben l-aktar qaddis,

twildilna tifel (Is 9:6)

twieled u tqieghed f’maxtura:

ghax ma kienx hemm post ghalih fil-lukanda (Lq 2:7).

8. Glorja ’l Alla fil-gholi tas-sema:

u paci fl-art lill-­bnedmin ta’ rieda tajba (Lq 2:14).

9. Ha jifirhu s-smewwiet u tithenna l-art;

ha jhabbat il-bahar u kull ma fih,

ha jifrah ir-raba’ u kull ma fih. (Salm 96:11-12).

10. Ghannu lill-Mulej ghanja gdida:

ghannu lill-Mulej fl-art kollha (Salm 96:1).

11. Ghax kbir il-Mulej ta’ min ifahhru hafna:

tal-biza’ aktar mill-allat kollha (Salm 96:4).

12. Aghtu lill-Mulej, familji tal-popli;

aghtu lill-Mulej sebh u qawwa;

aghtu lill-Mulej is-sebh ta’ ismu (Salm 96:7-8).

13. Offru gisimkom u gorru s-salib imqaddes tieghu:

u harsu sa l-ahhar il-kmandamenti tieghu (Lq 14:27; 1Pt 2,:21).

 

[Innota li dan is-salm jinghad mill-Milied sa l-Ottava ta’ l-Epifanija fis-Sighat kollha. Jekk xi hadd irid jghid l-ufficcju miktub minn San Frangisk, ha jimxi b’dan il-mod: l-ewwel jghid il-“Missierna" u mbaghad it-tifhir: "Qaddis, Qaddis, Qaddis". Wara jinghad dan it-tifhir bit-talba tal-gheluq, kif jidher aktar ’il fuq, jibda bl-antifona: “Qaddisa Vergni Marija”  bis-salm li ntghazel ghal kull siegha tan-nhar u tal-lejl. U dan l-Ufficcju ha jinghad bl-akbar qima.]

 


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Frar 2003