|
San Frangisk - artikli |
|
|
<<|werrej|>>Kristu Msallab fil-Hajjata' San Frangiskkitba ta' Fr Joseph Cilia OFMConv. Frangisk ried isir Kristu iehor u rnexxielu ghaliex gharaf il-Vangelu, kien bniedem tat-talb u habb lil kull hlejqa, L-istudju kollu tal-Fqajjar t'Assisi, kemm pubbliku kif ukoll privat, kien fuq is-Salib tal-Mulej u mill-ewwel mument li laqa' s-sejha ta' Kristu Msallab, hafna mill-misteri tas-salib bdew jidhru fih. Maz-zmien ried isir haga wahda mas-salib, ried jghix mill-gdid il-Passjoni, permezz tal-meditazzjoni u l-penitenza. Frangisk hares lejn Gesù u rah mhux biss bhala Alla, imbieghed mill-bnedmin, imma anki bhala bniedem, li jigbidna lejh, ihobbna u jitlob li nhobbuh. Dan hu s-sigriet li permezz tieghu Frangisk imexxielu jitwahhad Kristu Msallab!
Frangisk hares lejn il-misteru tal-Passjoni fit-totalità tieghu: ra lil Gesù mghaffeg taht it-toqol tat-tbatijiet, izda fl-istess hin rah rebbieh fuq il-mewt. Xi minn daqqiet wiehed jista' jiehu l-impressjoni li San Frangisk kien dejjem bid-dmugh f'ghajnejh u jhares biss lejn Kristu mdendel fuq is-salib, izda wiehed mill-ewwel kittieba tal-hajja tieghu, Tumas minn Celano jghidilna li t-talb tal-qaddis fil-boskijiet kien "bhal ta' habib li qieghed jitkellem mal-gharus." (1 Cel, n.26). Ghalhekk irridu naraw l-imhabba u d-devozzjoni li kellu iben Pietro Bernardone fid-dehra shiha tal-hajja tieghu.
L-istess kittieb jghidilna li l-aspirazzjoni tieghu u x-xewqa l-aktar hajja li kellu kienet dik li josserva l-Vangelu, jghix id-duttrina u jimxi fuq il-passi ta' Gesù Kristu. Ghalhekk kien jimmedita kontinwament fuq l-umiltà ta` l-Inkarnazzjoni u l-imhabba tal-Passjoni ta' Kristu u kien difficli biex jahseb f'affarijiet ohra (cfr. 1 Cel. n.84). Fi kliem iehor hu kien maghqud intimament ma' Gesù . . . garr dejjem lil Gesù f'qalbu, lil Gesù fuq xufftejh u lil Gesù fil-membri kollha tal-gisem tieghu.
Haga wahda ma' Kristu Msallab Wara li sema' l-lehen ta' l-Imsallab f'San Damjan jistiednu biex isewwi l-knisja tieghu, Frangisk hass ghaqda intima ma' Gesù Msallab, ghaqda li kompliet tizdied f'imhabba u li lahqet il-milja taghha fuq il-gholja ta' La Verna. Dak il-lehen f'San Damjan hallu qalbu u ha impressjoni hekk qawwija li qatt aktar ma hassar, Dak il-lehen hargu barra minn sensih u ftit wara fil-Porzjunkola holom li jmur jigri mad-dinja jibki l-Passjoni tal-Mulej, Tant li jum wiehed, ftit wara il-konverzjoni tieghu, waqt li kien sejjer lejn Santa Marija tal-Porzjunkola, wiehed li kien ghaddej mill-istess triq semghu jghajjat u jibki u haseb li ghandu xi wgigh u ghalhekk staqsieh x'ghandu. Frangisk wiegeb: "Hekk hemm bzonn immur, minghajr misthija, nibki il-Passjoni tal-Mulej tieghi" (cfr. Fioretti, 98; Specchio 92; 2 Cel. 11) .
San Bonaventura jkompli jishaq li hrara biex jikkontempla lil Gesù Msallab tmur ghall-ewwel zminijiet tal-konverzjoni, tant li jikteb li kien ifittex postijiet adatti biex jibki u jum minnhom deherlu Gesù fuq is-salib. Dik id-dehra kienet l-istedina ta' Kristu: "Jekk trid tigi warajja, ichad lilek innifsek erfa' salibek kull jum u ejja warajja" (cfr, Vita di S. Bonav. 1,5).
Ghalhekk, sa mill-ewwel jiem tal-bidla, Frangisk seta' bis-sewwa kollu jghid ma' San Pawl: "Jien nghix, izda mhux jien li nghix, imma Kristu li jghix fija" (Gal. 2,20). Ghax minn meta l-Fqajjar iltaqa' mal-Mulej neza' minn kollox biex isir fqir bhalu; laqa' l-umiljazzjoni, id-disprezz, ghex ma' dawk li kienu mwarrbin mis-socjetà, insomma halla 'l-bniedem il-qadim, biex jghix fih il-bniedem il-gdid. Dan ir-rapport intimu: ma' l-Imsallab tah il-qawwa li jirbah lilu nnifsu, ihaddan u jbus l-imgiddem u dak li ghall-ewwel deherlu morr inbidel fi hlewwa tar-ruh u tal-gisem. (cfr. Testment ta' S. Frangisk). Permezz ta' dan il-pass haddan lil Dak li deher bhala mgiddem, mghobbi bid-dnubiet taghna, ghall-imhabba taghna.
Is-Salib, is-salvazzjoni taghna Frangisk fehem tajjeb li Gesù ta' Nazaret "fdiena u hasilna b'demmu l-ghaziz" (cfr. Ittra lill-Kapitlu Generali) , ghaliex habb il-bnedmin u ried jaghmel ir-rieda ta' Alla tal-Missier li jigbed mill-gdid il-hlejjaq kollha lejh. Infatti naqraw: "O Alla li tista' kollox, l-aktar gholi, l-aktar qaddis u kbir, Missier qaddis u gust, Mulej Sultan tas-sema u ta' l-art: nizzuk hajr ghalik innifsek, ghax bir-rieda mqaddsa tieghek hlaqt il-hlejjaq kollha kemm huma, spiritwali u materjali, u lilna, mahluqin ghas-sura u x-xbieha tieghek, qeghedtna fil-genna ta' l-art, u ahna waqajna htija taghna. U nroddulek hajr ghax, bhalma hlaqtna permezz ta' Ibnek, hekk ukoll, b'dik l-imhabba qaddisa u vera li biha habbejtna, ridtu jitwieled ghalina, veru Alla u veru bniedem, mill-glorjuza dejjem Vergni Marija, u bis-salib, id-demm u l-mewt tieghu ridt tifdi lilna, li konna lsiera" (l-Ewwel Regula miktuba (1221) n. XXlll). U meta l-patrijiet talbuh jghallimhom jitolbu qalilhom: "Meta titolbu ghidu Missierna u 'Nadurawk Mulej Gesù Kristu, hawn u fil-knejjes kollha tieghek, li jinsabu fid-dinja kollha, u nberkuk, ghaliex bis-salib imqaddes tieghek inti fdejt id-dinja'." (1 Cel n.45; cfr, Testment ta' S. Frangisk)
B'harsa wahda, Frangisk jikkontempla wkoll is-sagrificcju ta' l-altar u dak tal-Kalvarju. Fl-lttra lill- Fidili Kollha jghaqqad it-twaqqif ta' l-Ewkaristija mal-grajja tal-Passjoni u jtemm b'dispjacir ghal dawk li jichdu s-salvazzjoni, akkwistata minn fuq is-salib, billi ma jircevux l-Ewkaristija jew jircevuha hazin. Jikteb: "Imbaghad talab lill-Missier b'dan il-kliem: Missier, jekk jista' jkun, ha jitwarrab minni dan il-kalci. U l-gharaq tieghu sar bhal qtar tad-demm u xtered ma' l-art. Imma Hu ghaqqad ir-rieda tieghu mar-rieda tal-Missier u qal: Missier, ikun dak li trid int, mhux dak li rrid jien; isir kif trid int. Ir-rieda tal-Missier kienet din, li l-Iben li tana u twieled ghalina, Iben glorjuz u mbierek, joffri lilu nnifsu b'demmu stess bhala sagrificcju u vittma fuq l-altar tas-salib. Dan ghamlu mhux ghalih innifsu, Hu li bih sar kollox, imma ghal dnubietna. Hekk Hu hallielna l-ezempju biex inkunu nistghu nimxu fuq il-passi tieghu. 'U jrid li ahna lkoll insalvaw permezz tieghu, u li nircevuh b'qalb nadifa u gisem safi. Imma ftit huma dawk li jridu jircevuh u jsalvaw bih, ghad li l-madmad tieghu huwa helu u l-piz tieghu huwa hafif".
Fl-Ittra lill-Kapitlu Generali jindirizza lill-qassisin u jirrikmanda biex juru kull gieh u qima possibbli lejn il-gisem u d-demm tal-Mulej taghna Gesù Kristu... "u jekk xi hadd jaghmel mod iehor, dan isir Guda u jkun hati tal-gisem u d-demm tal-Mulej." Imbaghad ikompli: "Huti sacerdoti, ftakru dak li hemm miktub dwar il-ligi ta' Mosè: bi 'kmand tal-Mulej innifsu dawk kollha li kienu jiksruha, imqar biss materjalment, kienu jigu kkundannati ghall-mewt 'bla ebda hniena. Kemm kastigi aktar horox jidhrilkom li jkun haqqu min jitfa' taht riglejh lill-lben ta' Alla u jkasbar id-demm tar-rabta, li fih tqaddes, u jagbmel ghajb lill-lspirtu tal-grazzja? Ikun qed izeblah u jkasbar u jitfa' taht riglejh il-Haruf ta' Alla dak li, kif ighid l-Appostlu ma jaghrafx u ma jaghzilx il-hobz qaddis ta' Kristu minn ikel iehor jew ma jaghmilx differenza bejn li jircevih u li jaghmel xi eghmil iehor, jew jircevih bla ma jisthoqqlu. Jonqos ukoll dak li jircevih iva, fl-istat tal-grazzja, imma jircevih ghall-frugha u b'mod li ma jixraqx. Il-Mulej jghid bil-fomm tal-profeta: Misthut dak il-bniedem li jaghmel bil-qerq l-eghmejjel tal-Mulej. U lil dawk is-sacerdoti li ma jridux jilqghu dan b'qalbhom kollha jiddisprezzahom b'dawn il-kelmiet: Nishet il-barkiet taghkom."
Mela ghal San Frangisk, il-Passjoni mhix biss fatt storiku li fih niftakru. Il-Passjoni titkompla permezz tal-bnedmin midinba. Bi kliem ahrax jistqarr: "U sahansitra d-demonji, ma kinux huma li sallbuh, imma int flimkien maghhom sallabtu u ghadek issallbu billi titghaxxaq bil-vizzji u d-dnubiet" (Kliem tat-Twissija n.5). Tassew li jekk jibki fuq il-Mislub, dan jaghmlu minhabba li jara l-ingratitudni tal-bnedmin u t-tbatijiet tal-fqir, xbieha ta' Kristu. Imma fl-istess hin, ghandna nkunu ferhanin ghaliex, hi haga qaddisa u ta' ghozza, maghguba u umli, li jkollna gharus fis-sema, Huna li ta hajtu ghan-nghag tieghu!
B'tifkira u b'tifhir lejn il-Passjoni tal-Mulej L-imhabba ta' Frangisk ghall-Passjoni ta' Kristu hi murija wkoll fit-tfissil ta' ufficcju partikulari b'tifkira u b'tifhir lejn il-Passjoni tal-Mulej, ufficcju li Frangisk kien jghid il-jiem kollha, barra fi zmien il-Ghid, l-Avvent, Zmien il-Milied u l-Hdud, meta kien jghid ufficcju iehor maghmui minnu, aktar adatt ghal dawk ic-cirkustanzi. Meta wiehed jaqra dan l-ufficcju jifhem kif Frangisk fi ftit versi juri l-Passjoni u l-Qawmien ta' Kristu. Hekk fil-Kompieta, hu jaghmel alluzjoni ghat-tajjeb li ghamel il-Messija waqt li kien fuq l-art u kif il-bnedmin biddlu dan it-tajjeb b'hazin. Naqraw: "Tat-tajjeb tieghi hallsuni bid-deni: ghal imhabbti wiegbu bil-mibeghda." "Minflok habbewni, qassu fuqi: waqt li jien talbt ghalihom". Insibu anki riferimenti ghal meta l-Appostli abbandunaw lil Kristu: "Hbiebi u qrabati resqu lejja u haduha mieghi: u dawk li jghammru hdejja twarrbu minni". U fit-Terza jikteb: "L-eghdewwa kollha tieghi mohhhom biex jaghmluli d-deni: u kontra tieghi fasslu hsieb ta' hazen." Fis-Sesta jtenni mill-gdid: "Ferhu u nghaqdu kontrija: zied fuqi s-swat u jien ma kont naf b'xejn."
Fin-Nona Frangisk jigbor r-riferimenti kollha tas-salmodija dwar il-Passjoni ta' Kristu. Jafferma: "Huma harsu lejja u flewni: qasmu bejniethom hwejgi u fuq il-libsa tieghi tefghu x-xorti." "Taqqbuli jdejja u riglejja u ghaddewli ghadmi kollu." "Tawni b'ikel il-velenu: u fil-ghatx tieghi sqewni il-hall." Wara r-riferimenti tal-Passjoni, Frangisk jghaddi biex jaghmel dawk tal-Qawmien ta' Kristu: "Jiena rqadt u qomt: u l-Missier tieghi l-aktar qaddis laqaghni bis-sebh." Fl-istess hin jafferma d-divinità ta' Kristu: "Ifhmuha, jien Alla, ighid il-Mulej: nitgholla fuq il-gnus u nitgholla fuq l-art kollha."
Fl-Ghasar jistieden lil kulhadd ghall-ferh: "Ja gnus kollha, capcpu jdejkom: ghajtu b'lehen ta' ferh lil Alla." "Ghaliex qabel iz-zminijiet, il-Missier tas-Sema l-aktar qaddis, Sultan taghna, baghat 'l Ibnu l-ghaziz mis-smewwiet: u gieb f'din l-art il-fidwa taghna." U fil-Matutin ta' Hadd il-Ghid jesprimi l-ferh kolllu tieghu: "Ghannu 'l Mulej ghanja gdida: ghax ghamel hwejjeg tal-ghageb." "Lemintu qaddset lil Ibnu: u qaddis hu drieghu:" "Jitirhu s-smewwiet, tithenna l-art; imewweg imharrek il-bahar u kull ma fih: jifirhu l-eghlieqi u kull ma fihom."
L-Ghid jaghti lil Frangisk il-qawwa li jkun dejjem ferhan, anki waqt il-prova. Ghalhekk itenni li l-waqt tal-ferh hu waqt il-prova; jistedinna li nifirhu fi zmien it-tbatijiet u n-niket li jkollna u nkunu dejjem fuq taghna, l-aktar waqt il-mard; hu stess ried li l-patrijiet tkantawtu t-tifhir tal-Mulej waqt l-ahhar marda tieghu; ferah meta qalulu li l-mewt kienet fil-qrib u laqa' 'l ohtu l-mewt ikanta!
L-ghaqda ta' San Frangisk ma' Kristu Msallab gaghlitu li jilqa' b'ruhu u gismu s-salib li jgedded u jifdi. Il-pjagi tal-Passjoni, qabel ma rcevihom f'gismu, kienu gà f'qalbu u dan, skond San Bonaventura, kien li heggeg lil Frangisk jaghmel progress fil-hajja tieghu u jakkwista xi virtujiet. L-istess Bonaventura josserva li l-imhabba lejn l-Imsallab kienet il-mezz li wasslet li San Frangisk ikollu certi virtujiet tipici. (cfr. Legenda Minor 6,9:13, 10.) F'kelma wahda hu ried isir haga wahda ma' Kristu Msallab, ghaliex fih kien jara Kristu fqir, mimli tbatija u mnezza' minn kull gid u glorja.
Ghalhekk din l-imhabba hekk kbira lejn is-salib, gaghalitu jichad kompletament lilu nnifisu u biddlitlu hajtu. Kellu tant herqa li jsir jixbah lill-Imsallab f'kollox. Tant li, meta kien fuq il-muntanja ta' La Verna biex jithejja ghall-festa ta' San Mikiel Arkanglu, hass li xewqtu kienet se ssehh. Ghalhekk fil-festa ta' l-Ezaltazzjoni tas-Salib, zdiedet fih din ix-xewqa li jgarrab f'gismu l-ugighat li fnew il-Mulej fuq il-Kalvarju. "Mis-sema jara niezel lejh serafin itajjar in-nar. Imma kienet ix-xbieha biss tas-serafin ghax, mizmum b'sitt igwienah f'nofs huggiega nar ma jmiss ma' xejn, kien hemm il-Bniedem-Alla li temm hajtu mislub sewwasew kif deherlu. Alla kien sama' talbu u baghatlu x-xiehda ta' dan, F'kemm ili nghid, hames dijiet laqtu 'l gisem Frangisk u gerrhuh f'idejh, f'saqajh u f'genbu. Kien sar ix-xbieha hajja tal-Mislub; xtaq li jgarrab f'gismu l-ugigh, tal-Feddej u li jxerred demmu ghalih. Issa kien wasal il-waqt u kollox sehh: demmu beda jcarcar. Frangisk hassu hieni u mugugh f'daqqa wahda... u waqa' ghaxi u barra minnu nnifsu... Il-Qaddis, fil-qighan ta' jdejh, hass it-tixrib idellek tad-demm; u hekk ukoll f'saqajh u f'sidru." (P. Albert Sammut, OFM Conv.; Religjon u Hajja, p.60).
Dan l-ahhar pass decisiv fil-hajja ta' San Frangisk, li bih jaqsam fit-tbatijiet ta' Kristu, ma kienx limitat biss mill-qima u d-devozzjoni li kellu lejn il-Feddej taghna. Kien tassew li jmut ghad-dinja biex jghix fi Kristu! Ghalhekk fir-realtà tal-pjagi, Frangisk ta l-ahhar sinjal ta' cahda totali biex jikkonforma ruhu mas-Salib, u fid-dehra ta' gismu, Hekk beda zmien gdid fl-istorja religjuza tal-Knisja li jistedinna biex ikollna dejjem quddiemna t-tifikira ta' l-Inkarnazzjoni u l-imhabba li wera Kristu bil-Passjoni tieghu, halli ngeddu f'hajjitna l-hajja ta' Kristu, Huna!
Talba ta' San Frangisk t'Assisi "Mulejja, aghmel li nhoss f'ruhi u gismi l-ugigh li inti hassejt fil-Passjoni kiefra li garrabt. Aghmel li jiena nhoss f'qalbi, kemm jista' jkun dik l-imhabba qawwija li Inti, Bin Alla, zammejt imhegga ghalina midinbin."
Dan l-artiklu deher fir-rivista pastorali Pastor, Ottubru 1977, 196-200. Valletta: 3.12.2003 |
L-istudju kollu dwar l-Fqajjar t'Assisi, kemm pubbliku kif ukoll privat, kien fuq is-Salib tal-Mulej u mill-ewwel mument li laqa' s-sejha ta' Kristu Msallab, hafna mill-misteri tas-Salib bdew jidhru fih. Maz-zmien Frangisku sar haga wahda mas-Salib,
|
|