Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Ittra lill-Ordni kollu

miktuba bejn 1225-1226


 

1. Fl-isem tat-Trinità l-Aktar Gholja u l-Unità Qaddisa: il-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.

 

2. Lill-ahwa kollha tieghi reverendi u gheziez mahbubin: lil hija Elija, ministru general ta’ l-Ordni tal-Patrijiet Minuri, u sid tieghi, u lill-ministri generali l-ohra li ghad jigu warajh; u lill-ministri, lill-kustodji, lis-sacerdoti umli ta’ l-istess fraternità fi Kristu, u lill-ahwa twajba u ubbidjenti kollha, mill-ewwel wiehed sa l-ahhar wiehed: 3. Jien Fra Frangisk, bniedem ma jiswa ghalxejn u dghajjef, il-qaddej ckejken taghhom, insellmilkom f’dak li fdiena u hallna minn dnubietna bis-sahha ta’ demmu (Apok 1:5). Meta tisimghu ismu, l-isem ta’ l-Iben ta’ l-Aktar Gholi (Lq 1:32), il-Mulej taghna Gesù Kristu, li hu mbierek ghal dejjem (Rum 1:25), aduraw ismu bil-biza’ u bil-qima nxtehtu fl-art quddiemu!

 

5. Isimghuni, ulied il-Mulej u huti, aghtu widen ghal kliemi (Atti 2:14). 6. Ressqu l-widnejn (Is 55:3) ta’ qalbkom u obdu l-lehen ta’ l-Iben ta’ Alla. 7. Harsu l-kmandamenti tieghu b’qalbkom kollha u wettqu l-pariri tieghu b’mohh perfett. 8. Fahhru l-Mulej, ghax hu tajjeb (Salm 135:1) u gholluh b’ghemilkom (Tob 13:6);  9. Kien ghalhekk li hu baghatkom fid-dinja kollha biex taghtu xhieda ghal-lehen tieghu bil-kliem u bl-ghemil u ggibu lil kulhadd biex jaghraf li ma hawnx iehor hliefu li jista’ kollox (Tob 13:4). 10. Zommu fit-twiddib u fl-ubbidjenza qaddisa (Lhud 12:7) u b’fehma tajba u ferma wettqu kull ma weghedtu lilu. 11. Il-Mulej Alla joffri lilu nnifsu lilna bhalma jaghmel ma’ wliedu (Lhud 12:7).

 

12.  Waqt li nbus riglejkom, ghalhekk, u bl-imhabba kollha li nista’, nitlob minnkom, gheziez huti, li turu kull qima u unur li tistghu lejn il-Gisem u d-Demm tal-Mulej taghna Gesù Kristu, 13. li bih Alla ghogbu jhabbeb kollox mieghu u gieb is-sliem permezz tieghu fis-sema u fl-art (Kol 1:20).

 

14. Nitlob fil-Mulej, imbaghad, lil huti kollha li huma sacerdoti, jew li ghad ikunu jew li jixtiequ jkunu sacerdoti ta' l-Aktar Gholi, biex kull darba li jixtiequ jiccelebraw il-Quddiesa, ifittxu li jkunu puri, joffru s-sagrificcju veru tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej taghna Gesù Kristu, bis-safa u l-qima kollha,  b'intenzjoni qaddisa u bla tebgha; mhux ghal xi qligh ta' din l-art, u lanqas minhabba xi biza' jew imhabba lejn xi bniedem, bhallikieku biex joghgbu lill-bnedmin (Efes 6:6; Kol 3:22). 15. Imma jhallu li r-rieda taghhom, bil-ghajnuna tal-grazzja, tkun taqbel ma’ dik ta’ Alla, imxennqin li joghgbu biss l-Aktar Gholi nnifsu, ghax Hu wahdu jahdem kif joghgob lilu. 16. Hu stess jghidilna: Aghmlu dan b'tifkira tieghi (Lq 22:19; 1 Kor 11:24). Kemm-il darba xi hadd igib ruhu mod iehor, isir Guda t-traditur, u jkun hati tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej (1 Kor 11:27).

 

17. Gheziez sacerdoti huti, ftakru f'dak li hemm miktub dwar il-ligi ta' Mosè: kull min jiksirha mqar minn barra jinghata l-mewt bla ebda hniena bi kmand tal-Mulej innifsu (Lhud 10:28). 18. Ahbsu ftit x’ kastigi akbar u ehrex haqqu dak li jkasbar lil ­Bin Alla, li jnigges id-Demm tal-Patt li bih tqaddes u li jmaqdar l-Ispirtu tal-grazzja (Lhud 10:29). 19. Il-bniedem li jmaqdar, inigges u jkasbar il-Haruf ta' Alla meta, kif jghid l-Appostlu, bla ma jaghzel (1 Kor 11:29) u jaghraf il-hobz imqaddes ta' Kristu minn kull xorta ta' ikel iehor jew ghemejjel ohra, kemm jekk jieklu bla ma jkun jisthoqqlu, u kemm jekk ikun jisthoqqlu, ikun qed jieklu ghal xejn u b’mod mhux xieraq, ghax il-Mulej stess jghid permezz tal-Profeta: Mishut il-bniedem li jaghmel xoghol il-Mulej b’nofs kedda (Ger 48:10). 20. Hu ghalhekk zgur jikkundanna lil dawk is-sacerdoti li ma jridux jilqghu dan kollu bil-qalb, u jghid: Nishet il-barkiet taghkom (Mal 12:2).

 

21. Aghtu widen, huti, jekk il-Vergni Mbierka hi meqjuma tant, kif jixirqilha li tkun, ghax garret (lil Gesù) fil-guf l-aktar qaddis taghha; jekk il-­Battista hassu jirtoghod u ma kellux il-kuragg imiss r-ras il-Qaddis ta' Alla; jekk il-qabar li fih kien imqieghed (Gesù) ghal ftit zmien inqimuh tant, 22. kemm ghandu jkun qaddis, gust u denn dak li jmiss b’idejh, jircievi f'qalbu u f'fommu, u jaghti lill-ohrajn biex jircievu, ’il Dak li ma jmutx, imma li hu rebbieh u gglorifikat ghal dejjem, u li l-angli jixxennqu jharsu lejh?! (1Pt 1:12).

 

23. Qisu d-dinjità taghkom,(1Kor 1:26) huti sacerdoti, u kunu qaddisin ghax hu nnifsu hu qaddis (Lev 19:2). 24. U bhalma l-Mulej Alla, gholliekom ’il fuq minn ohrajn minhabba f'dan il-ministeru li fdalkom, intom min-naha taghkom hobbuh, qimuh u aghtuh gieh fuq kulhadd. 25. Tkun hasra kbira u dghufija ta' min jistmerrha li, waqt li jkollkom lilu prezenti fostkom, thallu li hsibijietkom jehdew f'xi haga ohra li hawn fid-dinja.

 

26. Ha jirtoghdu bil-biza' kollha kemm huma l-bnedmin u ha tirtoghod id-dinja kollha u ha jifirhu s-smewwiet kollha meta Kristu, l-Iben ta' Alla l-Haj, (Gw 11:27) ikun qieghed fuq l-altar, fl-idejn tas-sacerdot.

 

27. O x’gholi tal-ghageb u x’ghageb ta’ cokon! O x’umiltà kbira! O x’kobor umli! Li s-Sid tal-holqien kollu, Alla u l-Iben ta' Alla, icekken lilu nnifsu daqshekk biex ghas-salvazzjoni taghna jahbi lilu nnifsu taht xbieha ta' farka hobz!

 

28. Harsu, huti, lejn l-umiltà ta' Alla, u ferrghu qalbkom quddiemu (Salm 61:9). Cekknu lilkom infuskom bhalu, biex tkunu mghollija minnu (ara, 1Pt 5:6; Gak 4:10).29. Ghaldaqstant, izzommu xejn minnkom infuskom ghalikom stess biex hu li jaghti lilu nnifsu kollu kemm hu lilkom ikun jista' jilqaghkom kollkom kemm intom.

 

30. Inwissi u nheggigkom fil-Mulej ghalhekk, li ticcelebraw quddiesa wahda kuljum, skond it-rit tal-Knisja Mqaddsa, fil-postijiet fejn jghixu l-ahwa. 31. Kemm-il darba f'xi post ikun hemm aktar minn sacerdot wiehed, halli l-ohrajn ikunu kuntenti f'gieh dik l-imhabba ta’ l-ahwa li jiehdu sehem fil-Quddiesa tas-sacerdot l-iehor, 32. ghax il-Mulej Gesù Kristu jimla lil dawk li jkunu prezenti u lil dawk li ma jkunux, jekk ikun jisthoqqilhom. 33. Ghad li hu prezenti f'hafna postijiet, b'danakollu hu jibqa' mhux maqsum, u ma jgarrab ebda nuqqas, imma jibqa’ wiehed u l-istess kullimkien, hu jahdem, kif joghgbu, mal-Mulej Alla l-Missier u l-Ispirtu s-Santu, il-Paraklitu, ghal dejjem ta' dejjem. Amen.

 

34. Ghax min hu minn Alla jisma' l-Kelma ta' Alla (Gw 8:47) ahna, li b'sejha specjali gejna msejhin biex naqdu l-misteri qaddisa, ghandna mhux hiss nisimghu u naghmlu dak li jghidilna l-Mulej, imma wkoll, inzommu tajjeb il-kalcijiet u l-hwejjeg liturgici l-ohra li fihom hemm il-kliem qaddis tieghu biex nifhmu tajjeb il-kobor tal-Hallieq taghna u nuru li ahna sudditi tieghu. 35. Inwiddeb ghalhekk, lil huti kollha u nheggighom fi Kristu biex kull fejn isibu l-­Kelma ta' Alla miktuba, iqimuha mill-ahjar li jistghu. 36. U jekk isibu kliem il-Mulej f’xi post mhux xieraq, jew jarawh mitfugh ’l hawn u ’l hinn bl-addocc, ha jigbru dal-kliem u jqeghduh f'post xieraq, u b’hekk ikunu qed iqimu l-Mulej innifsu li lissnu (1Slat 12:4). 37. Ghax hafna hwejjeg jitqaddsu bil-kelma ta' Alla (1Tim 4:5), u s-Sargament ta’ l-altar jigi ccelebrat bil-qawwa tal-kliem ta’ Kristu.

 

38. Barra minn dan, nistqarr dnubieti kollha lill-Mulej Alla, il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, lill-Imqaddsa Marija dejjem Vergni u lill­qaddisin kollha fis-sema u fl-art, lil hija Elija, ministru general ta’ l-Ordni bhala sid meqjum tieghi, lis-sacerdoti kollha ta’ l-Ordni taghna u lil huti kollha, imberkin. 39. Offendejt lill-Mulej b'hafna modi bin-nuqqasijiet kbar tieghi, l-aktar meta ma haristx ir-Regola li weghidt lill-Mulej, u li ma ccelebrajtx il-Liturgija tas-Sighat kif hemm miktub fir-Regola, jew minhabba t-traskuragni jew minhabba d-dghufija tieghi, jew inkella ghax jien injorant u gifa.

 

40. Ghalhekk, nitlob bil-qawwa kollha, u mill-ahjar li nista’, lil hija Elija, il-ministru general u sidi, li jara li r­Regola tigi mharsa sewwa minn kulhadd, 41. nitlob lill-kjerci biex jiccelebraw il-Liturgija tas-Sighat bil-qima quddiem Alla, u li jaghtu kas mhux tant ghall-melodija tal-vuci, daqskemm ghall-armonija tal-mohh, biex b’hekk il-lehen ikun jaqbel mal-mohh, u l-mohh ikun tassew f’armonija ma' Alla. 42. Ha jaghmlu dan biex ikunu jistghu joghgbu lil Alla bis-safa ta' qalbhom u mhux biex isahhru l-widnejn ta' min jismaghhom bil-hlewwa ta’ lehinhom.

 

43. Min-naha tieghi, inwieghed bis-sod li nhares dan kollu bir-reqqa, u kif Alla jaghtini l-grazzja li nghaddihom lil huti kollha li hawn mieghi biex jiccelebraw il-Liturgija tas-Sighat sewwa u jharsu dak kollu li twissi r-Regola.

 

44. Dawk l-ahwa li ma jkunux iridu jaghmlu dan, jien la nzommhom bhala Kattolici u lanqas bhala huti, anzi lanqas inkun nixtieq narahom jew nitkellem maghhom sakemm ma jkunux ghamlu penitenza. 45. Dan jghodd ukoll ghal dawk li mohhhom biex jiggerrew u jwarrbu fil-genb id-dixxiplina tar-Regola. 46. Ghax il-Mulej taghna Gesu Kristu ta hajtu biex ma jonqosx mill-ubbidjenza tal-Missier l-aktar qaddis tieghu.

 

47. Jien, Fra Frangisk, bniedem li ma jiswa ghal xejn, u hliqa indenja tal-Mulej Alla, f'isem il-Mulej Gesù Kristu nghid lil hija Elija, ministru general ta’ l-Ordni kollu, u lill-ministri generali li ghad jigu warajh, nghid ukoll lill-kustodji u lill-gwardjani, li huma u li ghad ikunu, biex din il-kitba tieghi jzommuha maghhom, u jaghmlu dak li hemm fiha. 48. Nitlobhom b'herqa kbira jaghmlu minn kollox biex l-ahwa l-ohra wkoll iharsuha, kif joghgob lill-Mulej Alla li jista' kollox, illum u dejjem, sakemm tibqa' wieqfa d-dinja. 49. Imberkin intom mill-Mulej (Salm 113:23) jekk tkunu ghamiltu dan kollu l-Mulej ikun maghkom ghal dejjem! Amen.

 

(Talba )

 

50. O Alla, li tista’ kollox,

etern, gust u hanin,

aghti lilna msejknin il-grazzja li nwettqu

ghalik biss dak kollu li nafu li trid int

u li dejjem nixtiequ dak li joghgob lilek.

 

51. B’hekk, imnaddfa f’ruhna,

imdawlin f’mohhna

u mheggin bin-nar ta’ l-Ispirtu s-Santu,

inkunu nistghu nimxu

fuq il-passi ta’ Ibnek l-Ghaziz,

il-Mulej taghna Gesù Kristu.

 

52. U bil-grazzja tieghek biss

inkunu nistghu naslu ghandek,

l-Aktar Gholi,

li tghix u ssaltna

fi Trinità perfetta u f’Ghadqa semplici,

u li int imsebbah, Alla Setghani

ghal dejjem ta’ dejjem.

Amen

◄◄|werrej|►►


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Frar 2003


Fost il-kitbiet

 kollha ta' San Frangisk din

l-ittra hija

l-aktar wahda Liturgika.

Il-Bulla Papali Quia populars tumulus

tat-3 ta' Dicembru 1224, li tat il-permess lill-patrijiet

li jiccelebraw

l-Ewkaristija

fil-knejjes

u

l-oratorji taghhom cert

li tat

l-okkazjoni

lil Franfisku

biex jikteb

din l-ittra

bejn

l-1225 u 1226.