Kitbiet ta' San Frangisk

 

◄◄|werrej|►►


Ittra lill-Mexxejja tal-Popli

miktuba fl-1220


 

1. Lis-Sindki u Konslijiet, lill-Magistrati u l-Mexxejja kollha li jinsabu f'kull naha tad-dinja, u lil kull min tigi din l-ittra f'idejh, jien Fra Frangisk, il-qaddej ckejken tal-Mulej u li ma niswa ghal xejn, nixtieq is-sahha u l-paci lilkom ilkoll.

 

2. Ieqfu u ahsbu daqsxejn, ghax jum il-mewt qieghed fil-qrib (Gen 47:29).  3. Ghalhekk, bil-qima kollha li nista' nitlobkom, biex qatt ma tinsew lill-Mulej jew li titbieghdu mill-kmandamenti tieghu minhabba l-gibda u t-thassib iz-zejjed taghkom ghall-hwejjeg tad-dinja. Ghax dawk kollha li jinsewh u jitwarrbu mill-kmandamenti tieghu huma mishutin (Salm 118:21) u jkunu minsijin ghal kollox minnu (Ez 33:13).  4. U meta joqrob ghalihom jum il-mewt,  jittihdilhom sahansitra kull ma jahsbu li kellhom (ara Lq 8:18).  5. U daqskemm kienu ghorrief u qawwija fid-dinja, daqshekk iehor akbar ikun it-turment li jkollhom igarrbu fl-infern (Gherf 6:7).

 

6. Ghaldaqstant, sidien tieghi, inwissikom bil-qawwa kollha biex twarrbu fil-genb it-thassib u kull herqa zejda biex tkunu tistghu tircievu bil-ferh il-Gisem u d-Demm l-Aktar Qaddis tal-Mulej Gesù Kristu b'tifkira qaddisa tieghu.  7. Barra minn hekk, ghandkom ukoll taghtu xhieda tal-qima taghkom lejn il-Mulej lil dawk fdati lilkom, hekk li kull filghaxija permezz ta' xi habbar jew xi sinjal iehor, theggu lill-poplu kollu biex ifahhar u jrodd hajr lill-Mulej Alla li jista' kollox. 8. U kemm-il darba dan ma taghmluhx, kunu afu li ghad tridu troddu kont ta’ dan quddiem il-Mulej Alla taghkom Gesù Kristu f’jum il-haqq (Mt 12:36).

 

9. Dawk kollha li jzommu din il-kitba u jharsu kull ma fiha miktub, ha jkunu jafu li huma mberkin mill-Mulej Alla.

 ◄◄|werrej|►►


Maqlub ghal Malti minn Fr Thomas Calleja OFMconv

Assisi: Frar 2003


Din il-kitba

turi kif Frangisku

kien iheggeg

lill-awtoritajiet civili biex

jahsbu

fil-veritajiet

tal-Vangelu.

X'aktarx

li giet miktuba wara li gie

lura mill-Art Imqaddsa

fl-1220.